LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 2/15 pp. 3-4
  • Int Liema Prinċipji Tħaddan?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Int Liema Prinċipji Tħaddan?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’Tip taʼ Prinċipji?
  • Il-Prinċipji Divini Jistgħu Jkunu taʼ Benefiċċju Għalik
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Ħalli l-Prinċipji Divini Jiggwidawlek il-Passi Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Il-Prinċipji tal-Bibbja Kif Inhuma ta’ Ġid Għalina?
    Aħbar Tajba Mingħand Alla!
  • Ħalli l-liġijiet u l-prinċipji t’Alla jittrennjaw il-kuxjenza tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 2/15 pp. 3-4

Int Liema Prinċipji Tħaddan?

TĦADDAN int prinċipji morali għoljin? Jew tħoss li tkun xi ftit antikwat jekk tagħmel hekk? Il-​fatt hu li kulħadd hu gwidat minn xi tip taʼ prinċipji li jemmen li huma importanti. Waħda mit-​tifsiriet li ngħatat tal-​kelma prinċipju hi “sett taʼ regoli persunali dwar x’inhu sewwa.” Il-​prinċipji jinfluwenzaw id-​deċiżjonijiet li nieħdu u jiddeterminaw liema direzzjoni se nieħdu f’ħajjitna. Il-​prinċipji jistgħu jservu taʼ boxxla.

Per eżempju, Ġesù ħeġġeġ lis-​segwaċi tiegħu biex iżommu mar-​Regola tad-​Deheb, li tinsab f’Mattew 7:12: “Mela dak kollu li tridu li l-​bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom.” Is-​segwaċi taʼ Konfuċju josservaw il-​prinċipji taʼ li (proprjetà) u jen (benevolenza), li jittrattaw kwalitajiet bħal ħniena, umiltà, rispett, u lealtà. Saħansitra nies li m’humiex reliġjużi għandhom ċerti prijoritajiet jew linji taʼ gwida li jiddeterminaw il-​kondotta tagħhom.

X’Tip taʼ Prinċipji?

Madankollu, nagħmlu tajjeb li nżommu f’moħħna li l-​prinċipji jistgħu jkunu kemm tajbin u kemm ħżiena. Per eżempju, iktar u iktar nies qed jiġu motivati minn dik li, għal dawn l-​aħħar għaxar snin, ġiet identifikata bħala l-​attitudni taʼ “l-​ewwel jien.” Hemm ħafna nies li lanqas biss semgħu biha din l-​espressjoni u hemm oħrajn li jgħidu li din ma tapplikax għalihom. Però, ħafna huma dawk li qed jadottaw awtomatikament din l-​attitudni taʼ “l-​ewwel jien,” li hi sett taʼ regoli li fuqhom jibbażaw il-​kondotta, hekk kif jabbandunaw il-​livelli għoljin taʼ mġiba tajba. Kemm jekk smajna biha u kemm jekk le, din l-​attitudni taʼ “l-​ewwel jien” turi l-​egoiżmu, li taʼ spiss iġib miegħu materjaliżmu bla sens. “Għandna biss żewġ prinċipji,” sostna uffiċjal għoli fil-​qasam tat-​TV fiċ-​Ċina. “Wieħed hu li tissodisfa x-​xewqa li tixtri kulma tixtieq qalbek. L-​ieħor hu li tagħmel il-​flus.”

Din l-​attitudni taʼ “l-​ewwel jien” tistaʼ sservi taʼ kalamita. U kalamita kif teffettwa l-​boxxla? Meta t-​tnejn li huma jkunu ħdejn xulxin, il-​labra tal-​boxxla tibda tipponta lejn direzzjoni żbaljata. Bl-​istess mod, din l-​attitudni taʼ “l-​ewwel jien” tistaʼ tħawwad il-​boxxla morali, jew is-​sett taʼ regoli taʼ kondotta xierqa taʼ dak li jkun, billi ġġagħlu jirraġuna li xejn m’għandu jiġi qabel ix-​xewqat tiegħu.

Qatt kont tobsor li din l-​attitudni taʼ “l-​ewwel jien” m’hijiex xi fenomenu taʼ żmienna? Din l-​attitudni lejn il-​ħajja dehret għall-​ewwel darba fil-​ġnien taʼ l-​Għeden meta l-​ewwel ġenituri tagħna abbandunaw il-​livell taʼ kondotta li l-​Ħallieq tagħna kien stabbilixxa. Dan biddel il-​boxxla morali tagħhom. Bħala d-​dixxendenti taʼ Adam u Eva, aħna l-​bnedmin għandna l-​istess problema li kellhom huma rigward l-​attitudni lejn il-​ħajja, li fi żmienna hija magħrufa bl-​espressjoni “l-​ewwel jien.”—Ġenesi 3:​6-8, 12.

Din l-​attitudni tidher kemm hi komuni partikolarment matul il-​perijodu li l-​Bibbja ssejjaħlu “l-​aħħar tad-​dinja,” li hu mmarkat minn “żmien iebes” biex issib tarfu. Ħafna nies qed “jingħataw għall-​imħabba tagħhom infushom.” Mhux taʼ b’xejn li aħna għandna din il-​pressjoni kollha biex nimitaw l-​istess attitudni tagħhom taʼ “l-​ewwel jien.”—2 Timotju 3:​1-5.

Forsi anki int taqbel maʼ dak li kiteb wieħed żagħżugħ jismu Olaf lil waħda mill-​fergħat tax-​Xhieda taʼ Jehovah fl-​Ewropa: “Tassew huwa diffiċli li tibqaʼ nadif moralment, speċjalment aħna ż-​żgħażagħ. Jekk jogħġobkom ibqgħu fakkruna dwar il-​bżonn li nkomplu nimxu fuq il-​prinċipji tal-​Bibbja.”

Olaf wera kemm kien għaqli fil-​ħsieb tiegħu. Il-​prinċipji divini jistgħu jgħinuna—sew jekk żgħażagħ u sew jekk xjuħ—biex inżommu livelli għoljin taʼ kondotta. Dawn jistgħu jgħinuna wkoll biex ma nadottawx din l-​attitudni taʼ “l-​ewwel jien.” Jekk tixtieq tkun taf iktar dwar kif il-​prinċipji tal-​Bibbja jistgħu verament jgħinuk, nitolbuk tikkunsidra l-​artiklu li jmiss.

[Stampi f’paġna 4]

Ħafna nies illum ma jimpurtahom xejn minn dak li għandu bżonn ħaddieħor

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja