LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 12/1 pp. 3-5
  • Għala Dan il-Biżaʼ mill-Apokalissi?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala Dan il-Biżaʼ mill-Apokalissi?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Istorja taʼ Dan il-​Biżaʼ mill-​Apokalissi
  • Il-​Biżaʼ mill-​Apokalissi Huwa Ġustifikat?
  • L-Apokalissi—Nibżgħu Minnu jew Nistennewh bil-Ħerqa?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Id-Dinja Dalwaqt Se Tispiċċa? Il-Bibbja Tgħid li d-Dinja Se Tinqered Għalkollox?
    Iktar Suġġetti
  • “Bxajjar taʼ Ferħ” mill-Apokalissi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Il-ktieb tar-Rivelazzjoni—Xi jfisser?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 12/1 pp. 3-5

Għala Dan il-​Biżaʼ mill-​Apokalissi?

“IL-​FUNDAMENTALISTI Kristjani ilhom is-​snin jipprofetizzaw li wasal biex iseħħ [xi] tip taʼ kollass li se jeffettwa lil kull livell tas-​soċjetà,” jinnota Damian Thompson, kittieb tar-​reliġjon, fir-​rivista Time. “Issa, b’għaġeb kbir għalihom, mhux talli dawn is-​sitwazzjonijiet immaġinarji qed jittieħdu bis-​serjetà, imma talli qed jiġu mxerrdin minn dawk l-​istess nies li kienu jirridikolawhom: programmaturi tal-​kompjuter, negozjanti kbar, u politikanti.” Hu jistqarr li l-​biżaʼ li l-​kompjuters tad-​dinja kollha jieqfu jaħdmu fis-​sena 2000 “biddel individwi li xejn ma kienu reliġjużi f’millenarji li qatt ma kont tistennieha minnhom.” Dawn qed jibżgħu li se jseħħu diżastri bħal “paniku maʼ kullimkien, gvernijiet paralizzati, ġenn sħiħ minħabba nuqqas taʼ ikel, [u] ajruplani li jibqgħu deħlin ġo l-​iskyscrapers.”

L-attivitajiet inkwetanti taʼ diversi gruppi reliġjużi żgħar, taʼ spiss imsejħin “apokalittiċi,” ikomplu jżidu maʼ l-​ansjetà ġenerali. F’Jannar taʼ l-​1999, f’artiklu intitolat “Ġerusalemm u s-​Sireni taʼ l-​Apokalissi,” il-​gazzetta Franċiża li toħroġ kuljum Le Figaro qalet: “Is-​servizzi tas-​sigurtà [Iżraeljani] jikkalkulaw li hemm iktar minn mitt ‘millenarju’ fuq jew ħdejn l-​Għolja taż-​Żebbuġ jistennew il-​parousia jew l-​apokalissi.”

In-1998 Britannica Book of the Year fih rapport speċjali dwar il-​“Kulti taʼ l-​Aħħar tad-​Dinja.” Fost oħrajn, dan isemmi kulti suwiċidi, bħall-​Heaven’s Gate, il-​People’s Temple, u l-​Order of the Solar Temple, kif ukoll Aum Shinrikyo (Verità Suprema), li fl-​1995 organizza attakk bil-​gass velenuż qattiel ġo subway f’Tokyo, li ħalla 12-il ruħ mejta u eluf feruti. Biex jiġbor dan ir-​rapport fil-​qosor, Martin E. Marty, professur tar-​reliġjon fl-​Università taʼ Chicago, kiteb: “Il-​fatt li se tinqaleb il-​folja tal-​kalendarju għas-​sena 2000 iqanqal l-​ispirazzjoni—u hija ħaġa kważi ċerta li se jispira kull xorta taʼ profeziji u attivitajiet organizzati. Uħud minnhom jistgħu jsiru perikolużi. Se jkun żmien li m’għandux jiġi ffaċċjat b’indifferenza.”

L-​Istorja taʼ Dan il-​Biżaʼ mill-​Apokalissi

Apokalissi, jew Rivelazzjoni, huwa l-​isem taʼ l-​aħħar ktieb fil-​Bibbja, li nkiteb għall-​ħabta tat-​tmiem taʼ l-​ewwel seklu E.K. Minħabba li dan il-​ktieb huwa profetiku u għandu lingwaġġ simboliku ħafna, l-​aġġettiv “apokalittiku” beda jiġi applikat għal ċertu tip taʼ letteratura li bdiet ħafna qabel ma nkiteb il-​ktieb Bibliku t’Apokalissi. Is-​simboliżmu mitoloġiku taʼ din il-​letteratura jmur lura sa żmien il-​Persja tal-​qedem u saħansitra iktar lura. B’hekk, The Jewish Encyclopedia titkellem dwar “il-​karattru Babiloniż distint tal-​biċċa l-​kbira mill-​elementi mitoloġiċi inkorporati f’din il-​letteratura [apokalittika Lhudija].”

Il-letteratura apokalittika Lhudija ffjorixxiet mill-​bidu tat-​tieni seklu Q.E.K. sat-​tmiem tat-​tieni seklu E.K. Biex jispjega r-​raġuni għala nkitbu dawn il-​kitbiet, studjuż tal-​Bibbja kiteb: “Il-​Lhud qasmu ż-​żmien kollu f’żewġ eri. Kien hemm din l-​era preżenti, li hi ħażina għalkollox . . . Għalhekk, il-​Lhud stennew it-​tmiem taʼ l-​istat preżenti t’affarijiet. Kien hemm l-​era li għad trid tiġi, li kellha tkun tajba għalkollox, l-​era tad-​deheb taʼ Alla li fiha kellu jkun hemm paċi, prosperità u tjieba. Din l-​era preżenti kif kellha ssir l-​era li għad trid tiġi? Il-​Lhud kienu jemmnu li din il-​bidla qatt ma setgħet isseħħ permezz tal-​bniedem, u għalhekk ħarsu ’l quddiem għall-​intervent dirett t’Alla. . . . Il-​jum tal-​miġja t’Alla kien imsejjaħ Jum il-​Mulej u kellu jkun żmien terribbli taʼ terrur u qerda u ġudizzju, l-​uġigħ li kellu jimmarka t-​twelid taʼ l-​era l-​ġdida. Il-​letteratura apokalittika kollha tittratta dwar dawn il-​ġrajjiet.”

Il-​Biżaʼ mill-​Apokalissi Huwa Ġustifikat?

Il-​ktieb Bibliku t’Apokalissi jitkellem dwar il-​“gwerra taʼ nhar il-​Jum il-​kbir taʼ Alla li jistaʼ kollox,” jew Armageddon, li fiha l-​ħżiena se jinqerdu, u li warajha se jkun hemm perijodu t’elf sena (xi drabi msejjaħ il-​Millennju) li matulu Satana se jintafaʼ fl-​abbiss u Kristu se jiġġudika lill-​umanità. (Apokalissi 16:14, 16; 20:1-4) Fil-​Medju Evu, dawn il-​profeziji ġew mifhuma ħażin minn xi wħud minħabba li l-​Kattoliku “Santu” Wistin (354-430 E.K.) kien qal li l-​Millennju kien beda mat-​twelid taʼ Kristu u li warajh kellu jsir l-​Aħħar Ġudizzju. Mid-​dehra Wistin ftit ta kas taʼ kemm kien fadal żmien, imma hekk kif qorbot is-​sena 1000, il-​biżaʼ beda jiżdied. L-​istudjużi taʼ l-​istorja ma jaqblux dwar sa liema punt infirex dan il-​biżaʼ mill-​apokalissi fil-​Medju Evu. Kien kemm kien mifrux, dan żgur li wera li ma kienx ġustifikat.

B’mod simili, illum, kemm nies li huma reliġjużi u kemm dawk li m’humiex, qegħdin jibżgħu li s-​sena 2000 jew 2001 se ġġib magħha apokalissi tal-​waħx. Imma huwa ġustifikat dan il-​biżaʼ? U l-​messaġġ li hemm fil-​ktieb Bibliku taʼ Rivelazzjoni, jew Apokalissi, huwa xi ħaġa li għandna nibżgħu minnha jew, għall-​kuntrarju, xi ħaġa li għandna nistennewha bil-​ħerqa? Jekk jogħġbok kompli aqra.

[Stampa f’paġna 4]

Il-​biżaʼ mill-​Apokalissi fil-​Medju Evu wera li ma kienx ġustifikat

[Sors]

© Cliché Bibliothèque Nationale de France, Pariġi

[Sors taʼ l-​Istampa f’paġna 3]

Maya/Sipa Press

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja