LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w94 9/1 pp. 3-4
  • Liema Tama għall-Għomja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Liema Tama għall-Għomja?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Fejqan Taʼ L-​Għomja Fi Żmien Ġesù
  • Il-Ftuħ taʼ l-Għajnejn għall-Aħbar Tajba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Għin lil dawk għomja jitgħallmu dwar Ġeħova
    Il-Ministeru tas-Saltna—2015
  • Ġesù jfejjaq raġel li twieled agħma
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Il-ħajja mingħajr il-vista
    Stenbaħ!—2015
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
w94 9/1 pp. 3-4

Liema Tama għall-Għomja?

JOHN MILTON ikkompona x-​xogħlijiet epiċi tiegħu Paradise Lost u Paradise Regained avolja kien kompletament agħma. Il-​fatt li kienet kemm għamja kif ukoll truxa ma żammx lil Helen Keller mill-​ħidma tagħha fost dawk b’defiċjenzi fiżiċi. Iva, ħafna nies għomja jkampaw sewwa. Imma kemm ikun isbaħ kieku kulħadd ikun jistaʼ jgawdi vista tajba! Int tistaʼ taqbel b’mod speċjali jekk għandek lil xi ħadd għal qalbek jew xi ħabib li hu agħma jew għandu vista batuta.

Veru, f’xi pajjiżi programmi taʼ rijabilitazzjoni jgħallmu lin-​nies b’vista batuta l-​abbiltajiet tal-​ħajja taʼ kuljum. Il-​Braille u klieb imħarrġin apposta jgħinu lill-​għomja jieħdu ħsieb bosta mill-​ħtiġijiet tagħhom. Minkejja dan, ħafna nies iqisu l-​għama bħala l-​iktar disabbiltà taʼ tkexkix. Wieħed kittieb ikkonferma: “Li tkun agħma jfisser li titlef aċċess għall-​iktar parti sinjifikanti tal-​fakultà taʼ l-​għarfien fid-​dinja tagħna.” Fl-​istess ħin, ħafna jkollhom jiddependu iktar u iktar fuq oħrajn.

Għala, tistaʼ tistaqsi int, hi l-​għama tant prevalenti? Sewwa, smajt int bit-​trakoma? Hi responsabbli għal madwar disaʼ miljun każ taʼ għama. The New Encyclopædia Britannica tgħid dwarha: “Il-​marda tittieħed u tiffjorixxi fejn il-​popli huma ffollati flimkien f’ambjent iġjenikament batut. In-​nuqqas taʼ ilma għall-​ħasil, u l-​mirjadi taʼ dubbien attirati mill-​ħmieġ tal-​bnedmin, jgħinu fit-​tixrid tal-​marda. F’xi modi t-​trakoma hi iktar problema soċjali milli waħda medika; jekk il-​livelli taʼ l-​għixien jistgħu jiġu mtejbin, l-​iffollar imnaqqas, id-​dubbien skuraġġit, u l-​provvisti adekwati taʼ ilma assigurati, il-​frekwenza tat-​trakoma tonqos bil-​ħeffa.” Madwar miljun ruħ oħrajn isofru mill-​onkoċerkjażi, jew għama tax-​xmajjar. Jew xi ngħidu dwar iż-​żeroftalmja? Għalkemm l-​isem huwa tqil, il-​fatt huwa li din hija kawża komuni għall-​għama. Id-​dijabete, id-​difterja, il-​ħożba, l-​iskarlatina, u l-​mard trasmess sesswalment jistgħu wkoll iwasslu għall-​għama.

Iktar ma nikbru, il-​vista tagħna tistaʼ tmur lura bħala riżultat taʼ diżordnijiet bħad-​deġenerazzjoni tal-​makula u l-​glawkoma, u ma nistgħux inħallu barra l-​katarretti. The New Encyclopædia Britannica tinnota: “Il-​katarretti xorta għadhom ’il fuq fil-lista taʼ kawżi taʼ għama f’ħafna pajjiżi tad-​dinja, u dan huwa traġiku iktar u iktar meta din tistaʼ titfejjaq b’tant faċilità permezz taʼ mezzi kirurġiċi.”

Minkejja sejbiet ġodda fl-​oftalmoloġija, l-​eliminar taʼ l-​għama jidher ’il bogħod ħafna. L-​istess enċiklopedija tgħid: “Avanzi fil-​prevenzjoni u fil-​kura medika u kirurġika għall-​għama jistgħu jkunu taʼ benefiċċju biss għal popolazzjoni li għandha aċċess għal kura medika. Sakemm il-​livelli nutrittivi u iġjeniċi taʼ parti kbira mill-​popolazzjoni tad-​dinja jkunu jistgħu jiġu mtejbin, l-​għama li tistaʼ tiġi evitata se tibqaʼ fil-​livell għoli preżenti tagħha.”

Fil-waqt li l-​antibijotiċi u l-​kirurġija ċertament li huma utli fil-​ġlieda kontra l-​għama, it-​tama għal fejqan permanenti għandha x’taqsam maʼ xi ħaġa li ġrat kważi elfejn sena ilu.

Fejqan Taʼ L-​Għomja Fi Żmien Ġesù

Ġib quddiem għajnejk raġel taʼ ftit iktar minn 30 sena miexi fi triq kollha trab. Waqt li jisimgħu li għaddej minn hemm, żewġt irġiel għomja mal-​ġenb tat-​triq jgħajtu: “Ikollok ħniena minna!” Għalkemm osservaturi jordnawlhom joqogħdu kwieti, l-​għomja jgħajtu: “Ikollok ħniena minna!” Ir-​raġel bil-​ħlewwa jistaqsi: “Xi triduni nagħmel għalikom?” B’ħeġġa kbira jweġbuh: “Ħalli li għajnejna jinfetħu.” Issa immaġina: Ir-​raġel imissilhom għajnejhom, u immedjatament jirċievu d-​dawl!—Mattew 20:29-34.

X’ferħ għal dawn l-​irġiel li qabel kienu għomja! Madankollu, l-​għama hi tant komuni. Din kienet biss ġrajja waħda. Għaliex għandha tistħoqqilha l-​attenzjoni tiegħek? Għax kien Ġesù taʼ Nazzaret li lil dawk iż-​żewġt irġiel għomja tahom il-​grazzja li jaraw. Fil-​fatt, barra li ġie ‘midluk biex jiddikjara aħbar tajba lill-​foqra,’ Ġesù kien ‘mibgħut biex jagħti dawl mill-​ġdid lill-​għomja.’—Luqa 4:18.

In-nies kienu mgħaġġbin minn fejqan mirakoluż bħal dan imwettaq permezz taʼ l-​ispirtu qaddis qawwi t’Alla. Naqraw: “Il-​folla baqgħet mgħaġġba hekk kif raw il-​muti jitkellmu u z-​zopop jimxu u l-​għomja jaraw, u gglorifikaw lil dak Alla taʼ Iżrael.” (Mattew 15:31) Mingħajr ebda ħlas u mingħajr ma għamel xi wirja persunali jew fittex glorja għalih innifsu permezz taʼ fejqan bħal dan, Ġesù enfasizza l-​imħabba u l-​ħniena t’Alla Jehovah. Madankollu, Ġesù kellu mogħdrija wkoll għal dawk in-​nies għomja spiritwalment li ma jistgħux jgħinu ruħhom u li kienu “mqaxxrin u mitfugħin ’l hawn u ’l hemm bħal ngħaġ mingħajr ragħaj.”​—Mattew 9:36.

Hi kemm hi taʼ interess din l-​istorja, int tistaʼ taħseb, Xi ngħidu għal-​lum? Ladarba llum ħadd ma jfejjaq lin-​nies kif għamel Ġesù, għandu dak il-​fejqan xi tifsira għalina? Hemm xi tama għall-​għomja? Jekk jogħġbok aqra l-​artiklu li jmiss. (w94 8/15)

[Kumment f’paġna 4]

“Sakemm il-​livelli nutrittivi u iġjeniċi taʼ parti kbira mill-​popolazzjoni tad-​dinja jkunu jistgħu jiġu mtejbin, l-​għama li tistaʼ tiġi evitata se tibqaʼ fil-​livell għoli preżenti tagħha.”—The New Encyclopædia Britannica

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja