LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 2/15 pp. 30-31
  • It-Tiżjin—fil-Passat u fil-Preżent

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-Tiżjin—fil-Passat u fil-Preżent
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Parir Kristjan fuq Tiżjin Persunali
  • fil-​Britannja
  • Malta
  • Postijiet Fejn Se Ssir il-Konvenzjoni Distrettwali “Il-Kelma Profetika t’Alla” fl-1999
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Postijiet Fejn Se Ssir Il-konvenzjoni Distrettwali “Għalliema tal-Kelma t’Alla” fl-2001
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • “Proklamaturi Żelużi tas-Saltna” fl-2002
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Postijiet Fejn Se Ssir il-Konvenzjoni Distrettwali “Agħtu Glorja lil Alla” fl-2003
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 2/15 pp. 30-31

It-Tiżjin—fil-Passat u fil-Preżent

IL-​BIBBJA ma tikkundannax it-​tiżjin fiżiku jekk dan isir kif jixraq, u, fil-​fatt, tirrakkomanda ħafna t-​tiżjin spiritwali. Alla Jehovah nnifsu hu deskritt bħala mlibbes bid-​dawl u mdawwar bi sbuħija. (Salm 104:1, 2; Apokalissi 4:2, 3) Hu żejjen b’mod sinjur il-​ħolqien tiegħu b’kulur, varjetà, u kobor taʼ ġmiel maestuż.—Luqa 12: 27, 28; Salm 139:14; 1 Korintin 15:41.

Fi żminijiet Bibliċi 1-​għarus u 1-​għarusa kienu jżejnu lilhom infushom għall-​festa taż-​żwieġ. Fit-​tħejjija 1-​għarusa kienet iżżejjen lilha nfisha bl-​iktar drapp fin u bl-​aħjar oġġetti taʼ tiżjin li kellha meta tkun se tippreżenta lilha nfisha quddiem 1-​għarus. (Salm 45:14, 15 [Salm 45:13, 14, NW]; Isaija 61:10) Jehovah jitkellem maʼ Ġerusalemm, billi b’mod figurattiv jiddeskriviha bħala tfajla li hu żejjen b’ilbies fin li jiswa ħafna u b’ġojjelli, imma li wżat sbuħitha u t-​tiżjin tagħha b’nuqqas taʼ lealtà bħala prostituta. (Eżekjel 16:10-19) Il-​profeta taʼ Jehovah, Hosegħa, ikkundanna lil Iżrael talli żejnet lilha nfisha għall-​iskop ħażin li tattira namrati appassjonati u tieħu sehem f’qima falza. (Hosegħa 2:15 [Hosegħa 2:13, NW]) Permezz tal-​profeti tiegħu, Jehovah bassar restawrazzjoni taʼ Iżrael meta toħroġ minn eżilju Babilonjan u terġaʼ żżejjen lilha nfisha biex tesprimi 1-​ferħ u 1-​eżaltazzjoni tagħha.—Isaija 52:1; Ġeremija 31:4.

It-​tempju f’Ġerusalemm u 1-​bini governattiv taʼ Salamun kienu mżejnin b’mod mill-​isbaħ, għall-​pjaċir kbir tas-​sultana ta’ Saba. (1 Slaten kapitli 6, 7, 10) It-​tempju mibni mill-​ġdid minn Erodi kien edifiċju manjifiku mżejjen b’ġebel prezzjuż u affarijiet iddedikati. Imma Ġesù wera li dawn 1-​ornamenti materjali ma kienu se jkunu taʼ ebda vantaġġ meta 1-​ġudizzju t’Alla kien se jiġi fuq Ġerusalemm minħabba 1-​iżlealtà tagħha.—Luqa 21:5, 6.

Il-​Proverbji juri li jekk numru kbir taʼ nies jagħżlu li jgħixu taħt u jitgħaxxqu b’ħakma taʼ xi sultan, dan ikun kejl wieħed tas-​suċċess tiegħu. Dan ikun ornament għalih, billi jirrikkmanda u jżid il-​ġieħ tiegħu bħala ħakkiem. (Proverbji 14:28) Jehovah hu ħakkiem taʼ din il-​kwalità permezz tas-​Saltna Messjanika tiegħu.—Salm 22: 28-32 [Salm 22:27-31, NW]; Filippin 2:10, 11.

Parir Kristjan fuq Tiżjin Persunali

Ġesù u 1-​appostli tiegħu b’mod kostanti kienu jagħtu pariri kontra li npoġġu fiduċja f’affarijiet fiżiċi u li nilbsu wirja falza permezz taʼ tiżjin materjali. L-​appostlu Pawlu qal li Kristjani nisa għandhom “jiżżejjnu bi lbies xieraq, bil-​modestja u bl-​għaqal, mhux b’xagħarhom midfur, anqas bid-​deheb jew ġawhar jew ilbies lussuż.” (1 Timotju 2:9) Fi żmien 1-​appostli kienet drawwa fost in-​nisa f’dik id-​dinja taʼ kultura Griega li jiddilettaw b’xagħar midfur u tiżjin ieħor. Kemm huwa xieraq, għalhekk, il-​parir taʼ Pietru lin-​nisa fil-​kongregazzjoni Kristjana biex ma jpoġġux enfasi fuq “dik li tidher minn barra bħad-​dafra tax-​xagħar u t-​tiżjin tad-​deheb u 1-​ilbies ilellex” imma biex it-​tiżjin tagħhom ikun, bħal dak tan-​nisa leali tal-​qedem, ‘dak li hu moħbi f’qalbkom, imlibbes b’tiżjin li ma jitħassarx; hu 1-​qalb ħelwa u twajba tagħkom’!—1 Pietru 3:3-5.

L-​appostlu Pawlu wera li 1-​Kristjan, permezz taʼ xogħlijiet tajbin taʼ bla taħsir fit-​tagħlim tiegħu, serjetà, diskors edifikanti, u kondotta tajba fil-​modi kollha taʼ ħajtu, jistaʼ jżejjen it-​tagħlim t’Alla, billi jagħmlu attraenti għal ħaddieħor. (Titu 2:10) B’dan il-​mod spiritwali, il-​kongregazzjoni Kristjana, 1-​għarusa taʼ Kristu, eventwalment tidher fis-​sbuħija kollha tagħha għar-​raġel tagħha Ġesu Kristu. Hija deskritta b’mod simili f’Apokalissi 21:2 bħala “mħejjija bħal għarusa mżejjna għall-​għarus tagħha.” Is-​sbuħija spiritwali tagħha hija kuntrast dirett mat-​tiżjin taʼ Babilonja 1-​Kbira, imsemmija bħala mżejna b’affarijiet materjali, il-​prezz tal-​prostituzzjoni tagħha.—Apokalissi 18:16.

Ħalli kull Kristjan jirrevedi 1-​kummenti t’hawn fuq rigward it-​tiżjin biex jiddetermina x’inhu xieraq, biex b’hekk bl-​ebda mod ma jkun hemm xi ħadd li jikkaġuna tfixkil għal oħrajn. (1 Korintin 10:31-33) Minflok, kull wieħed se jagħmel “dan kollu minħabba 1-​Evanġelju.”—1 Korintin 9:23.

Postijiet Fejn Se Ssir il-​Konvenzjoni Distrettwali

“ll-​Mod taʼ Ħajja tʼAlla” fl-​1998

fil-​Britannja

24-​26 ta’ LULJU

BRISTOL, Bristol City Football Club, Ashton Road.

DUDLEY (bil-​Punjabi biss), Assembly Hall, 22 Castle Hill.

EDINBURGH, Murrayfield Rugby Stadium, Murrayfield.

LEEDS, Leeds United Football Club, Elland Road.

LONDON (TWICKENHAM), Rugby Football Union, Rugby Road, Twickenham, Middlesex. (bil-​Franċiż u bl-​Ispanjol ukoll).

MANCHESTER, Manchester Arena, Hunts Bank.

NORWICH, Norwich City Football Club, Carrow Road.

PLYMOUTH, Plymouth Argyle Football Club, Home Park.

WOLVERHAMPTON, Wolverhampton Wanderers Football Club, Molineux Stadium, Waterloo Road.

Malta

11-​13 ta’ SETTEMBRU

ST. PAUL’S BAY, New Dolmen Hotel Conference Centre, Qawra.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja