LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w95 4/1 pp. 3-4
  • Kif Tistaʼ Int Tagħmel it-Talb Tiegħek Iktar Għani?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tistaʼ Int Tagħmel it-Talb Tiegħek Iktar Għani?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Materjal Simili
  • Tejjeb il-Kwalità tat-Talb Tiegħek Permezz taʼ Studju tal-Bibbja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Ersaq Qrib Lejn Alla bit-​Talb
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • It-Talb taʼ Min Jiġi Mwieġeb?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Jagħmel Xi Ġid it-Talb?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
w95 4/1 pp. 3-4

Kif Tistaʼ Int Tagħmel it-​Talb Tiegħek Iktar Għani?

IT-​TALB huwa uniku fost il-​provvedimenti taʼ mħabba t’Alla Jehovah. Xi opponenti jistgħu jikkonfiskawlek il-​Bibbja jew ma jħallukx tiltaqaʼ m’adoraturi sħabek, imma ħadd ma jistaʼ jċaħħdek mit-​talb. Huwa impossibbli li wieħed jesaġera l-​valur tat-​talb. Kemm huwa importanti, allura, għal kull wieħed u waħda minna li ngħożżu u nieħdu vantaġġ sħiħ minn dan il-​privileġġ. X’jistaʼ jgħinek biex tagħmel it-​talb tiegħek iktar għani?

Il-Bibbja m’hijiex ktieb taʼ talb. Madankollu, tistaʼ tiġi deskritta bħala l-​aqwa ktieb taʼ l-​umanità dwar it-​talb. Fl-​Iskrittura Ebrajka waħedha hemm ’il fuq minn 150 talba. Xi wħud huma qosra; oħrajn huma twal. Ġew imlissnin fil-​pubbliku jew fil-​privat, minn slaten jew minn irsiera, fi trijonf jew fi tribulazzjoni. Bħalma għanna David f’Salm 65:2, “nies taʼ kull laħam” iduru lejn Jehovah, “Semmiegħ it-​talb.” Alla għala nebbaħ lill-​kittieba tal-​Bibbja biex jiddokumentaw selezzjoni estensiva bħal din taʼ talb?

Biex twieġeb dik il-​mistoqsija, ikkunsidra t-2 Timotew 3:16. Dan jgħid: “L-​Iskrittura kollha hija mnebbħa minn Alla u taʼ benefiċċju.” B’hekk, talb Bibliku qiegħed hemm biex jiggwidana, bħalma huma l-​profeziji, il-​prinċipji, u l-​istorja Skritturali. Dan it-​talb kif jistaʼ jkun taʼ benefiċċju għalina?

Billi nagħtu ħarsa mill-​qrib lejn talb Skritturali, nistgħu nidentifikaw lil dawk li ntqalu f’sitwazzjonijiet simili għal tagħna stess. Nistgħu nitgħallmu kif it-​talb ivarja fl-​iskop u fl-isfond. Iktar minn hekk, se niskopru espressjonijiet ġodda taʼ tifħir u radd il-​ħajr u se nsibu kliem ġdid għall-​petizzjonijiet u s-​suppliki tagħna. Fil-​qosor, talb Bibliku jistaʼ jgħinna nagħmlu t-​talb tagħna stess iktar għani.

Marija, li saret omm Ġesù, kienet persuna li milli jidher ibbenefikat minn espressjonijiet użati f’talba ddokumentata fil-​Bibbja. Hi żaret lill-​qariba tagħha Eliżabetta wara li kull waħda minnhom ikkonċepiet iben bil-​għajnuna divina. Marija offriet tifħir u radd il-​ħajr lil Alla, u xi ftit mill-​kliem tagħha huwa simili b’mod rimarkabbli għal dak li hemm f’talba fl-​Iskrittura Ebrajka. Jidher li x’aktarx Marija kienet familjari mat-​talb imlissen minn Ħanna, omm Samwel il-​profeta. Ħanna kienet ukoll ikkonċepiet iben bil-​għajnuna t’Alla, iktar minn 1,000 sena qabel. Setaʼ kien li Marija mmeditat fuq din it-​talba għaliex din irriflettiet is-​sentimenti tagħha stess?—1 Samwel 2:1-10; Luqa 1:46-55.

Xi ngħidu dwarek? Tistaʼ tiftakar f’xi talba Biblika mitkellma taħt ċirkostanzi simili għal dawk tiegħek stess? Li ssib, taqra, u timmedita fuq talb bħal dan se jgħinek tagħmel il-​komunikazzjoni tiegħek stess m’Alla iktar għanja. Fl-​artiklu li jmiss, nistednuk biex teżamina tliet talbiet mill-​Iskrittura Mqaddsa. Dawn ġew offruti taħt ċirkostanzi differenti, forsi simili għal tiegħek. (w95 3/15)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja