LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 3/1 pp. 30-31
  • Ġesù Jibgħat 70 Dixxiplu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġesù Jibgħat 70 Dixxiplu
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ministri Mhux Aljenati
  • Lezzjonijiet Għalina
  • “Morru u Agħmlu Dixxipli”
    “Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
  • Kunu Ferħanin fix-Xogħol tal-Ħsad!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Ġesù jipprietka l-messaġġ tas-Saltna
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Jipprietka fil-Galilija u jħarreġ lill-appostli
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 3/1 pp. 30-31

Huma Għamlu r-​Rieda taʼ Jehovah

Ġesù Jibgħat 70 Dixxiplu

KIENET il-​ħarifa tas-​sena 32 E.K. Kien baqaʼ biss sitt xhur qabel il-​mewt taʼ Ġesù. Għaldaqstant, sabiex iħaffef ix-​xogħol taʼ l-​ippridkar u jżid it-​taħriġ taʼ xi wħud mis-​segwaċi tiegħu, hu ħatar 70 dixxiplu u “bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu.”—Luqa 10:1.a

Ġesù bagħat lid-​dixxipli tiegħu “qablu” sabiex in-​nies ikunu jistgħu jiddeċiedu iktar malajr jekk kinux mal-​Messija jew kontrieh meta Ġesù nnifsu kien se jasal iktar tard. Imma għala bagħathom “tnejn tnejn”? Milli jidher, sabiex huma jistgħu jkunu taʼ inkuraġġiment għal xulxin meta jiġu ffaċċjati minn xi oppożizzjoni.

Waqt li enfasizza l-​urġenza tax-​xogħol taʼ l-​ippridkar tagħhom, Ġesù qal lis-​segwaċi tiegħu: “Il-​ħsad huwa kbir, imma l-​ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-​ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-​ħsad tiegħu.” (Luqa 10:2) Ix-​xebh maʼ ħsad kien xieraq, għax kwalunkwe dewmien fi żmien il-​ħsad setaʼ jirriżulta fil-​ħela taʼ wċuħ prezzjużi. Bl-​istess mod, li kieku d-​dixxipli kellhom jittraskuraw l-​inkarigu tagħhom taʼ l-​ippridkar, ħajjiet prezzjużi setgħu jintilfu!—Eżekjel 33:6.

Ministri Mhux Aljenati

Ġesù kompla jistruwixxi lid-​dixxipli tiegħu: “Teħdux magħkom la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-​triq issellmu lil ħadd.” (Luqa 10:4) Kienet drawwa għal vjaġġatur li mhux biss iġorr ħorġa u xi ikel imma wkoll par sandli żejjed, għax il-​pettijiet setgħu jitqattgħu u l-​lazzijiet setgħu jinqatgħu. Imma d-​dixxipli taʼ Ġesù ma kellhomx jinkwetaw dwar affarijiet bħal dawn. Minflok, kellhom ikunu fiduċjużi li Jehovah kien se jieħu ħsiebhom permezz taʼ Iżraeliti sħabhom, li fosthom l-​ospitalità kienet drawwa.

Imma Ġesù għala qal lid-​dixxipli tiegħu biex ma jsellmu lil ħadd? Kellhom ikunu bierda, saħansitra maledukati? Xejn minn dan! Il-​kelma Griega a·spaʹzo·mai, li tfisser li ssellem, tistaʼ tfisser iktar minn sempliċi “hello” jew “bonġu” bl-​edukazzjoni. Tistaʼ tinkludi wkoll id-​drawwa taʼ bews, tgħanniq, u konversazzjoni twila li jseħħu meta tnejn li jkunu jafu lil xulxin jiltaqgħu. Kummentatur josserva: “Tislimiet fost in-​nies taʼ l-​Orjent ma kinux jikkonsistu, bħalma nagħmlu aħna, f’inkini żgħar, jew f’li jieħdu b’id xulxin, imma kienu jsiru b’ħafna tgħanniq, u jmilu, u saħansitra jinxteħtu maʼ l-​art. Dan kollu kien jirrikjedi ħafna ħin.” (Qabbel 2 Slaten 4:29.) B’hekk, Ġesù għen lis-​segwaċi tiegħu jevitaw aljenazzjonijiet bla bżonn, għalkemm dawn kienu drawwa.

Fl-aħħar, Ġesù qal lid-​dixxipli tiegħu li meta kienu se jidħlu f’xi dar u jiġu milqugħin, kellhom ‘jibqgħu għand dik il-​familja, u jieklu u jixorbu milli jkollhom huma.’ Imma jekk kienu se jidħlu f’belt u ma kinux se jiġu milqugħin tajjeb, kellhom ‘joħorġu fil-​pjazez tagħha u jgħidu li sa t-​trab tagħha kienu se jfarfru minn maʼ riġlejhom, u jħalluh hemmhekk.’ (Luqa 10:7, 10, 11) L-​imsiħ jew it-​tfarfir tat-​trab minn mas-​saqajn kellu jfisser li d-​dixxipli kellhom fil-​paċi jħallu lil dik id-​dar jew belt li ma laqgħethomx għall-​konsegwenzi li fl-​aħħar mill-​aħħar kienu se jiġu mingħand Alla. Imma dawk li laqgħu lid-​dixxipli taʼ Ġesù b’qalb tajba lestew irwieħhom għall-​barkiet. F’okkażjoni oħra Ġesù qal lill-​appostli tiegħu: “Min jilqaʼ lilkom jilqaʼ lili, u min jilqaʼ lili jkun jilqaʼ lil dak li bagħatni. U kull min jagħti mqar tazza ilma frisk lil xi ħadd minn dawn l-​iżgħar għax hu dixxiplu, tassew ngħidilkom li ma jitlifx il-​ħlas tiegħu.”—Mattew 10:40, 42.

Lezzjonijiet Għalina

L-​inkarigu biex tiġi ppridkata l-​aħbar tajba tas-​Saltna taʼ Alla u biex jintgħamlu d-​dixxipli qed jiġi mwettaq minn iktar minn 5,000,000 Xhud taʼ Jehovah mad-​dinja kollha. (Mattew 24:14; 28:19, 20) Huma jirrealizzaw li l-​messaġġ tagħhom huwa urġenti. Għalhekk, jużaw il-​ħin tagħhom bl-​aħjar mod, billi jevitaw aljenazzjonijiet li jistgħu jtellfuhom milli jagħtu attenzjoni sħiħa lejn l-​inkarigu importanti tagħhom.

Ix-Xhieda taʼ Jehovah jistinkaw biex ikunu kordjali maʼ kulmin jiltaqgħu. Minkejja dan, ma jiħdux sehem sempliċement fi tpaċpiċ fil-​vojt, lanqas ma jindaħlu f’dibattiti fuq kwistjonijiet soċjali jew fuq l-​attentati li jfallu taʼ din id-​dinja biex jiġu kkoreġuti l-​inġustizzji. (Ġwann 17:16) Minflok, huma jiffokaw id-​diskussjoni tagħhom fuq l-​unika soluzzjoni permanenti għall-​problemi taʼ l-​umanità​—is-​Saltna taʼ Alla.

Normalment, ix-​Xhieda taʼ Jehovah jidhru jaħdmu tnejn tnejn. Ma jistax jitwettaq iktar jekk kull wieħed jaħdem waħdu? Jistaʼ jkun. Xorta waħda, il-​Kristjani llum jirrikonoxxu l-​benefiċċju taʼ li jaħdmu fil-​kumpanija taʼ xi kredent ieħor. Dan jagħti ammont taʼ protezzjoni meta tkun qed tingħata xiehda f’inħawi perikolużi. Li jaħdmu maʼ xi ħadd ukoll jippermetti lil uħud ġodda li jibbenefikaw mis-​sengħa taʼ pubblikaturi taʼ l-​aħbar tajba b’iktar esperjenza. Tassew, it-​tnejn li huma jistgħu jikkontribwixxu lejn tpartit taʼ inkuraġġiment.—Proverbji 27:17.

Bla dubju, ix-​xogħol taʼ l-​ippridkar huwa l-​iktar xogħol urġenti li qiegħed jitwettaq f’dan iż-​żmien taʼ “l-​aħħar tad-​dinja.” (2 Timotju 3:1) Ix-​Xhieda taʼ Jehovah huma ferħanin li għandhom l-​appoġġ taʼ fratellanza dinjija li fiha jaħdmu “b’ruħ waħda għall-​fidi taʼ l-​Evanġelju.”—Filippin 1:27.

[Nota taʼ taħt]

a Xi Bibbji u manuskritti Griegi antiki jgħidu li Ġesù bagħat “tnejn u sebgħin” dixxiplu. Madankollu, hemm appoġġ minn ħafna manuskritti għall-​kelma “sebgħin.” Din il-​varjazzjoni teknika m’għandhiex ittellfilna l-​punt prinċipali, li Ġesù bagħat grupp kbir taʼ dixxipli tiegħu biex jippridkaw.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja