LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w00 7/1 pp. 3-4
  • Tistaʼ Ssib Serħan?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tistaʼ Ssib Serħan?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Uħud li Fittxew Serħan
  • Kif Tistaʼ Ssib Serħan?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Tistaʼ Ssib Paċi f’Din id-Dinja Mimlija Inkwiet?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Paċi Vera—Minn Liema Sors?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Ħalli “l-Paċi t’Alla” Tgħasses lil Qalbek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
w00 7/1 pp. 3-4

Tistaʼ Ssib Serħan?

Lura fl-​1854, l-​awtur Amerikan Henry Thoreau kiteb: “Il-​biċċa l-​kbira tan-​nies iħossuhom iddisprati imma ma jurux.”

Mid-​dehra, fi żmienu ħafna min-​nies ma setgħux isibu serħan. Però, dan kien kważi 150 sena ilu. Inbidlet is-​sitwazzjoni fi żmienna? Jew għadu kollox bħalma kien fi żmien Thoreau? Xi ngħidu għalik persunali? Tħossok kuntent, moħħok mistrieħ? Jew tħossok ansjuż u inċert dwar il-​futur, ‘iddisprat mingħajr ma turi,’ biex nużaw il-​kliem taʼ Thoreau?

SFORTUNATAMENT, fid-​dinja hemm ħafna affarijiet li lin-​nies jisirqulhom il-​paċi tal-​moħħ. Ħalli nsemmu biss ftit minnhom. F’ħafna pajjiżi, il-​qgħad u l-​pagi baxxi jġibu l-​faqar, u flimkien maʼ dan, disperazzjoni ekonomika. F’pajjiżi oħrajn, ħafna jagħmlu minn kollox biex jiksbu l-​ġid u l-​affarijiet materjali. Iżda, taʼ spiss, nies bħal dawn ikun moħħhom biex jikkompetu m’oħrajn, u dan iġib miegħu l-​ansjetà, u mhux is-​serħan. Il-​mard, il-​gwerra, il-​kriminalità, l-​inġustizzja, u l-​moħqrija wkoll iċaħħdu lin-​nies mit-​trankwillità.

Uħud li Fittxew Serħan

Ħafna ma jridux jaċċettaw id-​dinja kif inhi. Antônioa kien mexxej taʼ għaqda li taqbeż għad-​drittijiet tal-​ħaddiema ġewwa fabbrika kbira f’São Paulo, fil-​Brażil. Billi kien jittama li setaʼ jtejjeb il-​kundizzjonijiet li kienu jgħixu fihom, hu kien jieħu sehem fi protesti u dimostrazzjonijiet, imma dan ma ġablux serħan.

Xi wħud jittamaw li ż-​żwieġ iġibilhom xi ftit tat-​trankwillità f’ħajjithom, imma għandhom mnejn jibqgħu diżappuntati. Marcos kien negozjant li rnexxa. Hu beda jinvolvi ruħu fil-​politika u laħaq sindku taʼ belt industrijali. Madankollu, il-​ħajja tal-​familja tiegħu kienet diżastru. Meta wliedu ma baqgħux jgħixu d-​dar, hu u martu sseparaw minħabba d-​differenzi taʼ bejniethom, li ma setgħux jiġu solvuti.

Gerson, li trabba fit-​toroq taʼ Salvador, fil-​Brażil, kien ifittex l-​avventura f’ħajtu. Hu kien jiġġerra minn belt għall-​oħra, billi jivvjaġġa mas-​sewwieqa tat-​trakkijiet. F’qasir żmien, spiċċa biex sar drogat, u kien jisraq ħalli jkollu flus biżżejjed biex jixtri d-​drogi. Il-​pulizija qabduh kemm-il darba. Madankollu, minkejja l-​personalità aggressiva u vjolenti li kellu, Gerson kien jixxennaq biex ikollu l-​paċi tal-​moħħ. Kien iberren jekk qattx setaʼ jsibha.

Meta Vania kienet għadha żgħira mititilha ommha, u għalhekk hi kellha tieħu r-​responsabbiltà tad-​dar fuq spallejha, inkluż li tieħu ħsieb oħtha li kienet marida. Vania kienet tmur il-​knisja imma kienet tħoss li Alla kien abbandunaha. Żgur li din ma kellhiex paċi tal-​moħħ.

Imbagħad kien hemm Marcelo. Marcelo ried igawdi kemm jistaʼ. Kien jieħu gost imur il-​parties maʼ żgħażagħ oħra—biex jiżfen, jixrob, u jabbuża mid-​drogi. Darba minnhom kien involut fi ġlieda u weġġaʼ lil żagħżugħ ieħor. Wara dan, beda jħossu tassew ħati minħabba dak li kien għamel, u talab lil Alla għall-​għajnuna. Hu wkoll kien jixtieq li jsib serħan.

Dawn l-​esperjenzi huma eżempji taʼ xi sitwazzjonijiet li jistgħu jagħmluha impossibbli li wieħed igawdi l-​paċi tal-​moħħ. Kien hemm xi mezz kif il-​mexxej taʼ l-​għaqda tal-​ħaddiema, il-​politikant, it-​tifel li trabba fit-​toroq, il-​bint li tgħabbiet b’ħafna responsabbiltà, u ż-​żagħżugħ li kien iħobb imur il-​parties setgħu jsibu s-​serħan li kienu qed ifittxu? Jgħallimna xi ħaġa dak li ġralhom? It-​tweġiba għal dawn iż-​żewġ mistoqsijiet hija iva, bħalma se naraw fl-​artiklu li jmiss.

[Nota taʼ taħt]

a Xi ismijiet ġew mibdulin.

[Stampa f’paġna 3]

Tixxennaq int biex issib serħan?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja