LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w97 9/1 pp. 10-15
  • “Moħħ f’Loku” Hekk Kif Joqrob It-tmiem

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Moħħ f’Loku” Hekk Kif Joqrob It-tmiem
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “Moħħ F’Loku” fir-​Relazzjonijiet Persunali Tagħna
  • “Moħħ F’Loku” u r-​Responsabbiltajiet Tal-​Familja
  • “Moħħ F’Loku” Fil-​Ħarsa Tagħna Taʼ L-​Edukazzjoni
  • ‘Tfittixx Affarijiet Kbar’
  • Nużaw Il-​Bqija Taż-​Żmien Bl-​Aqwa Mod
  • Ibqaʼ Għix B’“Moħħ F’Loku”
  • Tgħallem Lezzjoni Dwar il-Ħniena
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Ipprova Ara lill-Oħrajn Kif Jarahom Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Ġona Jsir Jaf X’Inhi l-Ħniena taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Ġeħova kien paċenzjuż maʼ Ġona
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
w97 9/1 pp. 10-15

“Moħħ f’Loku” Hekk Kif Joqrob It-​tmiem

“Qrib hu t-​tmiem taʼ kollox; għalhekk kunu għaqlin [“moħħkom f’loku,” “NW”].”—1 PIETRU 4:7.

1. X’inhu involut f’li jkollna “moħħ f’loku”?

IL-​KLIEM t’hawn fuq taʼ l-​appostlu Pietru għandu jkollu effett profond fuq il-​mod kif il-​Kristjani jgħixu ħajjithom. Madankollu, Pietru ma qalx lill-​qarrejja tiegħu biex jirtiraw mir-​responsabbiltajiet u t-​tħassib tal-​ħajja taʼ kuljum; lanqas ma inkuraġġixxa sens taʼ isteriżmu rigward il-​qerda li riesqa malajr. Pjuttost, hu ħeġġeġ: “Kunu moħħkom f’loku.” Li nkunu ‘moħħna f’loku’ jinvolvi li nuru ġudizzju tajjeb, inkunu sensibbli, diskreti, raġonevoli fil-​kliem u fl-​azzjonijiet tagħna. Dan ifisser li nħallu l-​Kelma t’Alla taħkem il-​ħsibijiet u l-​azzjonijiet tagħna. (Rumani 12:2) Minħabba li ngħixu “f’nofs bnedmin taʼ ħajja mgħawwġa u mħassra,” moħħ f’loku huwa meħtieġ biex inbiegħdu l-​problemi u d-​diffikultajiet.—Filippin 2:15.

2. Il-​paċenzja taʼ Jehovah kif tibbenefika lill-​Kristjani llum?

2 “Moħħ f’loku” jgħinna wkoll biex ikollna ħarsa meqjusa u realistika tagħna nfusna. (Titu 2:12, NW; Rumani 12:3) Dan huwa essenzjali meta nagħtu ħarsa lejn il-​kliem imniżżel fit-2 Pietru 3:9: “Mhux għax jiddawwar il-​Mulej li jtemm il-​wegħdiet tiegħu, kif jaħsbu xi wħud, imma qiegħed jistabar bikom għax ma jridx li xi ħadd jintilef, imma li kulħadd jersaq għall-​indiema.” Innota li Jehovah qed jieħu paċenzja, mhux biss b’dawk li ma jemmnux, imma wkoll “bikom”​—membri tal-​kongregazzjoni Kristjana. Għala? Għaliex “ma jridx li xi ħadd jintilef.” Forsi xi wħud għad għandhom il-​bżonn li jagħmlu bidliet u aġġustamenti sabiex jikkwalifikaw għar-​rigal taʼ ħajja taʼ dejjem. Ejjew għalhekk inħarsu lejn xi aspetti fejn jistaʼ jkun hemm bżonn taʼ xi aġġustamenti.

“Moħħ F’Loku” fir-​Relazzjonijiet Persunali Tagħna

3. Il-​ġenituri liema mistoqsijiet jistgħu jistaqsu lilhom infushom rigward uliedhom?

3 Id-​dar għandha tkun menqa taʼ paċi. Imma għal xi wħud tkun “dar mimlija . . . ġlied.” (Proverbji 17:1) Xi ngħidu għall-​familja tiegħek? Hija d-​dar tiegħek ħielsa mill-​“korla, tagħjir, [u] għajat”? (Efesin 4:31) Xi ngħidu għal uliedek? Iħossuhom maħbubin u apprezzati? (Qabbel Luqa 3:22.) Qiegħed tieħu l-​ħin biex tistruwihom u tħarriġhom? Qiegħed int “tiddixxiplina fit-​tjieba” minflok bil-​korla u r-​rabja? (2 Timotju 3:16, NW) Ladarba t-​tfal huma “wirt il-​Mulej,” hu interessat intensament dwar kif jiġu trattati.—Salm 127:3.

4. (a) X’jistaʼ jirriżulta jekk raġel jittratta lil martu b’mod aħrax? (b) In-​nisa miżżewġin kif jistgħu jippromwovu l-​paċi m’Alla u l-​hena fil-​familja kollha kemm hi?

4 Xi ngħidu dwar is-​sieħeb jew is-​sieħba tagħna? “Hekk għandhom ukoll l-​irġiel iħobbu n-​nisa tagħhom bħallikieku ġisimhom stess. Min iħobb ’il martu jkun iħobb lilu nnifsu. Qatt ħadd ma bagħad ’il ġismu stess, iżda jmantnih u jieħu ħsiebu, bħalma jagħmel Kristu mal-​Knisja.” (Efesin 5:28, 29) Raġel abbużiv, dominanti, jew bla raġuni mhux biss jipperikola t-​trankwillità taʼ daru imma wkoll idgħajjef ir-​relazzjoni tiegħu m’Alla. (1 Pietru 3:7) Xi ngħidu dwar in-​nisa? Huma bl-​istess mod għandhom ‘joqogħdu għal żwieġhom bħallikieku għall-​Mulej.’ (Efesin 5:22) Billi taħseb f’termini taʼ li togħġob lil Alla mara tistaʼ tiġi megħjuna biex tinjora n-​nuqqasijiet taʼ żewġha u tkun suġġetta lejh mingħajr ma żżomm f’qalbha. Xi drabi, mara miżżewġa għandha mnejn tħossha obbligata li tesprimi l-​opinjoni tagħha. Proverbji 31:26 jgħid dwar mara kapaċi: “Kliem l-​għerf għandha fuq fommha, kliem it-​tjieba fuq ilsienha.” Billi tittratta lil żewġha bil-​ħlewwa u bir-​rispett, hi żżomm paċi m’Alla, u tippromwovi l-​hena tal-​familja kollha kemm hi.—Proverbji 14:1.

5. Iż-​żgħażagħ għala għandhom isusu wara l-​pariri tal-​Bibbja rigward kif jittrattaw lill-​ġenituri tagħhom?

5 Żgħażagħ, kif tittrattawhom lill-​ġenituri tagħkom? Tużaw intom id-​diskors sarkastiku u bla rispett li taʼ spiss jiġi ttollerat fid-​dinja? Jew qegħdin tobdu l-​kmand tal-​Bibbja: “Intom it-​tfal, isimgħu mill-​ġenituri tagħkom fil-​Mulej, għax dan hu s-​Sewwa. ‘Weġġaħ ’il missierek u ’l ommok’, dan hu l-​ewwel kmandament b’wegħda sabiex ikollok ir-​riżq u tul għomrok fuq l-​art”?—Efesin 6:1-3.

6. Kif nistgħu nfittxu l-​paċi m’adoraturi sħabna?

6 Aħna nuru wkoll “moħħ f’loku” meta ‘nfittxu s-​sliem u nqisu li niksbuh’ m’adoraturi sħabna. (1 Pietru 3:11) Minn żmien għal żmien iqumu nuqqasijiet taʼ qbil u malintiżi. (Ġakbu 3:2) Jekk titħalla tbejjet il-​mibegħda, tistaʼ tiġi rriskjata l-​paċi tal-​kongregazzjoni kollha kemm hi. (Galatin 5:15) Mela issetilja malajr xi tilwim; fittex soluzzjonijiet paċifiċi.—Mattew 5:23-25; Efesin 4:26; Kolossin 3:13, 14.

“Moħħ F’Loku” u r-​Responsabbiltajiet Tal-​Familja

7. (a) Pawlu kif inkuraġġixxa t-​turija taʼ “moħħ f’loku” fi kwistjonijiet tal-​ħajja taʼ kuljum? (b) Kristjani li huma miżżewġin liema attitudni għandhom ikollhom lejn ir-​responsabbiltajiet domestiċi?

7 L-​appostlu Pawlu wissa lill-​Kristjani ‘biex jgħixu bir-​rażna [“b’moħħ f’loku,” NW].’ (Titus 2:12) Huwa taʼ interess li, fil-​kuntest, Pawlu jwiddeb lin-​nisa biex “iħobbu lil żwieġhom u lil uliedhom; ikunu meqjusa [“moħħhom f’loku,” NW], safja, nisa tad-​dar.” (Titu 2:4, 5) Pawlu dak kitbu fis-​snin 61-64 E.K., ftit snin qabel it-​tmiem tas-​sistema t’affarijiet Lhudija. Iżda, affarijiet tal-​ħajja taʼ kuljum, bħalma huwa x-​xogħol tad-​dar, kienu għadhom importanti. Għalhekk kemm l-​irġiel u kemm in-​nisa miżżewġin għandhom iżommu ħarsa bnina u pożittiva dwar ir-​responsabbiltajiet domestiċi tagħhom “ħalli l-​kelma taʼ Alla ma titkasbarx.” Wieħed kap taʼ familja talab skuża lil viżitatur minħabba d-​dehra taʼ mistħija taʼ daru. Spjega li kienet fi stat mitluq “għaliex hu kien pijunier.” Hija ħaġa taʼ min ifaħħarha meta nagħmlu sagrifiċċji għan-​nom tas-​Saltna, imma rridu noqogħdu attenti li ma nissagrifikawx il-​benesseri tal-​familji tagħna.

8. Kapijiet tal-​familja kif jistgħu jieħdu ħsieb il-​bżonnijiet tal-​familji tagħhom b’mod ibbilanċjat?

8 Il-​Bibbja tħeġġeġ lill-​missirijiet biex jagħtu prijorità lill-​familji tagħhom, billi tgħid li wieħed li jonqos li jipprovdi għall-​familja tiegħu jkun “ċaħad il-​fidi u hu agħar minn wieħed li ma jemminx.” (1 Timotju 5:8) Il-​livelli t’għajxien ivarjaw mad-​dinja kollha, u tajjeb li żżomm l-​istennijiet materjali modesti. “Tagħtinix la faqar u lanqas għana,” talab il-​kittieb taʼ Proverbji 30:8. Madankollu, il-​ġenituri m’għandhomx jinjoraw il-​bżonnijiet materjali taʼ wliedhom. Ikun għaqli, per eżempju, li wieħed deliberatament iħalli lill-​familja tiegħu mingħajr in-​neċessitajiet bażiċi tal-​ħajja biex isus wara privileġġi teokratiċi? Mhux sejjer dan iħarrax lit-​tfal tiegħu? Mill-​banda l-​oħra, Proverbji 24:27 jgħid: ‘Qis li xogħlok ikun f’postu, u li jkollok kollox lest għal xogħol ir-​rabaʼ; u mbagħad ibni darek.’ Iva, fil-​waqt li tħassib għal affarijiet materjali għandu postu, ‘li tibni darek’​—spiritwalment u emozzjonalment—​huwa vitali.

9. Għala hu għaqli għal kapijiet tal-​familja li jikkunsidraw il-​possibbiltà li tiġi fuqhom il-​mewt jew xi marda?

9 Għamilt int provvedimenti biex tieħu ħsieb tal-​familja tiegħek f’każ li tiġi fuqek il-​mewt għal għarrieda? Proverbji 13:22 jgħid: “Ġid it-​tajjeb jgħaddi b’wirt għal ulied uliedu.” Minbarra wirt t’għarfien dwar Jehovah u relazzjoni miegħu, il-​ġenituri għandhom ikunu interessati f’li jipprovdu materjalment għal uliedhom. F’ħafna pajjiżi kapijiet responsabbli tal-​familja jipprovaw ikollhom xi ħaġa mfaddla, testment legali, u polza t’assigurazzjoni. Wara kollox, in-​nies t’Alla m’humiex eżentati “[m]iż-żmien u ċ-​ċirkustanzi” mhux mistennija. (Koħèlet 9:11) “Fihom kenn il-​flus,” u ppjanar bir-​reqqa jistaʼ taʼ spiss jevita t-​tbatija. (Koħèlet 7:12) F’pajjiżi fejn kura medika ma titħallasx mill-​gvern, xi wħud għandhom mnejn jiddeċiedu li jwarrbu fondi għal bżonnijiet taʼ saħħa jew jirranġaw għal xi tip t’assigurazzjoni.a

10. Ġenituri Kristjani kif jistgħu “jfaddlu” għal uliedhom?

10 L-​Iskrittura tgħid ukoll: “Mhux sewwa li l-​ulied ifaddlu għall-​ġenituri, iżda l-​ġenituri jfaddlu għal uliedhom.” (2 Korintin 12:14) Fid-​dinja huwa komuni li l-​ġenituri jfaddlu l-​flus għall-​edukazzjoni futura u għaż-​żwieġ tat-​tfal tagħhom sabiex jagħtuhom bidu tajjeb fil-​ħajja. Ħsibt int biex tfaddal għall-​futur spiritwali tat-​tfal tiegħek? Nassumu, per eżempju, li ibnek (jew bintek) li hu adult qed jaħdem fil-​ministeru full-time. Fil-​waqt li qaddejja full-time m’għandhomx jitolbu u lanqas jistennew appoġġ finanzjarju mingħand oħrajn, ġenituri taʼ mħabba jistgħu jagħżlu li ‘jaqsmu miegħu skond il-​bżonn tiegħu’ sabiex jgħinuh jibqaʼ fis-​servizz full-time.—Rumani 12:13; 1 Samwel 2:18, 19; Filippin 4:14-18.

11. Li jkollok ħarsa realistika tal-​flus jindika nuqqas taʼ fidi? Spjega.

11 Li jkollok ħarsa realistika dwar il-​flus ma jindikax nuqqas taʼ fidi li s-​sistema mill-​agħar taʼ Satana tinsab qrib tmiemha. Hi sempliċement kwistjoni taʼ li turi “għaqal u l-​qjies.” (Proverbji 2:7; 3:21) Ġesù darba qal li “[w]lied din id-​dinja jimxu bil-​għaqal aktar minn ulied id-​dawl” fil-​mod kif jużaw il-​flus. (Luqa 16:8) Mhux taʼ b’xejn, allura, li xi wħud raw il-​bżonn li jagħmlu xi aġġustamenti fil-​mod kif jużaw ir-​riżorsi tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb aħjar il-​bżonnijiet tal-​familji tagħhom.

“Moħħ F’Loku” Fil-​Ħarsa Tagħna Taʼ L-​Edukazzjoni

12. Ġesù kif għallem lid-​dixxipli tiegħu biex jaddattaw irwieħhom għal ċirkostanzi ġodda?

12 “Is-​sura taʼ din id-​dinja għad tgħaddi,” u bidliet ekonomiċi estensivi u żviluppi teknoloġiċi qegħdin iseħħu b’mod mgħaġġel. (1 Korintin 7:31) Madankollu, Ġesù għallem lid-​dixxipli tiegħu biex ikunu addattabbli. Hu qalilhom meta bagħathom fuq l-​ewwel kampanja taʼ ppridkar tagħhom: “Tfittxux li jkollkom flus fuqkom, la tad-​deheb, la tal-​fidda u lanqas tar-​ram; u la ħorġa għat-​triq, la żewġ ilbiesi, la qrieq u lanqas ħatar, għax il-​ħaddiem ħaqqu ħobżu.” (Mattew 10:9, 10) F’okkażjoni iktar tard, iżda, Ġesù qal: “Min għandu borża jqis li jeħodha miegħu, u min għandu ħorġa wkoll.” (Luqa 22:36) X’kien inbidel? Iċ-​ċirkostanzi. L-​ambjent reliġjuż kien sar iżjed ostili, u issa riedu jaħsbu biex jipprovdu għalihom infushom.

13. X’inhu l-​għan ewlieni taʼ l-​edukazzjoni, u l-​ġenituri kif jistgħu jappoġġjaw ’l uliedhom f’dan ir-​rigward?

13 Bl-​istess mod illum, il-​ġenituri għandhom mnejn ikollhom bżonn jagħtu kas tar-​realtajiet ekonomiċi taʼ żmienna. Per eżempju, qiegħed int tieħu ħsieb li wliedek qegħdin jieħdu edukazzjoni adegwata? L-​għan ewlieni taʼ l-​edukazzjoni għandu jkun li tgħammar żagħżugħ biex ikun ministru effettiv taʼ Jehovah. U l-​iktar edukazzjoni importanti minnhom kollha hi l-​edukazzjoni spiritwali. (Isaija 54:13) Il-​ġenituri huma kkonċernati wkoll dwar l-​abbiltà taʼ wliedhom li jmantnu lilhom infushom finanzjarjament. Allura agħti ’l uliedek gwida, għinhom jagħżlu suġġetti skolastiċi xierqa, u ddiskuti magħhom jekk huwiex għaqli li jsegwu xi edukazzjoni supplimentari jew le. Deċiżjonijiet bħal dawn huma responsabbiltà tal-​familja, u oħrajn m’għandhomx jikkritikaw il-​korsa li tittieħed. (Proverbji 22:6) Xi ngħidu dwar dawk li għażlu li jedukaw lil uliedhom id-​dar?b Fil-​waqt li ħafna għamlu biċċa xogħol taʼ min ifaħħarha, xi wħud sabu dan iżjed diffiċli milli immaġinaw, u wliedhom marru ħażin. Mela jekk qed tikkunsidra li tgħallem it-​tfal id-​dar, kun ċert li tqis in-​nefqa, billi realistikament tiżen jekk int għandekx kemm il-​kapaċità u kemm id-​dixxiplina fuqek innifsek meħtieġa biex tibqaʼ sa l-​aħħar.—Luqa 14:28.

‘Tfittixx Affarijiet Kbar’

14, 15. (a) Bàruk kif tilef il-​bilanċ spiritwali tiegħu? (b) Għala kienet bluha min-​naħa tiegħu li ‘jfittex affarijiet kbar’?

14 Ladarba t-​tmiem taʼ din is-​sistema għadu ma ġiex, xi wħud għandhom mnejn ikunu inklinati li jfittxu dak li d-​dinja għandha x’toffri​—karrieri prestiġjużi, impjiegi mħallsin tajjeb, u għana. Ikkunsidra lil Bàruk, is-​segretarju taʼ Ġeremija. Hu lmenta: “Jaħasra għalija, li qiegħed iżidli l-​Mulej l-​għali man-​niket li għandi. Jien għejejt nokrob, u ma nistax insib mistrieħ.” (Ġeremija 45:3) Bàruk kien għajjien. Li jaqdi bħala s-​segretarju taʼ Ġeremija kien xogħol diffiċli u stressanti. (Ġeremija 36:14-26) U ma kien jidher li hemm ebda tmiem għall-​istress. Kellhom jgħaddu 18-il sena oħra qabel kellha tinqered Ġerusalemm.

15 Jehovah qal lil Bàruk: “Arani, dak li jiena bnejt, nħottu, u dak li jiena ħawwilt, naqilgħu, jiġifieri l-​art kollha. Jaqaw int qiegħed tfittex ħwejjeġ kbar? Tfittixhomx.” Bàruk kien tilef il-​bilanċ. Kien beda ‘jfittex ħwejjeġ kbar għalih innifsu,’ forsi għana, prominenza, jew sigurtà materjali. Ladarba Jehovah kien se ‘jaqlaʼ saħansitra l-​art kollha,’ x’sens kien jagħmel li wieħed ifittex affarijiet bħal dawn? Jehovah għalhekk ta lil Bàruk din it-​tfakkira serja: “Se nġib il-​ħsara fuq kull bniedem, . . . imma lilek inħallilek ħajtek bħallikieku priża tal-​gwerra, kull fejn tmur.” Il-​ġid materjali ma kellux jeħles mill-​qerda taʼ Ġerusalemm! Jehovah ggarantixxa biss is-​salvazzjoni taʼ ‘ħajtu bħallikieku priża tal-​gwerra.’—Ġeremija 45:4, 5.

16. In-​nies taʼ Jehovah llum liema lezzjoni jistgħu jitgħallmu mill-​esperjenza taʼ Bàruk?

16 Bàruk ta kas tal-​korrezzjoni mingħand Jehovah, u, fi qbil mal-​wegħda taʼ Jehovah, Bàruk salva ħajtu. (Ġeremija 43:6, 7) X’lezzjoni qawwija għan-​nies taʼ Jehovah llum! Dan m’huwiex iż-​żmien biex ‘infittxu ħwejjeġ kbar għalina nfusna.’ Għala? Għaliex “[i]d-dinja bil-​ġibdiet tagħha tgħaddi.”—1 Ġwanni 2:17.

Nużaw Il-​Bqija Taż-​Żmien Bl-​Aqwa Mod

17, 18. (a) Ġona kif irreaġixxa meta n-​Nineviti nidmu? (b) Jehovah liema lezzjoni għallmu lil Ġona?

17 Kif, allura, nistgħu nużaw il-​bqija taż-​żmien bl-​aqwa mod? Tgħallem mill-​esperjenza tal-​profeta Ġona. Hu “mar f’Ninwè . . . ixandar u jgħid: ‘Erbgħin jum ieħor, u Ninwè ssir ħerba!’” B’sorpriża għal Ġona, in-​Nineviti wieġbu għall-​messaġġ tiegħu u nidmu! Jehovah żamm lura milli jeqred il-​belt. Ir-​reazzjoni taʼ Ġona? “Mulej, ħudli ħajti, nitolbok, għax għali[j]a aħjar im[m]ut milli nibqaʼ ħaj!”—Ġona 3:3, 4; 4:3.

18 Jehovah mbagħad għallem lil Ġona lezzjoni importanti. Hu “ordna li titlaʼ siġra tar-​riġnu għal Ġona, biex ikollu d-​dell fuq rasu . . . Ġona feraħ wisq bis-​siġra.” Il-​ferħ taʼ Ġona kien għomru qasir, madankollu, minħabba li l-​pjanta malajr nixfet. Ġona sar ‘inkorlat’ minħabba l-​iskumdità tiegħu. Jehovah enfasizza l-​punt Tiegħu, billi qal: “Inti ġietek ħasra mis-​siġra tar-​riġnu, . . . Mela jiena ma kellix tiġini ħasra minn Ninwè, il-​belt il-​kbira fejn hemm aktar minn mija u għoxrin elf ruħ li ma jafux jagħżlu bejn il-​lemin u x-​xellug tagħhom, u fejn hemm ukoll ħafna bhejjem?”—Ġona 4:6, 7, 9-11.

19. Liema linja taʼ ħsieb egoċentriku għandna nevitaw?

19 Kemm kien egoċentriku r-​raġunar taʼ Ġona! Hu ddispjaċieh għal pjanta, imma ma ħass ebda xrara taʼ kumpassjoni għan-​nies taʼ Ninwè​—nies li, spiritwalment, ‘ma kinux jafu jagħżlu bejn il-​lemin u x-​xellug tagħhom.’ Aħna nistgħu bl-​istess manjiera nixxennqu għall-​qerda taʼ din id-​dinja mill-​agħar u bir-​raġun! (2 Tessalonikin 1:8) Waqt li nistennew, madankollu, għandna r-​responsabbiltà li ngħinu lil nies taʼ qalb onesta li, spiritwalment, “ma jafux jagħżlu bejn il-​lemin u x-​xellug tagħhom.” (Mattew 9:36; Rumani 10:13-15) Se tuża int iż-​żmien qasir li baqaʼ biex tgħin lil kemm jistaʼ jkun nies possibbli jiksbu l-​għarfien prezzjuż taʼ Jehovah? Liema xogħol jistaʼ qatt jitqabbel mal-​ferħ li tgħin lil xi ħadd jaqlaʼ l-​ħajja?

Ibqaʼ Għix B’“Moħħ F’Loku”

20, 21. (a) Liema huma xi modi li bihom nistgħu nuru “moħħ f’loku” matul il-​jiem li ġejjin? (b) Liema barkiet se jiġu billi ngħixu b’“moħħ f’loku”?

20 Hekk kif is-​sistema taʼ Satana tkompli dieħla sewwa lejn il-​qerda, żgur li se nħabbtu wiċċna maʼ sfidi ġodda. It-​Tieni Timotju 3:​13 ibassar: “[I]n-nies il-​ħżiena u l-​uċuħ b’oħra jmorru mill-​ħażin għall-​agħar.” Imma “tgħejewx u . . . taqtgħux qalbkom.” (Lhud 12:3) Strieħ fuq Jehovah għas-​saħħa. (Filippin 4:13) Tgħallem kif tkun flessibbli, kif taddatta għal ċirkostanzi li jistgħu jeħżienu, minflok ma thewden fuq il-​passat. (Koħèlet 7:10) Uża għerf prattiku, billi żżomm mad-​direzzjoni li “l-​qaddej fidil u għaqli” jipprovdi.—Mattew 24:45-47.

21 Kemm baqaʼ ħin ma nafux. Madankollu, nistgħu ngħidu b’fiduċja li “qrib hu t-​tmiem taʼ kollox.” Sakemm jasal dak it-​tmiem, ejjew ngħixu b’“moħħ f’loku” fil-​mod kif nittrattaw maʼ xulxin, fil-​mod kif nieħdu ħsieb tal-​familja, u fir-​responsabbiltajiet sekulari tagħna. Billi nagħmlu hekk, lkoll kemm aħna nistgħu nkunu fiduċjużi li finalment se ninstabu “fis-​sliem, bla tebgħa u bla dnub”!—2 Pietru 3:14.

(w97 8/15)

[Noti taʼ taħt]

a Fl-Istati Uniti, per eżempju, ħafna għandhom polza t’assigurazzjoni medika, għalkemm din tkun x’aktarx għolja. Xi familji tax-​Xhieda sabu li ċerti tobba huma iktar lesti li jikkunsidraw alternattivi mingħajr demm meta l-​familji huma assigurati medikament. Ħafna tobba jaċċettaw l-​ammont taʼ ħlas permess minn poloz t’assigurazzjoni limitati jew ħlas mediku mill-​gvern.

b Jekk wieħed jgħallimx l-​iskola lil uliedu d-​dar jew le hija deċiżjoni persunali. Ara l-​artiklu “Home Schooling​—Is It for You?” (Tagħlim Skolastiku Fid-​Dar​—Jgħodd Għalik?), li deher fil-​ħarġa taʼ l-​Awake!, tat-​8 t’April, 1993.

Punti Għal Reviżjoni

◻ Kif nistgħu nuru “moħħ f’loku” fir-​relazzjonijiet persunali tagħna?

◻ Kif nistgħu nuru bilanċ f’li nieħdu ħsieb ir-​responsabbiltajiet tagħna tal-​familja?

◻ Il-​ġenituri għala għandhom jieħdu interess fl-​edukazzjoni sekulari taʼ wliedhom?

◻ X’lezzjonijiet nitgħallmu minn Bàruk u Ġona?

[Stampa f’paġna 11]

Meta raġel u mara miżżewġin jittrattaw ħażin lil xulxin, huma jdgħajfu r-​relazzjoni tagħhom maʼ Jehovah

[Stampa f’paġna 13]

Il-​ġenituri għandhom jieħdu interess fl-​edukazzjoni taʼ wliedhom

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja