LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 10/1 pp. 20-23
  • Il-Kulturi Lokali u l-Prinċipji Kristjani Huma—Dawn Kompatibbli?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Kulturi Lokali u l-Prinċipji Kristjani Huma—Dawn Kompatibbli?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kwistjonijiet li Huma Ċari u Tondi
  • Xi Ngħidu għal Drawwiet li m’Humiex Ħżiena?
  • Jekk id-​Drawwa Tfixkel il-​Progress Spiritwali
  • Inqisu l-​Gosti Lokali
  • Oqgħod Attent li ma Taqbiżx il-​Linja!
  • Il-​Kultura Għandha Postha
  • Ħarsa Bilanċjata Lejn Drawwiet Popolari
    Stenbaħ!—2000
  • Oqgħod Attent minn Drawwiet li Ma Jogħġbux lil Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • X’Għandha Tkun il-Ħarsa Tiegħi Lejn id-Diskoteki?
    Stenbaħ!—2004
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 10/1 pp. 20-23

Il-​Kulturi Lokali u l-​Prinċipji Kristjani Huma—Dawn Kompatibbli?

STEPHEN, Xhud mill-​Ewropa taʼ Fuq, kien assenjat bħala missjunarju f’pajjiż Afrikan. Waqt li kien miexi fil-​belt maʼ ħu lokali, ħa qatgħa meta dan il-​ħu qabadlu idu.

Il-ħsieb li jimxi id f’id fi triq mimlija nies maʼ raġel ieħor ħasdu lil Stephen. Fil-​kultura tiegħu, drawwa bħal din għandha x’taqsam maʼ l-​omosesswalità. (Rumani 1:27) Minkejja dan, għall-​ħu Afrikan, li jżommlu idu kien ġest purament taʼ ħbiberija. L-​irrifjutar taʼ l-​id kien ifisser l-​irrifjutar tal-​ħbiberija.

Id-differenzi fil-​kulturi għala għandhom jikkonċernawna? L-​ewwelnett għax in-​nies taʼ Jehovah huma ħerqanin li jwettqu l-​inkarigu divin tagħhom biex ‘jagħmlu dixxipli mill-​ġnus kollha.’ (Mattew 28:19) Biex iwett­qu din il-​biċċa xogħol, xi wħud marru jaqdu fejn il-​bżonn għal ministri huwa akbar. Biex jirnexxu fl-​ambjent ġdid tagħhom, iridu jifh­mu l-​kulturi distinti li jiltaqgħu magħhom u jaddattaw ruħhom għalihom. Imbagħad se jkunu jistgħu jaħdmu f’armonija maʼ l-​aħwa sħabhom, waqt li jkunu wkoll iktar effettivi fil-​ministeru pubb­liku.

Iktar minn hekk, f’din id-​dinja taʼ taħt fuq, ħafna nies ħarbu mill-​pajjiż kollu inkwiet tagħhom minħabba raġunijiet politiċi u ekonomiċi u marru joqogħdu f’pajjiżi oħrajn. Allura spiss nistgħu nsibu li waqt li nippridkaw lil dawn il-​ġirien ġodda, niġu wiċċ imbwiċċ maʼ drawwiet ġodda. (Mattew 22:39) Meta niġu esposti għal modi differenti għall-​ewwel darba, drawwiet ġodda jistgħu jħawduna.

Kwistjonijiet li Huma Ċari u Tondi

Il-​kultura hija minsuġa fl-​istruttura tas-​soċjetà umana. Għalhekk, kemm tkun biċċa xogħol fil-​vojt li ssir “ġust iżżejjed” u toqgħod tistħarreġ dwar kull drawwa żgħira biex tiddeċiedi jekk hijiex kompatibbli mal-​prinċipji tal-​Bibbja!—Koħèlet 7:16.

Mill-banda l-​oħra, hemm bżonn li jiġu identifikati d-​drawwiet lokali li b’mod ċar imorru kontra l-​prinċipji divini. Iżda ġeneralment, dan ma jkunx diffiċli, ladarba l-​Kelma t’Alla qiegħda hemm “biex tiddritta l-​affarijiet.” (2 Timotju 3:16, NW) Per eżempju, f’xi pajjiżi hemm id-​drawwa li wieħed ikollu ħafna nisa, imma għall-​Kristjani veri l-​livell Skritturali huwa li raġel ikollu mara ħajja waħda.—Ġenesi 2:24; 1 Timotju 3:2.

Bl-istess mod, ċerti drawwiet marbutin mal-​funerali intenzjonati biex ibiegħdu lill-​ispirti mill-​agħar, jew ibbażati fuq it-​twemmin taʼ ruħ immortali, ma jkunux aċċettabbli għal Kristjan veru. Xi nies joffru l-​inċens jew it-​talb għal dawk li mietu sabiex ikeċċu lill-​ispirti ħżiena. Oħrajn jagħmlulhom xi sahra jew saħansitra t-​tieni difna bil-​għan li jgħinu lill-​mejjet jipprepara għall-​ħajja ‘fid-​dinja taʼ wara.’ Madankollu, il-​Bibbja tgħallem li meta xi ħadd imut, hu ‘ma jkun jaf xejn,’ u b’hekk ma jistaʼ jagħmel ħsara jew ġid lil ħadd.—Koħèlet 9:5; Salm 146:4.

M’għandniex xi ngħidu, hemm ħafna drawwiet li huma kompatibbli mal-​Kelma t’Alla. Kemm ikun rifreskanti għalina meta niltaqgħu maʼ kulturi fejn fihom għadu jiffjorixxi l-​ispirtu taʼ l-​ospitalità, fejn id-​drawwa titlob li saħansitra barrani jingħata tislima kordjali u li, meta jkun hemm bżonn, id-​dar tkun miftuħa beraħ għalih! Meta int stess tesperjenza trattament bħal dan, ma titqanqalx biex issegwi dan l-​eżempju? Jekk tagħmel hekk, żgur li se ttejjeb il-​personalità Kristjana tiegħek.—Lhud 13:1, 2.

Min minna jieħu pjaċir jitħalla jistenna? F’xi pajjiżi dan rari jiġri għaliex il-​puntwalità titqies importanti. Il-​Bibbja tgħidilna li Jehovah hu Alla t’ordni. (1 Korintin 14:33) Għaldaqstant, hu ħejja ‘jum u siegħa’ biex jeqred il-​ħażen, u jiżgurana li din il-​ġrajja “ma tiddawwarx ma tasal!” (Mattew 24:36; Ħabakkuk 2:3) Kulturi li jippromwovu puntwalità raġunevoli jgħinuna nżommu l-​ordni u nuru rispett xieraq lejn nies oħrajn u l-​ħin tagħhom, u dan żgur li jaqbel mal-​prinċipji Skritturali.—1 Korintin 14:40, Filippin 2:4.

Xi Ngħidu għal Drawwiet li m’Humiex Ħżiena?

Fil-​waqt li xi drawwiet huma b’mod ċar kompatibbli mal-​mod t’għajxien Kristjan, oħrajn m’humiex. Imma xi ngħidu għal dawk id-​drawwiet li ma jistgħux jiġu identifikati bħala tajbin jew ħżiena? Ħafna drawwiet m’humiex ħżiena, jew ma jagħmlux ħsara, u l-​attitudni tagħna lejhom tistaʼ turi l-​bilanċ spiritwali tagħna.

Per eżempju, hemm diversi tipi taʼ tislim​—li tieħu b’idejn xi ħadd, li tmil, li tagħti xi bewsa, jew xi tgħanniqa wkoll. Bl-​istess mod, hemm varjetà vasta taʼ drawwiet li jikkontrollaw il-​manjieri waqt l-​ikel. F’xi pajjiżi n-​nies jieklu mill-​istess platt jew dixx. F’ċerti postijiet, it-​tifwiq huwa espressjoni aċċettabbli​—saħansitra mixtieqa—​t’apprezzament, fil-​waqt li f’pajjiżi oħrajn dan m’huwiex aċċettabbli u jkun ikklassifikat bħala manjieri psataż ferm.

Minflok ma tiddeċiedi liema minn dawn id-​drawwiet newtrali jogħġbuk jew ma jogħġ­bukx personalment, ikkonċentra fuq li tadotta l-​attitudni xierqa lejhom. Il-​parir mill-​Bibbja, li ż-​żmien qatt ma jgħaddi minn fuqu, jirrikkmanda li ma nagħmlu ‘xejn b’pika taʼ partit anqas għall-​ftaħir fieragħ; imma nkunu umlin u kull wieħed minna jqis lill-​ieħor aħjar minnu.’ (Filippin 2:3) B’mod simili, Eleanor Boykin, fil-​ktieb tagħha This Way, Please​—A Book of Manners, tgħid: “L-​ewwel m’għandek bżonn hija qalb tajba.”

Din il-​ħarsa umlija se żżommna lura milli nħarsu bl-​ikrah lejn id-​drawwiet taʼ l-​oħrajn. Se nħossuna mqanqlin li nieħdu l-​inizjattiva u nitgħallmu kif jgħixu nies oħrajn, nieħdu sehem fid-​drawwiet tagħhom u nduqu l-​ikel tagħhom minflok ma noqogħdu lura jew nipp­rendu dak kollu li jidher differenti. Billi nżommu moħħna miftuħ u nkunu lesti li nipprovaw modi ġodda, inkunu qed nagħtu kumpliment lil min jistedinna jew lill-​ġirien barranin tagħna. Aħna nfusna nibbenefikaw hekk kif ‘niftħu beraħ’ lil qalbna u l-​mod kif inħarsu lejn l-​affarijiet.—2 Korintin 6:13.

Jekk id-​Drawwa Tfixkel il-​Progress Spiritwali

Xi ngħidu jekk niltaqgħu maʼ drawwiet li fihom infushom ma jmorrux kontra l-​Iskrittura, iżda ma jgħinux wisq għall-​progress spiritwali? Per eżempju, f’xi pajjiżi n-​nies jistgħu jkunu inklinati ħafna li jħallu dejjem l-​affarijiet mil-​lum għal għada. Din il-​ħarsa rrilassata żżejjed lejn il-​ħajja tistaʼ tnaqqas l-​istress, imma x’aktarx li se tagħmilhielna iktar diffiċli biex inwettqu l-​ministeru tagħna ‘sewwa.’—2 Timotju 4:5.

Kif nistgħu ninkuraġġixxu lil ħaddieħor biex jevita li jħalli l-​affarijiet importanti għal “għada”? Ftakar li “l-​ewwel m’għandek bżonn hija qalb tajba.” Billi nkunu mqanq­lin mill-​imħabba, nistgħu nagħtu l-​eżempju u mbagħad b’qalb tajba nispjegaw il-​benefiċċji li jiġu milli nagħmlu l-​affarijiet illum qabel għada. (Koħèlet 11:4) Fl-​istess ħin, irridu noqogħdu attenti li ma nissagrifikawx il-​fiduċja taʼ bejnietna sempliċement minħabba l-​produttività. Jekk is-​suġġerimenti tagħna ma jiġux aċċettati minn ħaddieħor mill-​ewwel, m’għandniex nimponuhom fuqhom jew niżvogaw il-​frustrazzjoni tagħna fuqhom. L-​imħabba għandha tiġi dejjem qabel l-​effiċjenza.—1 Pietru 4:8; 5:3.

Inqisu l-​Gosti Lokali

Irridu nkunu żguri li kwalunkwe suġġeriment li nagħmlu jkun validu u mhux ikun sempliċement xi sforz biex nimponu l-​gosti persunali tagħna stess. Per eżempju, l-​istili taʼ l-​ilbies ivarjaw ħafna. F’ħafna postijiet, huwa xieraq għal raġel li jkun qed jippriedka l-​aħbar tajba li jilbes ingravata, imma f’xi pajjiżi tropikali, dan jistaʼ jitqies bħala formali żżejjed. Spiss bħala gwida, ikun t’għajnuna li tikkunsidra l-​gosti lokali inkwantu għal x’inhu l-​ilbies xieraq għal individwu profess­jonali li jittratta mal-​pubbliku. L-​“għaqal” huwa vitali meta nittrattaw mal-​kwistjoni delikata taʼ l-​ilbies.—1 Timotju 2:9, 10.

Xi ngħidu jekk xi drawwa ma togħġobniex? Għandha tiġi rrifjutata awtomatikament? Mhux bilfors. Id-​drawwa li l-​irġiel iżommu jdejn xulxin, imsemmija qabel, kienet aċċettata perfettament f’dik il-​komunità Afrikana partikulari. Meta l-​missjunarju nnota li rġiel oħrajn kienu għaddejjin id f’id, ħassu iktar moħħu mistrieħ.

L-appostlu Pawlu, matul il-​vjaġġi estensivi tiegħu bħala missjunarju, żar xi kongregazzjonijiet li l-​membri tagħhom kienu ġejjin minn ambjenti differenti. Bla dubju, spiss kienu jinqalgħu konflitti fil-​kulturi. Għalhekk, Pawlu kemm jistaʼ jkun addatta ruħu għal kwalunkwe drawwa waqt li żamm sod mal-​prinċipji Bibliċi. “Sirt kollox maʼ kulħadd,” qal, “biex insalva lil kulħadd.”—1 Korintin 9:22, 23; Atti 16:3.

Ftit mistoqsijiet rilevanti jistgħu jgħinuna niddeċiedu kif għandna nirreaġixxu għal drawwiet ġodda. Billi nadottaw ċerta drawwa​—jew nirrifjutaw li nagħmlu hekk—​liema impressjoni se nkunu qegħdin nagħtu lil dawk li jarawna? Se jinġibdu huma lejn il-​messaġġ tas-​Saltna minħabba li jkunu jistgħu jaraw li qed nipprovaw nintegraw fil-​kultura tagħhom? Mill-​banda l-​oħra, jekk aħna nadottaw drawwa lokali, jistaʼ ‘l-​ministeru tagħna jaqaʼ fl-​għajb’?—2 Korintin 6:3.

Jekk nixtiequ li nsiru “kollox maʼ kulħadd,” għandna mnejn inkunu rridu nirranġaw xi ħarsiet li jkunu rabbew l-​għeruq fina dwar dak li hu xieraq u dak li m’huwiex. Taʼ spiss il-​mod it-​“tajjeb” u l-​“ħażin” kif nagħm­lu xi ħaġa jiddependi sempliċement mill-​post fejn inkunu qed ngħixu. B’hekk, waqt li f’ċertu pajjiż ikun sinjal taʼ ħbiberija meta l-​irġiel iżommu jdejn xulxin, f’ħafna pajjiżi oħrajn dan żgur li se jtellef mill-​messaġġ tas-​Saltna.

Madankollu, hemm drawwiet oħrajn li huma aċċettabbli f’diversi postijiet u li jistgħu wkoll ikunu tajbin għall-​Kristjani; xorta waħda irridu noqogħdu b’sebaʼ għajnejn.

Oqgħod Attent li ma Taqbiżx il-​Linja!

Ġesù Kristu qal li għalkemm id-​dixxipli tiegħu ma setgħux jinħarġu ’l barra mid-​dinja, huma kellhom jibqgħu ‘mhux tad-​dinja.’ (Ġwann 17:15, 16) Iżda xi kultant, ma tkunx ħaġa ħafifa li tidentifika l-​linja li tifred dak li huwa parti integrali mid-​dinja taʼ Satana minn dak li huwa biss kultura. Per eżempju, il-​mużika u ż-​żfin jinstabu kważi f’kull kultura, għalkemm f’ċerti pajjiżi dawn jingħataw importanza akbar.

Malajr nistgħu naqbdu nagħmlu ġudizzju​—ibbażat iktar fuq it-​trobbija tagħna milli fuq raġunijiet Skritturali. Alex, ħu mill-​Ġermanja, irċieva inkarigu fi Spanja. Fl-​ambjent taʼ qabel tiegħu, iż-​żfin ma tantx kien popolari, imma fi Spanja dan jagħmel parti mill-​kultura. L-​ewwel darba li ra ħu u oħt jiżf­nu żifna lokali allegruża, tħawwad. Kienet din iż-​żifna ħażina jew forsi dinjija? Kien se jkun qed ibaxxi l-​livelli tiegħu kieku kellu jaċċetta din id-​drawwa? Alex tgħallem li għalkemm il-​mużika u ż-​żfin kienu differenti, ma kienx hemm għalfejn jassumi li ħutu Spanjoli kienu qed ibaxxu l-​livelli Kristjani. It-​taħwid li kellu f’moħħu kien minħabba d-​differenza fil-​kulturi.

Madankollu, Emilio, wieħed ħu li jogħġbu ż-​żfin Spanjol tradizzjonali, jagħraf li jeżisti periklu. “Ninnota li ħafna miż-​żfin jirrikjedi li l-​koppja jmissu ħafna maʼ xulxin,” jispjega hu. “Bħala wieħed li m’iniex miżżewweġ, nirrealizza li dan jistaʼ jeffettwa s-​sentimenti taʼ xi wieħed minn dawk li jkunu qed jiżf­nu, jekk mhux tat-​tnejn li huma. Xi kultant, iż-​żfin jistaʼ jintuża bħala skuża biex turi affezzjoni għal xi ħadd li tħossok miġbud lejh. Il-​protezz­joni tistaʼ tiġi milli tkun żgur li l-​mużika hija edifikanti u li ftit li xejn ikun hemm kuntatt fiżiku. Madankollu, irrid nammetti li meta grupp t’aħwa żgħażagħ mhux miżżewġin joħorġu jiżfnu flimkien, ikun diffiċli ferm biex tinżamm atmosfera teokratika.”

Żgur li ma rridux nużaw il-​kultura tagħna bħala skuża biex nagħtuha għall-​imġiba dinjija. Il-​kant u ż-​żfin kienu jagħmlu parti mill-​kultura Iżraelita, u meta l-​Iżraeliti nħelsu mill-​Eġittu ħdejn il-​Baħar l-​Aħmar, iċ-​ċelebrazzjoni tagħhom kienet tinkludi kemm il-​kant u kemm iż-​żfin. (Eżodu 15:1, 20) Madankollu, it-​tip partikulari taʼ mużika u żfin tagħhom kien differenti minn dak tad-​dinja pagana taʼ madwarhom.

B’sogħba, waqt li kienu qed jistennew lil Mosè biex jiġi lura mill-​Muntanja Sinaj, l-​Iżraeliti tilfu l-​paċenzja, għamlu għoġol tad-​deheb, u wara li kielu u xorbu “qamu jixxalaw.” (Eżodu 32:1-6) Meta Mosè u Ġożwè semgħu l-​ħoss tal-​kant tagħhom, dan mill-​ewwel ma daqqx għal widnejhom. (Eżodu 32:17, 18) L-​Iżraeliti kienu qabżu dik il-​“linja,” u t-​tip taʼ kant u żfin tagħhom issa ġie jirrifletti d-​dinja pagana taʼ madwarhom.

B’mod simili llum, il-​mużika u ż-​żfin jistgħu jkunu aċċettabbli b’mod ġenerali fil-​lokalità tagħna u jistgħu ma joffendux il-​kuxjenza taʼ ħaddieħor. Imma jekk id-​dwal jitbaxxew, jiġu miżjudin id-​dwal li jteptpu, jew tindaqq xi mużika b’ritmu differenti, dak li qabel kien aċċettabbli issa jistaʼ jibda jirrifletti l-​ispirtu tad-​dinja. “Din hija l-​kultura tagħna,” nist­għu nargumentaw. Aron uża skuża simili meta ta permess għall-​forom pagani taʼ divertiment u qima, billi b’mod żbaljat iddeskriviehom bħala “festa lill-​Mulej.” Din l-​iskuża fjakka ma kinitx valida. Tistaʼ taħseb, il-​kondotta tagħhom kienet meqjusa “għajb għalihom quddiem l-​għedewwa tagħhom.”—Eżodu 32:5, 25.

Il-​Kultura Għandha Postha

Drawwiet eżotiċi jistgħu jaħsduna għall-​ewwel, imma mhux bilfors li kollha m’humiex aċċettabbli. Bis-​‘sensi tagħna mħarrġin,’ nist­għu niddeterminaw liema drawwiet huma kompatibbli mal-​prinċipji Kristjani u liema m’humiex. (Lhud 5:14, KŻ) Meta nuru qalb tajba mimlija mħabba għal għajrna, se nirreaġixxu kif jixraq meta niġu wiċċ imbwiċċ maʼ drawwiet li m’humiex ħżiena.

Hekk kif nippridkaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna lin-​nies fl-​inħawi lokali tagħna jew iktar fil-​bogħod, ħarsa bbilanċjata lejn il-​varjetà taʼ kulturi se tgħinna nsiru “kollox maʼ kulħadd.” U bla dubju se nsibu li hekk kif nibdew naċċettaw il-​varjetà taʼ kulturi, dan se jirriżulta f’li jkollna ħajja sinjifikanti, interessanti, u affaxxinanti.

[Stampa f’paġna 20]

Tislim Kristjan jistaʼ jiġi espress kif jixraq b’diversi modi

[Stampa f’paġna 23]

Ħarsa bbilanċjata lejn kulturi differenti tistaʼ twassal għal ħajja sinjifikanti u interessanti

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja