LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 5/1 p. 8
  • Kif Iben Għen lil Missieru

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Iben Għen lil Missieru
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Materjal Simili
  • Tgħallem minn Ħu Ġesù
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Kwalitajiet li jimmotivawna nattendu l-laqgħat
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Għin lil Oħrajn Jibbenefikaw mill-Fidwa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Ġeħova Jbierek l-Isforzi Biex Nattendu t-Tifkira
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 5/1 p. 8

Kif Iben Għen lil Missieru

JAMES, ġuvni taʼ 32 sena mill-​Ingilterra, għandu diżabilità mentali kbira u jbati minn awtiżmu ħafif. Minkejja dan, għal ħafna snin hu attenda l-​laqgħat tax-​Xhieda taʼ Jehovah flimkien m’ommu u oħtu. Però, missieru qatt ma wera interess partikulari fit-​twemmin tagħhom. Lejla waħda, f’laqgħa minnhom intweriet turija dwar kif tistieden lil xi ħadd li taf għall-​Mafkar tal-​mewt taʼ Kristu. Wara l-​laqgħa, James mar jiġri f’kamartu. Ommu, imħassba, marret warajh u sabitu jqalleb kemm jiflaħ fir-​rivisti l-​qodma tat-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! Hu għażel rivista minnhom li kellha stampa taʼ l-​invit għall-​Mafkar fuq il-​paġna taʼ wara u mar jiġri biha ħdejn missieru. Biex jispjegalu, beda jipponta l-​ewwel lejn l-​istampa u mbagħad lejn missieru u qallu “Int!” Mistagħġbin, ommu u missieru ħarsu lejn xulxin hekk kif indunaw li James kien qed jistieden lil missieru għall-​Mafkar. Missieru qallu li kellu mnejn jattendi.

Fil-lejla tal-​Mafkar, James fetaħ il-​gwardarobba taʼ missieru, għażillu qalziet, ħadulu ħdejh, u bil-​mossi beda jgħidlu biex jilbsu. Missieru qallu li ma kienx se jmur għal-​laqgħa. B’hekk, James u ommu telqu għas-​Sala tas-​Saltna waħedhom.

Madankollu, xi żmien wara, James beda dejjem jonqos milli jikkoopera m’ommu meta din kienet tipprova tlestih għal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni, u minflok kien ikun irid joqgħod id-​dar maʼ missieru. Darba minnhom, il-​Ħadd fil-​għodu, James reġaʼ ma kkooperax meta ommu pprovat tlestih għal-​laqgħa. B’sorpriża kbira għaliha, missier James dar fuqu u qallu, “James, jekk niġi l-​laqgħa llum, int tiġi wkoll?” Wiċċ James xegħel. Hu qabad jgħannaq lil missieru u qal “Iva!” u t-​tlieta li huma marru s-​Sala tas-​Saltna.

Minn dik il-​ġurnata, missier James kompla jattendi l-​laqgħat kollha tal-​Ħadd u malajr ikkonkluda li jekk ried jagħmel progress, kellu jattendi l-​laqgħat l-​oħra wkoll. (Lhud 10:​24, 25) Fil-​fatt hekk għamel, u xahrejn wara beda jistudja l-​Bibbja regolarment. Hu għamel progress b’mod mgħaġġel, billi malajr għamel il-​bidliet neċessarji f’ħajtu, u ma damx ma beda jieħu sehem fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar tas-​Saltna. Sena wara beda jistudja l-​Bibbja, iddedika ħajtu lil Jehovah u ssimbolizza dan permezz tal-​magħmudija. Bħalissa hu qed jaqdi bħala qaddej ministerjali fil-​kongregazzjoni tiegħu. Issa lkoll bħala familja qegħdin jaqdu lil Jehovah magħqudin.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja