LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 7/15 pp. 7-8
  • Tikiku—Irsir Sieħeb taʼ Fiduċja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tikiku—Irsir Sieħeb taʼ Fiduċja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Missjoni t’Għajnuna għall-​Ġerusalemm
  • Minn Ruma sa Kolossi
  • Indokrar f’Inkarigi Mbiegħda
  • Int tistaʼ tkun ‘għajnuna li ssaħħaħ’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Il-Ħaddiema Sħab maʼ Pawlu—Min Kienu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Imxi fit-Triqat taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Uri li Int taʼ Min Jafdak
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 7/15 pp. 7-8

Tikiku—Irsir Sieħeb taʼ Fiduċja

F’DIVERSI okkażjonijiet, Tikiku vvjaġġa maʼ l-​appostlu Pawlu u aġixxa bħala l-​messaġġier tiegħu. Hu kien emissarju li setaʼ jiġi fdat bi flus u b’responsabbiltajiet taʼ indokrar. Ladarba l-​Iskrittura tagħti prominenza għall-​kwalità tiegħu taʼ kemm setaʼ jiġi fdat​—kwalità essenzjali għall-​Kristjani kollha—forsi tixtieq issir taf iktar dwaru.

Pawlu ddeskriva lil Tikiku bħala “ħija l-​għażiż, [i]l-qaddej fidil u ħaddiem miegħi fil-​Mulej.” (Kolossin 4:7) L-​appostlu għala kien iħares lejh b’dan il-​mod?

Il-​Missjoni t’Għajnuna għall-​Ġerusalemm

Bżonn materjali żviluppa fost il-​Kristjani fil-​Ġudea madwar is-​sena 55 E.K. Bil-​għajnuna taʼ kongregazzjonijiet fl-​Ewropa u fl-​Asja Minuri, Pawlu organizza ġabra biex jassistihom. Tikiku, li kien mid-​distrett taʼ l-​Asja, kellu sehem importanti fil-​missjoni t’għajnuna.

Wara li ta istruzzjonijiet dwar kif kellhom jieħdu ħsieb din il-​kontribuzzjoni, Pawlu ssuġġerixxa li rġiel fdati kellhom jintbagħtu lejn Ġerusalemm jew imorru hemm miegħu, u jieħdu l-​offerti magħhom. (1 Korintin 16:1-4) Meta telaq għall-​vjaġġ twil mill-​Greċja sa Ġerusalemm, hu kien akkumpanjat minn xi rġiel, li wieħed minnhom milli jidher kien Tikiku. (Atti 20:4) Kotra kbira bħal din jistaʼ jkun li kienet bżonnjuża minħabba li huma kienu qegħdin iġorru fuqhom flus fdati lilhom minn diversi kongregazzjonijiet. Il-​bżonn taʼ sigurtà jistaʼ jkun li kien fattur notevoli, ladarba l-​ħallelin kienu taʼ theddida għal ivvjaġġar fis-​sigurtà.—2 Korintin 11:26.

Ladarba Aristarku u Trofimu akkumpanjaw lil Pawlu sa Ġerusalemm, xi wħud jaħsbu li x’aktarx li Tikiku u l-​oħrajn għamlu dan ukoll. (Atti 21:29; 24:17; 27:1, 2) Minħabba li Tikiku kien involut f’dan il-​programm t’għajnuna, huwa wieħed minn diversi ssuġġeriti bħala li kien “ħuna” li ħadem maʼ Titu fil-​Greċja biex jirranġa l-​ġabra u li kien “magħżul mill-​knejjes biex ikun is-​sieħeb [maʼ Pawlu] fis-​safar [tiegħu] f’dan il-​ministeru taʼ karità.” (2 Korintin 8:18, 19; 12:18) Jekk l-​ewwel kummissjoni mwettqa minn Tikiku kienet waħda taʼ responsabbiltà, it-​tieni waħda tiegħu ma kinitx taʼ inqas.

Minn Ruma sa Kolossi

Ħames jew sitt snin wara (60-​61 E.K.), Pawlu kien qed jittama li jiġi meħlus mill-​ewwel priġunerija tiegħu f’Ruma. Tikiku kien miegħu, mijiet taʼ kilometri ’l bogħod mid-​dar. Issa Tikiku kien sejjer lura lejn l-​Asja. Dan għamilha possibbli għal Pawlu li jibgħat xi ittri lil kongregazzjonijiet Kristjani f’dik l-​akkwata u lil Oneżimu, l-​irsir maħrub taʼ Filemon, lura lejn Kolossi. Tikiku u Oneżimu wasslu minn taʼ l-​inqas tliet ittri li issa huma inklużi fil-​kanoni tal-​Bibbja​—waħda lill-​Efesin, waħda lill-​Kolossin, u waħda lil Filemon. Ittra oħra setgħet ġiet imwassla wkoll lill-​kongregazzjoni taʼ Laodiċija, belt li kienet madwar 18-il kilometru ’l bogħod minn Kolossi.—Efesin 6:21; Kolossin 4:7-9, 16; Filemon 10-12.

Tikiku ma kienx xi sempliċi pustier. Kien messaġġier persunali fdat, għax Pawlu kiteb: “Tikiku, ħija l-​għażiż, [i]l-qaddej fidil u ħaddiem miegħi fil-​Mulej, jagħtikom aħbari. Għalhekk jien bgħattu għandkom, biex tkunu tafu fiex ninsab u jqawwilkom qalbkom.”—Kolossin 4:7, 8.

L-istudjuż E. Randolph Richards jindika li wieħed li jġorr l-​ittri “sikwit kien ikun ħolqa persunali bejn l-​awtur u r-​riċevituri apparti mill-​ħolqa tal-​kitba. . . . [Raġuni waħda] għala kien meħtieġ individwu li jwassal taʼ min jafdah kienet [li] hu taʼ sikwit kien iwassal tagħrif addizzjonali. Ittra tistaʼ tiddeskrivi sitwazzjoni fil-​qosor, taʼ spiss bl-​istima taʼ l-​awtur, imma dak li jwassalha huwa mistenni li jelabora għar-​riċevitur id-​dettalji kollha.” Għalkemm ittra tistaʼ tittratta fuq tagħlim u kwistjonijiet urġenti, affarijiet oħrajn setgħu jiġu mwasslin bil-​fomm minn messaġġier fdat.

L-ittri lill-​Efesin, lill-​Kolossin, u lil Filemon ftit li xejn jitkellmu fuq kif kien jinsab Pawlu. Tikiku b’hekk kellu jgħaddi informazzjoni persunali, jispjega ċ-​ċirkustanzi taʼ Pawlu f’Ruma, u jifhem tajjeb biżżejjed il-​kundizzjonijiet taʼ ġewwa l-​kongregazzjonijiet biex ikun jistaʼ jipprovdi inkuraġġiment. Messaġġi u responsabbiltajiet taʼ din l-​għamla kienu jiġu fdati biss lil dawk li wieħed setaʼ jorbot fuqhom biex jirrappreżentaw fedelment lil dak li jkun qed jibgħathom. Tikiku kien raġel taʼ din ix-​xorta.

Indokrar f’Inkarigi Mbiegħda

Wara li ġie meħlus minn arrest f’Ruma, Pawlu kkontempla li jibgħat jew lil Tikiku jew lil Artema għand Titu fuq il-​gżira taʼ Kreta. (Titu 1:5; 3:12) Waqt it-​tieni priġunerija taʼ Pawlu f’Ruma (probabbilment madwar is-​sena 65 E.K.), l-​appostlu għal darb’oħra bagħat lil Tikiku f’Efesu, possibbilment biex jieħu post Timotju, li allura setaʼ jivvjaġġa biex ikun maġenb Pawlu.—2 Timotju 4:9, 12.

M’huwiex ċar jekk Tikiku marx kemm fi Kreta kif ukoll f’Efesu f’dan il-​perijodu. Minkejja dan, referenzi bħal dawn jissuġġerixxu li hu baqaʼ wieħed mill-​imseħbin mill-​qrib taʼ Pawlu sa l-​aħħar snin tal-​ministeru taʼ l-​appostlu. Jekk Pawlu kien qed jaħseb biex jibagħtu fuq missjonijiet taʼ responsabbiltà u forsi diffiċli minflok Timotju u Titu, jidher ċar li Tikiku kien sar indokratur Kristjan matur. (Qabbel l-1 Timotju 1:3; Titu 1:10-13.) Ir-​rieda tiegħu biex jivvjaġġa u biex jintuża f’inkarigi mbiegħda għamluh utli għal Pawlu u għall-​kongregazzjoni Kristjana kollha.

Illum, Kristjani li jissagrifikaw ruħhom minn qalbhom jaqdu lil Alla f’kongregazzjonijiet lokali tax-​Xhieda taʼ Jehovah jew jagħmlu lilhom infushom disponibbli biex jippromwovu l-​interessi tas-​Saltna f’postijiet oħrajn. Eluf aċċettaw bil-​ferħ inkarigi bħala missjunarji, indokraturi li jivvjaġġaw, qaddejja internazzjonali fi proġetti taʼ bini, fil-​kwartieri ġenerali dinjin tal-​Watch Tower Society, jew f’waħda mill-​fergħat tagħha. Bħal Tikiku, huma ma jagħtux fl-​għajn, imma huma ħaddiema ħabrieka, ‘qaddejja fidili,’ li huma għeżież għal Alla u maħbubin minn Kristjani oħrajn bħala wħud fdati, ‘ħaddiema magħna fil-​Mulej.’

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja