LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w08 7/1 p. 29
  • “Isem li M’Għandux Jitlissen”?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Isem li M’Għandux Jitlissen”?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Materjal Simili
  • Min hu Ġeħova?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • A4 L-isem divin fl-Iskrittura Ebrajka
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Għala Għandna Nużaw l-Isem t’Alla Jekk M’Aħniex Ċerti mill-Pronunzja Tiegħu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • “Jehovah” jew “Jaħweh”?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
w08 7/1 p. 29

“Isem li M’Għandux Jitlissen”?

IL-​MONUMENT Gateway Arch li jinsab max-​xatt tax-​xmara St. Louis, f’Missouri, huwa għoli 192 metru u hu l-​ogħla wieħed fl-​Istati Uniti. Ħdejn naħa waħda tal-​monument hemm knisja mhix daqshekk għolja li tissejjaħ il-​Katidral il-​Qadim.

Meta jiddeskrivi l-​karatteristiki taʼ l-​arkitettura tad-​daħla tal-​knisja, il-​ktejjeb The Story of the Old Cathedral, pubblikat mill-​knisja, jgħid: “Fuq il-​portiku hemm frontun mill-​isbaħ li f’nofsu hemm miktub bl-​Ebrajk u b’ittri kbar lewn id-​deheb l-​isem li m’għandux jitlissen t’Alla.” Bħalma juri r-​ritratt, l-​erbaʼ ittri Ebrajċi יהוה (JĦWH), jew it-​Tetragrammaton, li jirrappreżentaw l-​isem divin, jidhru b’mod ċar.

Meta nbena l-​katidral fl-​1834, dawk tad-​djoċesi taʼ St. Louis milli jidher ħassew li l-​isem bil-​forma taʼ l-​erbaʼ ittri Ebrajċi għandu jkollu post prominenti. Imma, allura, l-​isem divin għala hu meqjus bħala li “m’għandux jitlissen”?

In-New Catholic Encyclopedia tispjega x’seħħ ftit wara li l-​Lhud ġew lura mill-​eżilju tagħhom f’Babilonja fis-​sitt seklu Q.E.K. Din tgħid: “L-​isem Jaħweh [it-Tetragrammaton bil-​vokali miżjudin] beda jitqies b’riverenza speċjali, u bdiet id-​drawwa li minflok l-​isem titpoġġa l-​kelma ADONAJ [Mulej] jew ELOĦIM [Alla]. . . . Maż-​żmien, din id-​drawwa wasslet biex tintesa l-​pronunzja korretta taʼ l-​isem Jaħweh.” B’hekk, in-​nies ma baqgħux jużaw l-​isem t’Alla. Eventwalment, il-​pronunzja eżatta tal-​qedem intilfet u ma kienx għadu possibbli li jitlissen l-​isem divin.

Għalkemm ma nistgħux inkunu ċerti dwar il-​pronunzja eżatta taʼ l-​isem t’Alla, l-​importanti hu li meta nużaw dan l-​isem nersqu qrib lejh. Tixtieq int li sħabek isejħulek “sinjur” jew “sinjura,” jew tippreferi li jsejħulek bl-​isem persunali tiegħek? Anki jekk jitkellmu lingwa oħra u ma jippronunzjawx ismek eżatt kif suppost, xorta tippreferi li jsejħulek b’ismek, mhux hekk? L-​istess huwa minnu dwar Alla. Hu jridna nużaw l-​isem persunali tiegħu, Ġeħova.

Bil-Malti, il-​pronunzja “Ġeħova” hija komuni. Mela ma taqbilx int li jkun xieraq għal dawk kollha li jħobbu lil Alla li jindirizzawh b’dan l-​isem persunali, u b’hekk jersqu qrib lejh? “Ersqu qrib lejn Alla, u hu jersaq qrib lejkom,” tgħid il-​Bibbja.—Ġakbu 4:8.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja