LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 2/1 pp. 30-31
  • “Jehovah” jew “Jaħweh”?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Jehovah” jew “Jaħweh”?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Għerq tal-​Kontroversja
  • X’Jiswa l-​Isem?
  • Għala Għandna Nużaw l-Isem t’Alla Jekk M’Aħniex Ċerti mill-Pronunzja Tiegħu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Min hu Ġeħova?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • A4 L-isem divin fl-Iskrittura Ebrajka
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • “Isem li M’Għandux Jitlissen”?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 2/1 pp. 30-31

“Jehovah” jew “Jaħweh”?

“IMĦALLTA,” “imlaqqta,” “mostruża.” X’iġiegħel lil xi studjużi Ebrej tal-​Bibbja jużaw termini daqshekk ibsin? Il-​kwistjoni hi jekk il-​kelma “Jehovah” hijiex il-​pronunzja korretta bl-​Ingliż taʼ l-​isem t’Alla jew le. Din ilha kontroversja taħraq għal iktar minn mitt sena. Illum, ħafna studjużi mid-​dehra jippreferu l-​verżjoni b’żewġ sillabi “Jaħweh.” Imma fir-​realtà hija l-​pronunzja “Jehovah” daqshekk “mostruża”?

L-​Għerq tal-​Kontroversja

Skond il-​Bibbja, Alla nnifsu rrivela ismu lill-​umanità. (Eżodu 3:15) L-​evidenza Skritturali turi li l-​qaddejja tal-​qedem t’Alla ma kinux joqogħdu lura milli jużaw dan l-​isem. (Ġenesi 12:8; Rut 2:4, NW) Anki ġnus oħrajn kienu jafu bih l-​isem t’Alla. (Ġożwè 2:9, NW) Dan kien veru b’mod speċjali wara li l-​Lhud li kienu reġgħu lura mill-​eżilju f’Babilonja ġew f’kuntatt maʼ nies minn ħafna ġnus. (Salm 96:2-10; Isaija 12:4; Malakija 1:11) The Interpreter’s Dictionary of the Bible jgħid: “Hemm biżżejjed evidenza li fil-​perijodu taʼ wara l-​eżilju, ir-​reliġjon tal-​Lhud kienet tiġbed lil ħafna barranin.” Madankollu, sa l-​ewwel seklu E.K., kienet żviluppat superstizzjoni dwar l-​isem t’Alla. Eventwalment, il-​poplu Lhudi mhux talli waqaf juża l-​isem t’Alla bil-​miftuħ, imma talli xi wħud saħansitra pprojbew li wieħed jippronunzjah. B’hekk, il-​pronunzja korretta ntilfet​—jew ma ntilfet xejn?

X’Jiswa l-​Isem?

Fil-​lingwa Ebrajka, l-​isem t’Alla jinkiteb יהוה. Dawn l-​erbaʼ ittri, li jinqraw mil-​lemin għax-​xellug, huma msejħin it-​Tetragrammaton. Ħafna ismijiet taʼ nies u postijiet imsemmijin fil-​Bibbja fihom forma mqassra taʼ l-​isem divin. Huwa possibbli li dawn l-​ismijiet jistgħu jipprovdu xi ħjiel dwar kif kien jiġi ppronunzjat l-​isem t’Alla?

Skond George Buchanan, professur emeritu fil-​Wesley Theological Seminary, Washington, D.C., fl-​Istati Uniti taʼ l-​Amerka, it-​tweġiba hija iva. Il-​professur Buchanan jispjega: “Fl-​antik, il-​ġenituri taʼ spiss kienu jsemmu lit-​tfal għad-​divinitajiet tagħhom. Dan ifisser li kienu jippronunzjaw isem uliedhom bl-​istess mod kif kien jiġi ppronunzjat l-​isem tad-​divinità. It-​Tetragrammaton kien jintuża fl-​ismijiet tan-​nies, u l-​vokali tan-​nofs dejjem kienu jinkluduha.”

Ikkunsidra ftit eżempji taʼ ismijiet li tistaʼ ssibhom fil-​Bibbja u li jinkludu forma mqassra taʼ l-​isem t’Alla. Ġonatan, li jidher bħala Yoh·na·thanʹ jew Yehoh·na·thanʹ fil-​Bibbja Ebrajka, ifisser “Jaħo jew Jaħowaħ ta,” jgħid il-​Professur Buchanan. Isem il-​profeta Elija bl-​Ebrajk huwa ʼE·li·yahʹ jew ʼE·li·yaʹhu. Skond il-​Professur Buchanan, l-​isem ifisser: “Alla tiegħi hu Jaħu jew Jaħu-waħ.” B’mod simili, l-​isem Ebrajk għal Ġosafat huwa Yehoh-sha·phatʹ, li jfisser “Jaħo ġġudika.”

Pronunzja tat-​Tetragrammaton b’żewġ sillabi, bħal “Jaħweh” telimina l-​ħoss tal-​vokali o mill-​isem t’Alla. Imma fil-​partita ismijiet Bibliċi li jinkorporaw l-​isem divin, dan il-​ħoss tal-​vokali tan-​nofs jidher kemm fil-​forma oriġinali u kemm fil-​forma mqassra, bħal f’Ġeħonatan u f’Ġonatan. B’hekk, il-​Professur Buchanan jgħid dwar l-​isem divin: “Il-​vokali u jew o fl-​ebda każ ma titħalla barra. Xi kultant, il-​kelma tqassret għal ‘Ja,’ imma qatt għal ‘Ja-weħ.’ . . . Meta t-​Tetragrammaton kien jiġi ppronunzjat f’sillaba waħda, kien ikun ‘Jaħ’ jew ‘Jo.’ Meta kien jiġi ppronunzjat fi tliet sillabi, kien ikun ‘Jaħowaħ’ jew ‘Jaħuwaħ.’ Jekk qatt kien jiġi mqassar f’żewġ sillabi, kien ikun ‘Jaħo.’”​—Biblical Archaeology Review.

Dawn il-​kummenti jgħinuna nifhmu l-​istqarrija taʼ l-​istudjuż Ebrew tas-​seklu 19, Gesenius, fix-​xogħol tiegħu Hebrew and Chaldee Lexicon to the Old Testament Scriptures: “Dawk li jikkunsidraw li יְהוָֹה [Je-ħo-waħ] kienet il-​pronunzja attwali [taʼ l-​isem t’Alla] m’humiex kompletament bla bażi li fuqha jiddefendu l-​opinjoni tagħhom. B’dan il-​mod is-​sillabi mqassrin יְהוֹ [Je-ħo] u יוֹ [Jo], li bihom jibdew ħafna ismijiet, jistgħu jiġu spjegati b’mod iktar sodisfaċenti.”

Minkejja dan, fl-​introduzzjoni għat-​traduzzjoni reċenti tiegħu taʼ The Five Books of Moses, Everett Fox joħroġ dan il-​punt: “La l-​isforzi li saru qabel biex terġaʼ tinstab il-​pronunzja ‘korretta’ taʼ l-​isem Ebrajk [t’Alla] u lanqas dawk reċenti ma rnexxew; la l-​verżjoni li nisimgħu kultant, ‘Jehovah,’ u lanqas dik stabbilita li tintuża mill-​istudjużi, ‘Jaħweh,’ ma tistaʼ tingħata prova tagħhom b’mod konklużiv.”

Bla dubju, id-​dibattitu bejn l-​istudjużi se jkompli. Il-​Lhud waqfu jippronunzjaw l-​isem taʼ dak Alla veru qabel ma l-​Masoreti żviluppaw is-​sistema taʼ l-​immarkar tal-​vokali permezz taʼ dijakritiċi. B’hekk, m’hemm ebda mod definittiv li jistaʼ jagħti prova taʼ liema vokali kienu jakkumpanjaw il-​konsonanti JĦWĦ (יהוה). Madankollu, l-​ismijiet infushom taʼ persunaġġi Bibliċi​—li l-​pronunzja korretta tagħhom qatt ma ntilfet—​jipprovdu ħjiel konkret dwar il-​pronunzja antika taʼ l-​isem t’Alla. Minħabba f’dan, xi studjużi għall-​inqas jaqblu li l-​pronunzja “Jehovah” m’hijiex daqshekk “mostruża” wara kollox.

[Stampi f’paġna 31]

“Jehovah” baqgħet l-​iktar pronunzja popolari taʼ l-​isem t’Alla

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja