LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w94 11/1 pp. 4-6
  • X’Inhija l-Kundizzjoni tal-Mejtin?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Inhija l-Kundizzjoni tal-Mejtin?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Mewt Ma Kenitx Intenzjonata Għall-​Umanità
  • Liema Wegħda?
  • Komunikazzjonijiet Mill-​Qasam Taʼ L-​Ispirti
  • Jehovah, Alla Taʼ Verità u Mħabba
  • X’Jiġrilhom il-Maħbubin Mejtin Tagħna?
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
  • Ħajja Wara l-Mewt—Kif, Fejn, Meta?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Għandek Int Spirtu Immortali?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • X’Tama Hemm għall-Mejtin?
    Aħbar Tajba Mingħand Alla!
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
w94 11/1 pp. 4-6

X’Inhija l-Kundizzjoni tal-Mejtin?

IL-​BIŻAʼ mill-​mejtin huwa bbażat fuq suppożizzjoni waħda​—li l-​mejjet għandu ruħ jew spirtu li tibqaʼ tgħix wara l-​mewt. Jekk il-​Bibbja tgħallem ċar u tond li dan il-​kunċett huwa falz, allura l-​kwistjoni taʼ jekk il-​mejtin jistgħux jagħmlulek ħsara tiġi midfuna darba għal dejjem. Mela, allura, il-​Bibbja xi tgħid?

Rigward il-​kundizzjoni tal-​mejtin, il-​Kelma t’Alla tgħid: “Il-​ħajjin huma konxji li se jmutu; imma inkwantu għall-​mejtin, m’huma konxji taʼ xejn affattu, lanqas ma iktar għandhom pagi, għaliex it-​tifkira tagħhom intesiet. Ukoll, l-​imħabba tagħhom u l-​mibgħeda tagħhom u l-​għira tagħhom diġà għebu, u m’għandhomx iktar sehem għal żmien indefinit fi kwalunkwe ħaġa li trid issir taħt ix-​xemx.”—Ekkleżjasti 9:5, 6.

Meta tqis dak, jistgħu l-​mejtin jgħinuk jew jagħmlulek ħsara? Le, tgħid l-​Iskrittura. Il-​mejtin m’humiex konxji u huma fis-​skiet. M’humiex kapaċi jikkomunikaw mal-​ħajjin jew li jesprimu kwalunkwe emozzjoni​—imħabba jew mibgħeda—​jew li jwettqu kwalunkwe azzjoni. M’għandekx għalfejn tibżaʼ minnhom.

‘Sewwa, iva, dak jistaʼ jkun veru jekk tirreferi għall-​mewt tal-​ġisem fiżiku,’ xi wħud jistgħu jgħidu. ‘Imma mewta fiżika m’hijiex it-​tmiem tal-​ħajja; sempliċement teħles l-​ispirtu mill-​ġisem. Dak l-​ispirtu jistaʼ jgħin jew jagħmel ħsara lill-​ħajjin.’ Miljuni taʼ nies maʼ l-​art kollha hekk iħossuhom.

Per eżempju, fil-​Madagaskar il-​ħajja hija meqjusa bħala sempliċi vjaġġ, u għalhekk funeral u eżumazzjoni huma kkunsidrati iktar importanti minn tieġ. Huwa maħsub li l-​persuna ġiet mingħand l-​antenati tagħha u terġaʼ lura għandhom mal-​mewt. Għalhekk, id-​djar għall-​ħajjin huma magħmulin mill-​injam u taħlita taʼ tafal u tiben, materjali li jiddiżintegraw biż-​żmien, fil-​waqt li l-​oqbra, id-​“djar” għall-​mejtin, huma ġeneralment iktar elaborati u li jservu. Fl-​eżumazzjoni, il-​familja u l-​ħbieb iħossu li se jiġu mberkin, u n-​nisa jemmnu li jekk imissu l-​għadam tal-​mejjet li jiġi minnhom, se jsiru fertili. Imma, għal darb’oħra, il-​Kelma t’Alla xi tgħid?

Il-​Mewt Ma Kenitx Intenzjonata Għall-​Umanità

Huwa interessanti li tinnota li Alla Jehovah ħalaq il-​bniedem biex jgħix, u tkellem dwar il-​mewt biss bħala konsegwenza tad-​diżubbidjenza. (Ġenesi 2:17) Sfortunatament, l-​ewwel raġel u mara tassew li dinbu, u bħala riżultat, id-​dnub infirex fuq l-​umanità kollha bħala wirt li jġib il-​mewt. (Rumani 5:12) Mela tistaʼ tgħid li l-​mewt ilha realtà tal-​ħajja sa mid-​diżubbidjenza taʼ l-​ewwel par umani, iva, realtà tal-​ħajja kollha wġigħ. Aħna ġejna maħluqin biex ngħixu, li jispjega f’parti l-​fatt għala miljuni bla għadd isibuha tant iebsa li jaċċettaw il-​mewt bħala li hija t-​tmiem.

Skond ir-​rakkont tal-​Bibbja, Satana pprova jqarraq bl-​ewwel par umani dwar il-​mewt billi kkontradixxa t-​twissija t’Alla li d-​diżubbidjenza kellha ġġib il-​mewt. (Ġenesi 3:4) Hekk kif gerbbu s-​snin, iżda, beda jidher b’mod iktar ċar li l-​bnedmin imutu preċiż bħalma Alla qal li kellhom jagħmlu. B’hekk, matul is-​sekli Satana rrisponda b’jerġaʼ gidba oħra​—li xi parti mill-​bniedem li hija spirtu tibqaʼ ħajja wara l-​mewt tal-​ġisem. Qerq bħal dan veru joqgħodlu lil Satana x-​Xitan, li lilu Ġesù ddeskriva bħala “missier il-​gidba.” (Ġwann 8:44) Għall-​kuntrarju, it-​tweġiba t’Alla għall-​mewt hija wegħda inkuraġġanti.

Liema Wegħda?

Hija l-​wegħda taʼ rxoxt għal ħafna. Il-​kelma Griega tradotta “rxoxt” hija a·naʹsta·sis. Litteralment tfisser “li wieħed jerġaʼ jqum bil-​wieqfa,” u tirreferi għal qawmien mill-​mewt. Iva, il-​bniedem jimtedd fil-​mewt, imma Alla bil-​qawwa tiegħu jistaʼ jqajjem persuna mill-​ġdid. Il-​bniedem jitlef il-​ħajja, imma Alla jistaʼ jerġaʼ jagħtih il-​ħajja. L-​Iben t’Alla, Ġesù Kristu, qal li “s-​siegħa ġejja li fiha dawk kollha fl-​oqbra tal-​mafkar se jisimgħu leħnu u joħorġu.” (Ġwann 5:28, 29) L-​appostlu Pawlu esprima t-​“tama [tiegħu] f’Alla . . . li se jkun hemm irxoxt kemm tat-​twajbin u kemm taʼ dawk li m’humiex twajbin.” (Atti 24:15) Ġob, qaddej leali t’Alla fi żminijiet taʼ qabel il-​Kristjanità, ukoll iddikjara t-​tama tiegħu f’irxoxt: “Jekk bniedem f’saħħtu jmut jistaʼ jgħix mill-​ġdid? Il-​jiem kollha tas-​servizz obbligatorju tiegħi se nistenna, sakemm jiġi s-​serħan tiegħi. Int [Alla] se ssejjaħ, u jien innifsi se nwieġbek.”—Ġob 14:14, 15.

Il-wegħda ċara taʼ rxoxt ma tgiddibhiex l-​idea li l-​mejtin huma ħajjin fil-​forma taʼ spirti? Li kieku l-​mejtin kienu ħajjin u qegħdin igawdu eżistenza fis-​sema jew f’xi dinja taʼ l-​ispirti, x’kellu jkun l-​iskop taʼ l-​irxoxt? Ma jkunux huma diġà rċevew il-​premju jew id-​destin tagħhom? Studju tal-​Kelma t’Alla jirrivela li l-​mejtin huma tassew mejtin, m’humiex konxji, reqdin sa ma jistenbħu bil-​kbir permezz taʼ rxoxt f’dinja ġdida​—ġenna—​imwiegħda minn Missierna kollu mħabba, Jehovah. Imma jekk il-​mewt ma tfissirx separazzjoni tal-​ġisem u l-​ispirtu u jekk l-​ispirtu ma jibqax ħaj, xi ngħidu dwar il-​każi fejn jidher li jkun hemm komunikazzjonijiet mid-​dinja taʼ l-​ispirti?

Komunikazzjonijiet Mill-​Qasam Taʼ L-​Ispirti

Każi bla għadd ġew irrapportati taʼ komunikazzjonijiet li suppost ġew irċevuti mill-​qasam taʼ l-​ispirti. X’inhuwa tassew l-​oriġini tagħhom? Il-​Bibbja twissina li “Satana nnifsu jippoża bħala anġlu tad-​dawl. Hija għalhekk ħaġa sempliċi għall-​aġenti tiegħu biex jippożaw bħala aġenti tat-​tajjeb.” (2 Korintin 11:14, 15, The New English Bible) Iva, biex iqarrqu u jiżżvijaw lin-​nies b’iktar faċilità, id-​demonji (anġli ribellużi) kkomunikaw mal-​ħajjin, xi drabi billi għamluha taʼ wħud li jħobbu jgħinu.

L-appostlu Pawlu jagħti twissija oħra dwar din il-​kampanja taʼ qerq: “Xi wħud se jaqgħu ’l hemm mill-​fidi, billi jagħtu kas ħwejjeġ mitkellma u spirati li jiżżvijaw u tagħlim tad-​demonji.” (1 Timotew 4:1) Mela kwalunkwe rispons li jiġi attribwit lill-​mejtin x’aktarx li jkun mid-​demonji li jippożaw bħala “aġenti tat-​tajjeb” u jippromwovu gidba reliġjuża, billi jagħmlu lin-​nies irsiera tas-​superstizzjonijiet li jiżżvijawhom mill-​verità tal-​Kelma t’Alla.

Billi kkonferma li l-​mejtin ma jistgħu jgħidu xejn, jagħmlu xejn, jew iħossu xejn, Salm 146:3, 4 jistqarr: “Tpoġġux il-​fiduċja tagħkom fin-​nobbli, lanqas f’bin il-​bniedem taʼ l-​art, li lilu ma tappartjeni ebda salvazzjoni. L-​ispirtu tiegħu joħroġ, hu jerġaʼ lura lejn l-​art tiegħu; f’dak il-​jum ħsibijietu tassew jgħibu.” Liema spirtu huwa li “joħroġ”? Huwa l-​forza tal-​ħajja tal-​persuna li tiġi sostnuta billi wieħed jieħu n-​nifs. Għalhekk, meta l-​mejjet waqaf jieħu n-​nifs, is-​sensi tiegħu ma baqgħux jiffunzjonaw. Hu jidħol fi stat taʼ li jkun kompletament mitluf minn sensih. Mela huwa impossibbli għalih li jkollu pussess fuq il-​ħajjin.

Dak huwa għala l-​Bibbja tqabbel il-​mewt taʼ bniedem maʼ dik taʼ annimal, billi tistqarr li t-​tnejn li huma jintilfu minn sensihom fil-​mewt u jerġgħu lura lejn it-​trab li minnu kienu magħmulin. Ekkleżjasti 3:19, 20 jgħid: “Hemm eventwalità rigward ulied il-​bnedmin u eventwalità rigward il-​bhima, u għandhom l-​istess eventwalità. Bħalma jmut wieħed, hekk imut l-​ieħor; u lkoll għandhom biss spirtu wieħed, u għalhekk m’hemm ebda superjorità tal-​bniedem fuq il-​bhima, għax kollox frugħa. Kollha sejrin f’post wieħed. Kollha saru mit-​trab, u kollha sejrin lura lejn it-​trab.”

Billi jaf li d-​demonji jipprovaw iqarrqu bin-​nies f’li jaħsbu li jistgħu jikkomunikaw mal-​mejtin u jiġu effettwati minnhom, Alla Jehovah wissa lill-​poplu tiegħu, l-​Iżraeliti tal-​qedem: “M’għandux jinstab ġo fik . . . xi ħadd li juża t-​tbassir, xi ħadd li jipprattika l-​maġija jew xi ħadd li jfittex għal għeliem jew xi saħħâr, jew wieħed li jagħmel magħmul lil oħrajn jew xi ħadd li jikkonsulta maʼ medju taʼ l-​ispirti jew maʼ bassâr tal-​ġrajjiet professjonali jew xi ħadd li jistħarreġ mingħand il-​mejtin. Għax kulmin qiegħed jagħmel dawn l-​affarijiet hu ħaġa moqżieża għal Jehovah.”—Dewteronomju 18:10-12.

B’mod ċar, l-​idea li l-​mejtin jistgħu jagħmlulna ħsara ma tiġix mingħand Alla. Hu Alla taʼ verità. (Salm 31:5; Ġwann 17:17) U għandu futur meraviljuż maħżun għal dawk li jħobbu l-​verità li jqimuh “bl-​ispirtu u l-​verità.”—Ġwann 4:23, 24.

Jehovah, Alla Taʼ Verità u Mħabba

Missierna tas-​sema kollu mħabba, “li ma jistax jigdeb,” tana l-​kelma tiegħu: Miljuni fuq miljuni li mietu u ġew impoġġijin f’oqbra se jiġu rxoxtati bil-​prospett taʼ ħajja eterna f’dinja ġdida taʼ tjieba! (Titus 1:1, 2; Ġwann 5:28) Din il-​wegħda kollha mħabba taʼ rxoxt tirrivela li Jehovah għandu interess profond fil-​ġid tal-​ħolqien uman tiegħu u xewqa mill-​qalb biex ineħħi min-​nofs il-​mewt, in-​niket, u l-​uġigħ. Mela m’hemmx bżonn li tibżaʼ mill-​mejtin jew li tkun ikkonċernat iżżejjed dwarhom u dwar il-​prospetti tagħhom. (Isaija 25:8, 9; Rivelazzjoni 21:3, 4) Alla tagħna, Jehovah, kollu mħabba u ġust, jistaʼ jirxoxtahom u tassew li hekk se jagħmel, billi jneħħi l-​uġigħ tal-​mewt.

Il-Kelma t’Alla, il-​Bibbja, hija mimlija b’deskrizzjonijiet taʼ kif se jkunu l-​kundizzjonijiet f’dik id-​dinja ġdida taʼ tjieba mwiegħda. (Salm 37:29; 2 Pietru 3:13) Se jkun żmien taʼ paċi u hena u taʼ mħabba għal sħabna l-​bnedmin kollha. (Salm 72:7; Isaija 9:7; 11:6-9; Mikea 4:3, 4) Kulħadd se jkollu djar mill-​aħjar u fis-​sigurtà, kif ukoll xogħol taʼ gost. (Isaija 65:21-23) Se jkun hemm partita affarijiet tajbin taʼ l-​ikel għal kulħadd. (Salm 67:6; 72:16) Kulħadd se jgawdi saħħa abbundanti. (Isaija 33:24; 35:5, 6) Waqt li l-​appostli u numru limitat taʼ oħrajn se jaħkmu fis-​sema maʼ Ġesù, il-​Bibbja ma ssemmix kundizzjonijiet imberkin fis-​sema għall-​erwieħ taʼ oħrajn wara l-​mewt. (Rivelazzjoni 5:9, 10; 20:6) Din tkun ħaġa stramba jekk il-​biljuni taʼ dawk li mietu jibqgħu jgħixu wara l-​mewt.

Imma din m’hijiex xi ħaġa stramba meta nafu t-​tagħlim ċar tal-​Bibbja: Il-​mejtin waqfu milli jeżistu bħala erwieħ ħajjin. Ma jistgħux jagħmlulek ħsara. Dawk fl-​oqbra tal-​mafkar sempliċement jistrieħu, m’humiex konxji sa l-​irxoxt tagħhom fiż-​żmien maħtur t’Alla. (Ekkleżjasti 9:10; Ġwann 11:11-14, 38-44) It-​tamiet u l-​aspirazzjonijiet tagħna, allura, jiddependu minn Alla. “Ejjew inkunu ferħanin u nithennew bis-​salvazzjoni permezz tiegħu.”—Isaija 25:9. (w94 10/15)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja