LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 2/15 pp. 28-29
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Materjal Simili
  • Is-​Sena 2000 Se Tiġi Effettwat Int jekk il-​Kompjuters Jieqfu Jaħdmu?
    Stenbaħ!—1999
  • X’Tiftakar?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Għajnuna Siewja għat-Traduzzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Wieħed li jiżviluppa s-softwer tal-kompjuters jispjega t-twemmin tiegħu
    Stenbaħ!—2017
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 2/15 pp. 28-29

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Il-​Kristjani veri kif għandhom iħarsu lejn id-​drawwa komuni li wieħed jgħaddi lil ħaddieħor kopji taʼ programmi kummerċjali għall-​kompjuters?

Xi wħud għandhom mnejn jipprovaw b’mod żbaljat jiskużaw din il-​ħaġa billi jirreferu għall-​kliem taʼ Ġesù: “B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu.” M’għandniex xi ngħidu, hawnhekk Ġesù ma kienx qed jirreferi għal li nagħtu b’xejn kopji taʼ letteratura jew programmi tal-​kompjuter li jkollhom id-​drittijiet miżmumin mill-​awtur jew mill-​kumpanija li tipproduċi l-​programm. L-​użu taʼ dan il-​materjal huwa kontrollat mil-​liġi. Ġesù ried ifisser li l-​għoti huwa parti mill-​ministeru. Hu qal lill-​appostli li kienu sejrin f’diversi bliet u rħula li huma kellhom jippridkaw is-​Saltna, ifejqu l-​morda, u jkeċċu x-​xjaten. L-​appostli ma kellhomx jitħallsu taʼ dan. Minflok huma kellhom ‘jagħtu b’xejn.’—Mattew 10:​7, 8.

B’numru li dejjem jiżdied taʼ kompjuters, kemm persunali kif ukoll dawk użati fin-​negozju, ħafna nies ġew bżonn il-​programmi tal-​kompjuter. Dawn ġeneralment iridu jinxtraw. Veru li tistaʼ ssib lil min jagħmel xi programm li mbagħad jgħaddih lil ħaddieħor b’xejn. Dan l-​individwu jistaʼ wkoll jippermetti li l-​programm jiġi kopjat u mogħti lil oħrajn. Iżda l-​biċċa l-​kbira tal-​programmi jinbiegħu kummerċjalment. Dawk li jużaw xi programm, kemm jekk personalment id-​dar jew inkella fin-​negozju, huma mistennijin li jixtruh u jħallsu għalih. Meta xi ħadd jieħu jew jikkopja programm mingħajr ma jħallas għalih ikun qed jagħmel xi ħaġa illegali, bħalma hu illegali li tagħmel fotokopja taʼ ktieb sħiħ. L-​azzjoni hija illegali saħansitra jekk il-​programm kopjat jew il-​fotokopji tal-​ktieb jingħataw lil ħaddieħor b’xejn.

Ħafna mill-​programmi tal-​kompjuter (inkluż il-​logħob) huma koperti b’liċenzja. Din ikollha kundizzjonijiet u limitazzjonijiet speċifiċi li min juża jew ikollu l-​programm irid jimxi fi qbil magħhom. Ħafna minn dawn il-​liċenzji juru li persuna waħda biss tistaʼ tinstalla u tuża l-​programm—ġeneralment billi tinstallah f’kompjuter wieħed biss, sew jekk dan qiegħed id-​dar, ix-​xogħol, jew l-​iskola. Xi liċenzji juru li min juża l-​programm jistaʼ jżomm kopja għalih innifsu għal li jistaʼ jkun, imma m’għandux jagħmel kopja għal ħaddieħor. Jekk min ikollu l-​programm ikun irid jagħtih lil persuna oħra, hu jistaʼ jagħmel dan. Iżda f’dan il-​każ ikun irid jagħti l-​programm sħiħ (inkluż il-​liċenzja u d-​dokumenti), u hekk ikun qed jitlef id-​dritt tiegħu li jużah. Il-​liċenzji jvarjaw. Għalhekk, meta wieħed ikun irid jixtri programm jew inkella jingħata wieħed għandu jara x’inhuma l-​kundizzjonijiet taʼ dik il-​liċenzja partikulari.

Ħafna pajjiżi għandhom ftehim bejniethom dwar id-​drittijiet taʼ l-​awtur li jipproteġi “l-​propjetà intelletwali,” bħal per eżempju l-​programmi tal-​kompjuter, u jipprovaw iġagħlu lin-​nies jimxu mal-​liġijiet li jħarsu dawn id-​drittijiet taʼ l-​awtur. Per eżempju, The New York Times taʼ l-​14 taʼ Jannar, 2000, irrapportat li uffiċjali tal-​pulizija Ġermaniżi u Daniżi arrestaw lil xi membri taʼ waħda mill-​akbar klikek li jipproduċu programmi illegali. Huma jagħmlu dan billi jikkopjaw u jqassmu programmi u logħob tal-​kompjuter, u anki jbigħu xi wħud minnhom fuq l-​Internet.

X’inhi l-​waqfa tal-​kongregazzjoni Kristjana f’dan ir-​rigward? Sewwa, Ġesù qal: “Agħtu lil Ċesari dak li hu taʼ Ċesari, u lil Alla dak li hu taʼ Alla.” (Mark 12:17) Dan ifisser li l-​Kristjani għandhom jobdu l-​liġijiet tal-​pajjiż li ma jmorrux kontra l-​liġi t’Alla. Dwar il-​gvernijiet, l-​appostlu Pawlu kiteb: “Kull bniedem għandu jobdi lill-​awtorità taʼ fuqu. . . . Dawk li jeħduha kontra l-​awtorità jkunu qegħdin jeħduha kontra l-​ordni mwaqqaf minn Alla; u dawk li jeħduha kontra Alla, ikunu qegħdin jiġbdu l-​kundanna fuqhom infushom.”—Rumani 13:​1, 2.

M’hijiex ir-​responsabbiltà taʼ l-​anzjani fil-​kongregazzjoni Kristjana li joqogħdu jiċċekkjaw il-​kompjuters taʼ ħaddieħor, bħallikieku għandhom l-​awtorità li jinterpretaw u jinforzaw il-​liġijiet li jħarsu d-​drittijiet taʼ l-​awtur. Imma huma jemmnu u jgħallmu li l-​Kristjani m’għandhomx jieħdu xi ħaġa li mhix tagħhom u għandhom jistinkaw biex jobdu l-​liġi. Dan jipproteġi lill-​Kristjani milli jiġu kastigati bħala wħud li jiksru l-​liġi, u bis-​saħħa t’hekk jistaʼ jkollhom kuxjenza tajba m’Alla. Pawlu kiteb: “Għalhekk jeħtieġ li toqogħdu għall-​awtoritajiet, mhux biss minħabba l-​korla, imma wkoll minħabba l-​kuxjenza.” (Rumani 13:5) Bl-​istess mod, Pawlu esprima x-​xewqa tal-​Kristjani veri b’dan il-​kliem: “Aħna nemmnu li għandna kuxjenza safja billi rridu nġibu ruħna sewwa [“ngħixu onestament,” Karm Żammit] f’kollox.”—Lhud 13:18.

[Kaxxa f’paġna 29]

Xi negozji u skejjel jixtru liċenzji li jkollhom il-​kundizzjoni li l-​programm jistaʼ jintuża minn numru limitat taʼ persuni. Fl-​1995, il-​kongregazzjonijiet tax-​Xhieda taʼ Jehovah ddiskutew artiklu li kien fih dan il-​parir:

“Il-​biċċa l-​kbira tal-​kumpaniji li jagħmlu u jbigħu l-​programmi tal-​kompjuter iżommu d-​drittijiet taʼ l-​awtur, u jipprovdu liċenzja li tispjega kif il-​programm jistaʼ jintuża legalment. Il-​liċenzja ġeneralment tkun turi li min ikollu l-​programm ma jistax jagħti kopji tiegħu lil oħrajn; fil-​fatt, il-​liġi internazzjonali li tħares id-​drittijiet taʼ l-​awtur tagħmilha illegali xi ħaġa bħal din. . . . Xi kumpaniji kbar ibigħu kompjuters li jkollhom programmi liċenzjati u installati minn qabel. Madankollu, xi ħwienet tal-​kompjuters ma jipprovdux liċenzji għaliex il-​programmi li jinstallaw minn qabel ikunu kopji illegali. Dan ifisser li x-​xerrej ikun qed jikser il-​liġi meta juża l-​programmi. Fi qbil maʼ dan, il-​Kristjani għandhom jevitaw li jittrasferixxu minn xi kompjuter ieħor xi informazzjoni elettronika li hi protetta mid-​drittijiet taʼ l-​awtur (bħalma huma l-​pubblikazzjonijiet tas-​Soċjetà) u li qed tiġi kopjata mingħajr il-​permess legali tas-​sidien.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja