LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 8/1 p. 18
  • Alla Xxottalha d-Dmugħ

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Alla Xxottalha d-Dmugħ
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Materjal Simili
  • Ibqaʼ b’Saħħtek Spiritwalment Waqt li Tieħu Ħsieb Qarib Marid
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Kompli uri mogħdrija maʼ “bnedmin taʼ kull xorta”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Ġeħova Għenni Niffaċċja l-Isfidi tal-Ħajja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • It-Tfittxija Għal Ġenna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 8/1 p. 18

Proklamaturi tas-​Saltna Jirrapportaw

Alla Xxottalha d-​Dmugħ

IN-​NIES li jġibu ħajjithom fi qbil mal-​liġijiet u l-​livelli taʼ Jehovah jiġu mberkin bil-​kbir. Għalkemm m’huwiex dejjem faċli li tagħmel il-​bidliet neċessarji, l-​għajnuna u l-​inkuraġġiment ma jonqsu qatt. (Salm 84:12 [84:​11, NW]) L-​esperjenza li jmiss ġejja mix-​Xlokk taʼ l-​Asja u turina kemm dan huwa minnu.

Waqt li Xhud minn Franza kienet fuq btala, din tkellmet maʼ sid taʼ ħanut li kien jisimha Kima dwar l-​iskop taʼ Jehovah għall-​art. Hi ħalliet ukoll maʼ Kim kopja tal-​ktieb Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art. Meta kienet qed tqalleb fil-​ktieb, Kim iltaqgħet mal-​kliem, “Hu jixxuttalhom kull demgħa minn għajnejhom.” (Apokalissi 21:4) “Dan il-​vers verament qanqalni,” tiftakar Kim. “Peress li jien il-​ġurnata kollha nitbissem u npaċpaċ man-​nies fil-​ħanut, min qatt kien se jobsor li meta nasal id-​dar fil-​għaxija, kont ninfexx nibki sa ma norqod?” Billi tistqarr ir-​raġuni tan-​niket tagħha, hi tgħid: “Kont ili ngħix maʼ raġel għal 18-il sena u kont imdejqa ħafna minħabba li hu ma riedx jiżżewwiġni. Ma ridtx nibqaʼ f’din il-​ħajja, iżda peress li kont ili ngħix miegħu daqshekk, ma kellix il-​kuraġġ nitilqu.”

Ftit taż-​żmien wara, Kim aċċettat studju tal-​Bibbja maʼ waħda mix-​Xhieda taʼ Jehovah jisimha Linh. “Kont ħerqana biex napplika t-​tagħlim tal-​Bibbja,” tgħid Kim. “Per eżempju, ma bqajtx inqim lill-​antenati, avolja dan ġabli ħafna oppożizzjoni mill-​familja tiegħi. Iktar minn hekk, ipprovajt inġib fi qbil mal-​liġi r-​relazzjoni li kelli mas-​sieħeb tiegħi, iżda hu ma riedx jagħmel dan. Matul dan iż-​żmien diffiċli, ix-​Xhud minn Franza kompliet tibgħatli l-​pubblikazzjonijiet ibbażati fuq il-​Bibbja, u Linh kienet taʼ inkuraġġiment kbir għalija. Il-​paċenzja u l-​appoġġ b’imħabba taʼ dawn l-​aħwa għenuni ħafna biex nippersevera sakemm irnexxieli nagħraf eżatt x’kien isarraf is-​sieħeb tiegħi. Skoprejt li hu diġà kellu ħames ‘nisa’ u 25 tifel u tifla! Dan tani l-​kuraġġ biex nitilqu.

“Li nitlaq dar kbira u komda għal appartament żgħir ma kinitx xi ħaġa faċli. Barra minn hekk, is-​sieħeb li kelli beda jisforzani biex nerġaʼ mmur ngħix miegħu, u saħansitra heddidni li jisfigurani bl-​aċidu jekk ma naċċettax. Bl-​għajnuna taʼ Jehovah, irnexxieli nagħmel dak li suppost.” Kim kompliet tagħmel progress u fl-​aħħar tgħammdet f’April taʼ l-​1998. Barra minn hekk, tnejn minn ħutha l-​bniet u binha, li hu adolexxent, bdew jistudjaw il-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Jehovah.

“Kont naħseb li ħajti dejjem kienet se tkun bla tama,” tgħid Kim. “Illum, madankollu, jiena ferħana, u m’għadnix nibki bil-​lejl. Jehovah diġà xxottali d-​dmugħ minn għajnejja.”

[Nota taʼ taħt]

a L-ismijiet ġew mibdulin.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja