LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w94 6/1 pp. 4-6
  • Il-Bibbja—Ktieb li Għandu Jinqara

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Bibbja—Ktieb li Għandu Jinqara
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Mhux Taʼ B’Xejn Li Serviet Daqshekk!
  • Id-​Drawwa Tal-​Qari Tal-​Bibbja
  • Aqraha Regolarment
  • Nibbenefikaw mill-Qari taʼ Kuljum tal-Bibbja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Il-Qari tal-Bibbja—Taʼ Siwi u Pjaċevoli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Sib l-Għaxqa Tiegħek fil-Kelma taʼ Alla
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Agħmel Ħiltek fil-Qari
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
w94 6/1 pp. 4-6

Il-Bibbja—Ktieb li Għandu Jinqara

HUWA faċli li jispiċċa mingħajr superlattivi meta wieħed ikun jitkellem dwar il-​Bibbja. Hija bil-​bosta l-​iktar ktieb iċċirkolat maʼ kullimkien fl-​istorja kollha. Il-​Bibbja hija l-​iktar ktieb antik, l-​iktar tradott, l-​iktar ikkwotat, l-​iktar influwenti, u l-​iktar rispettat. Probabbilment li hi wkoll l-​iktar kontroversjali. U ċertament li hija l-​ktieb li baqaʼ jeżisti minkejja l-​bosta projbizzjonijiet, ħruq, u oppożizzjoni vjolenti. B’niket, madankollu, hemm superlattiv wieħed li m’għadux jistaʼ jiġi applikat għall-​Bibbja. Huwa improbabbli li għadha l-​iktar ktieb moqri fid-​dinja.

Waqt li n-​nies jistgħu jkollhom xi Bibbja x’imkien fid-​dar, ħafna jħossu li għandhom wisq x’jagħmlu sabiex iqattgħu l-​ħin ħalli attwalment jaqrawha. Il-​qari kien xi darba passatemp popolari. Issa, madankollu, bosta jippreferu jqattgħu l-​ħin liberu tagħhom jaraw it-​televiżjoni jew jagħmlu xi ħaġa oħra. Dawk li għadhom jagħmlu xi ftit tal-​qari normalment jippreferu xi ħaġa ħafifa u faċli. Il-​qari tal-​Bibbja jitlob għal konċentrazzjoni, u ħafna nies m’għadhomx jikkonċentraw fil-​fond dwar dak li jaqraw.

Madankollu, il-​Bibbja ma baqgħetx teżisti sempliċement sabiex titħalla fuq l-​ixkaffi tagħna. Hemm raġunijiet tajbin għaliex għandha tiġi moqrija. Ikkunsidra xi fatti dwarha.

Mhux Taʼ B’Xejn Li Serviet Daqshekk!

It-​terminu “Bibbja” ġej mill-​kelma Griega bi·bliʹa, li tfisser “kotba żgħar.” Dan ifakkarna li l-​Bibbja hi magħmula minn numru taʼ kotba​—xi wħud mhux daqshekk żgħar! Dawn kienu miktubin matul perijodu taʼ elf u sitt mitt sena. Waqt li l-​kittieba kienu rġiel, huma kienu ispirati minn Sors ogħla. Wieħed kittieb tal-​Bibbja qal: “Il-​profezija f’ebda żmien ma nġiebet bir-​rieda tal-​bniedem, imma bnedmin tkellmu minn Alla waqt li kienu mqanqlin mill-​ispirtu qaddis.” (2 Pietru 1:21) Dak li huwa veru rigward profezija Skritturali huwa veru wkoll rigward il-​bqija tal-​Bibbja. Dawn il-​“kotba żgħar” ispirati b’mod divin huma mimlijin bil-​ħsibijiet għoljin taʼ Alla Jehovah. (Isaija 55:9) Mhux taʼ b’xejn li l-​Bibbja serviet daqshekk!

Għall-qaddejja t’Alla, il-​Bibbja minn dejjem kienet l-​iktar ktieb importanti. Huma jaqblu maʼ l-​appostlu Pawlu, hu stess wieħed mill-​kittieba tal-​Bibbja. Hu qal: “L-​Iskrittura kollha hija mnebbħa minn Alla u taʼ benefiċċju għat-​tagħlim.” (2 Timotew 3:16) Fi qbil maʼ dan, il-​Bibbja hija l-​bażi tal-​fidi tax-​Xhieda taʼ Jehovah illum. Din tiddetermina d-​duttrini tagħhom u trieġi l-​kondotta tagħhom. Huma jirrikkmandaw b’qalbhom kollha li kulħadd jaqra xi porzjon mill-​kelma t’Alla kuljum u jimmedita b’apprezzament fuq il-​kontenut tagħha.—Salm 1:1-3.

Id-​Drawwa Tal-​Qari Tal-​Bibbja

Id-​drawwa tal-​qari taʼ l-​Iskrittura kienet taʼ benefiċċju fi żminijiet mgħoddija. Slaten taʼ Iżrael kienu kkmandati sabiex jiktbu għalihom infushom il-​kopja tal-​Liġi​—issa parti importanti mill-​Bibbja—​u jaqrawha kuljum bħala tfakkira dejjiema tar-​rieda t’Alla għalihom. (Dewteronomju 17:18-20) Nuqqas taʼ li għamlu dan ikkawża l-​waqgħa taʼ ħafna slaten.

Il-valur taʼ li tistudja l-​Iskrittura huwa muri ċar fil-​każ tal-​profeta mdaħħal fiż-​żmien Danjel. Minħabba l-​istudju persunali tiegħu taʼ partijiet mill-​Bibbja li kienu jeżistu fi żmienu, Danjel, waqt eżilju f’Babilonja, kien kapaċi ‘jagħraf bil-​kotba’ li profezija importanti rrekordjata minn Ġeremija kienet waslet biex titwettaq.—Danjel 9:2.

Fi żmien it-​twelid taʼ Ġesù, ir-​raġel “twajjeb u reverenzjali” Xmun kien jistenna b’fiduċja li jara lill-​wieħed li kellu jsir il-​Kristu, jew il-​Messija. Xmun kien ġie mwiegħed li ma kellux imut qabel jara lill-​Kristu. L-​allużjoni tiegħu għall-​profezija taʼ Isaija huwa u jżomm lil Ġesù tarbija f’dirgħajh turi li Xmun kien qarrej attent tal-​kotba tal-​Bibbja li kienu diġà miktubin fi żmienu.—Luqa 2:25-32; Isaija 42:6.

Meta Ġwanni l-​Għammied kien jippriedka, “[i]n-nies kienu qegħdin jistennew” lill-​Messija. Dan x’jindika? Dan jissuġġerixxi li ħafna minn fost il-​Lhud kienu familjari mal-​profeziji Messjaniċi rrekordjati fl-​Iskrittura. (Luqa 3:15) Dan huwa interessanti, għaliex f’dawk iż-​żminijiet il-​kotba ma kinux jinkisbu faċilment. Kopji tal-​kotba tal-​Bibbja kellhom b’ħafna taħbit jiġu magħmulin bl-​idejn, u kienu għaldaqstant għaljin u diffiċli biex takkwistahom. In-​nies kif saru familjari mal-​kontenut tagħhom?

F’ħafna każi, permezz taʼ qari pubbliku. Per eżempju, Mosè kkmanda illi f’ċerti ħinijiet stabbiliti, il-​Liġi kollha mogħtija minn Alla kellha tiġi moqrija lill-​Iżraeliti miġmugħin. (Dewteronomju 31:10-13) Sa l-​ewwel seklu E.K., il-​qari pubbliku tal-​kotba tal-​Bibbja kien mifrux sewwa maʼ kullimkien. Id-​dixxiplu Ġakbu rrimarka: “Minn żminijiet fl-​antik Mosè kellu f’belt wara belt lil dawk li jippridkawh, għaliex jinqara jgħajjat fis-​sinagogi kull sabat.”—Atti 15:21.

Illum, huwa faċli li jkollok kopja persunali tal-​Bibbja. Mill-​anqas xi ftit minn dawn il-​“kotba żgħar” huma disponibbli fil-​lingwi taʼ 98 fil-​mija tal-​popolazzjoni tad-​dinja. B’hekk huwa taʼ dispjaċir li ħafna m’humiex interessati li jsibu l-​Bibbja x’għandha xi tgħid għalihom. Din tistaʼ tkun era xjentifika, imma l-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja, xorta għadha b’mod li jispikka ferm “taʼ benefiċċju għat-​tagħlim.” Din tagħti pariri tajbin dwar morali, relazzjonijiet umani, u ħafna suġġetti oħrajn. Iktar minn hekk, il-​Bibbja toffri l-​unika tama żgura għal futur taʼ paċi.

Aqraha Regolarment

Ix-​Xhieda taʼ Jehovah għalhekk għamluha parti prominenti minn xogħolhom li jinkuraġġixxu l-​qari regulari tal-​Bibbja. B’ittri jidhru sewwa fuq il-​bini tal-​fabbrika fil-​kwartieri dinjin fi Brooklyn, New York, jidher l-​appell: “AQRA L-​KELMA T’ALLA L-​BIBBJA MQADDSA KULJUM.” Miljuni taʼ nies li jgħaddu minn hemm raw dan il-kliem, u huwa ttamat li ħafna taw kashom.

Fl-iktar minn 73,000 kongregazzjoni tax-​Xhieda taʼ Jehovah madwar id-​dinja, sessjonijiet taʼ l-​Iskola Teokratika tal-​Ministeru jinżammu kull ġimgħa. Parti mill-​kors huwa l-​qari pubbliku taʼ porzjon magħżul mill-​Bibbja. Dawk kollha preżenti wkoll għandhom inkarigu biex jaqraw ftit kapitli mill-​Bibbja kull ġimgħa fil-​privatezza taʼ darhom stess. Dawk li jżommu maʼ din l-​iskeda eventwalment jaqraw il-​Bibbja kollha.

Dan l-​arranġament huwa fi qbil maʼ wieħed mill-​kotba wżati f’din l-​iskola. It-​Theocratic Ministry School Guidebook jgħid: “L-​iskeda persunali tiegħek għandha tinkludi ħin biex taqra l-​Bibbja nnifisha. Hemm valur kbir f’li taqraha minn qoxra sa qoxra. . . . Madankollu, il-​mira tiegħek fil-​qari m’għandha qatt tkun biex sempliċement tgħaddi l-​materjal, imma sabiex ikollok il-​ħarsa sħiħa tagħha bl-​intenzjoni li tiftakar. Ħu l-​ħin biex timmedita fuq dak li tgħid.”

Pubblikazzjonijiet oħrajn ipproduċuti mix-​Xhieda taʼ Jehovah bl-​istess mod jinkuraġġixxu l-​qari tal-​Bibbja. Per eżempju, fir-rivista li takkumpanja dan il-​ġurnal, Awake!, deher dan l-​inkuraġġiment għaż-​żgħażagħ: “Qrajtha int . . . kollha kemm hi l-​Bibbja? Veru, il-​Bibbja hija ktieb kbir, imma għax ma taqsamx il-​qari tagħha f’porzjonijiet żgħar? . . . Il-​Bereani ‘taʼ moħħ nobbli’ ‘eżaminaw bir-​reqqa l-​Iskrittura kuljum.’ (Atti 17:11) Jekk taʼ kuljum issegwi skeda li taqra biss 15-il minuta kull ġurnata . . . , int tistaʼ tispiċċa l-​qari tal-​Bibbja f’sena.” Iva, ix-​Xhieda taʼ Jehovah iħossu li l-​Kristjani taż-​żmien li aħna fih għandhom ikunu midħla sew taʼ l-​Iskrittura, daqskemm kienu l-​qaddejja t’Alla fi żminijiet antiki.

B’dan f’moħħhom, ix-​Xhieda ppromwovew verżjoni moderna taʼ qari pubbliku tal-​Bibbja. F’diversi lingwi, huma għamlu cassettes irrekordjati taʼ qari li jkopri l-​Bibbja kollha. Għal ħafna dan ta prova li kien taʼ għajnuna mill-​aħjar f’li jegħlbu xi ostakli għall-​qari tal-​Bibbja. Xi wħud joqogħdu jisimgħu dawn ir-​recordings waqt li jkunu jaħdmu fid-​dar, isuqu l-​karozza, jew jagħmlu għadd taʼ affarijiet oħrajn. Li toqgħod bil-​qiegħda u tismaʼ bil-​kwiet il-​qari taʼ porzjon mill-​Bibbja waqt li ssegwi minn fuq il-​kopja tiegħek stess hija esperjenza mill-​iktar pjaċevoli.

Jekk m’intix diġà qiegħed taqra l-​Bibbja kuljum, għaliex ma teħodhiex drawwa li tagħmel dan? Dan m’għandux għalfejn jieħu ħafna ħin kuljum, imma l-​benefiċċji ikunu kbar, għaliex l-​applikar taʼ l-​Iskrittura jgħinek taġixxi b’mod għaqli u tgawdi ħajja spiritwalment sodisfaċenti. Int tkun qiegħed taġixxi wkoll f’armonija maʼ dan il-​kmand mogħti żmien ilu lill-​mexxej Iżraelit Ġożwè: “Dan il-​ktieb tal-​liġi m’għandux jitbiegħed minn fommok, u int trid minn taħt l-​ilsien taqra fih lejl u nhar, sabiex tkun tistaʼ tieħu ħsieb li tagħmel skond dak kollu li hemm miktub fih; għax imbagħad il-​mogħdija tiegħek se tagħmilha tirnexxi u mbagħad se taġixxi bil-​għerf.”—Ġożwè 1:8.

Il-paġni tal-​Bibbja jirrivelaw l-​iskop taʼ mħabba taʼ Jehovah għall-​umanità ubbidjenti. Għarfien preċiż tal-​Kelma ispirata tiegħu jirriżulta f’kuntentizza vera u fit-​tama taʼ ħajja eterna f’Ġenna f’dinja ġdida meraviljuża taʼ barkiet li ma jispiċċaw qatt. (Luqa 23:43; 2 Pietru 3:13) Jalla taħtaf l-​opportunità biex taqra u tistudja l-​Bibbja u tistinka għal din il-​ħajja taʼ l-​għaġeb. (w94 5/15)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja