LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 5/15 pp. 8-11
  • Bżonn taʼ Tkabbir Malajr Minħabba ż-Żjieda Fenomenali

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Bżonn taʼ Tkabbir Malajr Minħabba ż-Żjieda Fenomenali
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Bżonn Urġenti
  • Progress Inkuraġġanti
  • Xogħol taʼ bini li jonora lil Ġeħova
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
  • Ġrajja Storika fil-Malawi—1,000 Sala tas-Saltna!
    Stenbaħ!—2012
  • Il-Programm tal-Bini tas-Swali tas-Saltna Jimxi ’l Quddiem
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Is-Swali tas-Saltna—Għala u Kif Jinbnew?
    Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 5/15 pp. 8-11

“Ejjew Għandi, . . . U Jiena Nserraħkom”

Bżonn taʼ Tkabbir Malajr Minħabba ż-​Żjieda Fenomenali

“EJJEW għandi, . . . u jiena nserraħkom,” qal Ġesù Kristu. (Mattew 11:28) Xi stedina li tqawwi l-​qalb mingħand il-​Kap tal-​kongregazzjoni Kristjana! (Efesin 5:23) Meta naħsbu sew dwar dan il-​kliem, ma nistgħux ma napprezzawx is-​sors vitali tas-​serħan—is-​sħubija maʼ ħutna rġiel u nisa fil-​laqgħat Kristjani. Żgur li naqblu mas-​salmista li kanta: “Kemm hi ħaġa sabiħa u ħelwa, li l-​aħwa jgħammru flimkien!”—Salm 133:1.

Dawk li niltaqgħu magħhom f’dawn il-​laqgħat taʼ qima huma tabilħaqq l-​aħjar ħbieb li jistaʼ jkollna, u l-​atmosfera spiritwali hi pjaċevoli u ħielsa mill-​periklu. Mela, mhux taʼ b’xejn li Kristjan żagħżugħ qal: “Inqattaʼ l-​ġurnata kollha l-​iskola, u dan jaqtagħli qalbi. Iżda l-​laqgħat huma bħal oasi fid-​deżert, post fejn insib serħan biex inkun nistaʼ nkampa mal-​ġurnata taʼ skola li jkun imiss.” Żagħżugħ Niġerjan osserva: “Sibt li s-​sħubija mill-​qrib maʼ oħrajn li jħobbu lil Jehovah tgħinni nibqaʼ qrib tiegħu.”

Is-Sala tas-​Saltna lokali tax-​Xhieda taʼ Jehovah isservi b’mod effettiv bħala ċentru għall-​qima vera fil-​komunità. F’ħafna postijiet, il-​laqgħat fis-​Sala tas-​Saltna jsiru minn taʼ l-​inqas darbtejn fil-​ġimgħa. L-​istudenti tal-​Bibbja jiġu mħeġġin jattendu kemm jistaʼ jkun malajr ħalli jibbenefikaw mis-​sħubija li tqawwi l-​qalb li jkun hemm.—Lhud 10:​24, 25.

Bżonn Urġenti

Madankollu, taʼ min jinnota li mhux ix-​Xhieda taʼ Jehovah kollha għandhom Sala tas-​Saltna addattata. Iż-​żjieda fenomenali taʼ proklamaturi tas-​Saltna madwar id-​dinja ħolqot dan il-​bżonn urġenti. Għad hemm il-​bżonn taʼ eluf taʼ Swali tas-​Saltna, speċjalment f’pajjiżi li qed jiżviluppaw.—Isaija 54:2; 60:22.

Biex nagħtu eżempju: Fil-​belt kapitali tar-​Repubblika Demokratika tal-​Kongo kien hemm biss għaxar Swali tas-​Saltna għal 290 kongregazzjoni. Dan il-​pajjiż kellu bżonn urġenti taʼ Swali tas-​Saltna. Fl-​Angola ħafna mill-​kongregazzjonijiet qed jiltaqgħu barra għaliex hemm biss numru limitat taʼ Swali tas-​Saltna. F’ħafna pajjiżi hemm bżonnijiet bħal dawn.

Għalhekk, mill-​1999 ’l hawn, ġew organizzati xogħlijiet biex tingħata għajnuna fil-​bini tas-​Swali tas-​Saltna f’pajjiżi li għandhom riżorsi limitati. Sabiex jgħinu fil-​proġetti tal-​bini f’dawn il-​pajjiżi, Xhieda taʼ esperjenza offrew is-​servizzi tagħhom bħala volontieri. Ir-​riżultati jkunu inkuraġġanti ferm meta flimkien maʼ dawn l-​aħwa jingħaqdu l-​volontieri lokali li lesti joffru ruħhom minn jeddhom. Bħala riżultat, ix-​Xhieda lokali qed jibbenefikaw mit-​taħriġ li qed jingħataw. Dan kollu qed jgħin biex jintlaħaq il-​bżonn taʼ iktar Swali tas-​Saltna fil-​pajjiżi rispettivi tagħhom.

Għalhekk, qed tingħata għajnuna prattika fil-​bini tas-​Swali tas-​Saltna li tinkludi materjal u metodi li jintużaw lokalment. Il-​mira m’hijiex biss li jintlaħaq il-​bżonn enormi għal iktar Swali tas-​Saltna iżda wkoll li jitfassal programm taʼ manutenzjoni addattat għaċ-​ċirkustanzi tal-​lokal.—2 Korintin 8:​14, 15.

Progress Inkuraġġanti

X’inhu l-​effett taʼ dawn l-​isforzi biex jiġu provduti postijiet taʼ qima? Fil-​bidu tas-​sena 2001, rapport mill-​Malawi stqarr: “Dak li sar f’dan il-​pajjiż hu verament impressjonanti. Fix-​xahrejn li ġejjin, se llestu żewġ Swali tas-​Saltna oħra.” (Stampi Nru. 1 u 2) F’dawn l-​aħħar xhur, il-​volontieri f’Togo rnexxielhom jibnu għadd taʼ Swali tas-​Saltna modesti. (Stampa Nru. 3) Il-​volontieri qed jagħmlu xogħol mill-​aħjar li qed jgħin biex jiġu provduti Swali tas-​Saltna addattati fil-​Messiku, fil-​Brażil, u f’pajjiżi oħra.

Il-​kongregazzjonijiet qed jindunaw li meta tinbena Sala tas-​Saltna ġdida, in-​nies tal-​lokal jirrealizzaw li x-​Xhieda taʼ Jehovah kienu se jibqgħu hemm. Sakemm ma kienx għad hemm post xieraq għall-​qima ħafna kienu jżommu lura milli jissieħbu max-​Xhieda. Il-​Kongregazzjoni taʼ Nafisi fil-​Malawi tirrapporta: “Issa li għandna Sala tas-​Saltna addattata qed tingħata xiehda mill-​aqwa. Għalhekk, qed insibuha faċli biex nibdew studji tal-​Bibbja.”

Membri tal-​Kongregazzjoni taʼ Krake f’Benin tgħidx kemm twaqqgħu għaċ-​ċajt fil-​passat minħabba li s-​Sala tas-​Saltna li kellhom kienet tidher primittiva wisq ħdejn il-​knejjes tagħhom. (Stampa Nru. 4) Issa l-​kongregazzjoni għandha Sala tas-​Saltna ġdida u sabiħa li għalkemm ma fihiex lussu tirrappreżenta l-​qima vera b’mod dinjituż. (Stampa Nru. 5) Din il-​kongregazzjoni kellha 34 pubblikatur tas-​Saltna b’medja taʼ 73 li attendew għal-​laqgħat tal-​Ħadd, iżda kien hemm 651 ruħ li attendew għad-​dedikazzjoni tas-​Sala tas-​Saltna. Ħafna minnhom kienu nies tal-​belt li impressjonaw ruħhom b’mod favorevoli meta raw li x-​Xhieda kienu kapaċi jibnu sala fi żmien hekk qasir. Meta qagħdu jaħsbu fuq żviluppi bħal dawn li seħħew fil-​passat, aħwa mill-​fergħa taʼ Żimbabwe kitbu: “Wara xahar li nkunu bnejna Sala tas-​Saltna ġdida, l-​attendenza għal-​laqgħat is-​soltu tirdoppja.”—Stampi Nru. 6 u 7.

Mingħajr ebda dubju, il-​ħafna Swali tas-​Saltna ġodda jipprovdu postijiet taʼ serħan spiritwali kemm għall-​Kristjani dedikati kif ukoll għal uħud interessati. “Inħossuna ferħanin ħafna,” qalet Xhud Ukranjana wara li l-​kongregazzjoni lokali bdiet tuża s-​Sala tas-​Saltna l-​ġdida. “Rajna b’għajnejna stess kif Jehovah jgħin lin-​nies tiegħu.”

[Kaxxa/Stampi f’paġna 10, 11]

L-​Appoġġ Ġeneruż Apprezzat

Ix-​Xhieda taʼ Jehovah jifirħu ħafna meta jaraw il-​progress mgħaġġel li sar sabiex jintlaħaq il-​bżonn urġenti għal Swali tas-​Saltna ġodda madwar il-​globu. Minħabba ż-​żjieda kontinwa fl-​għadd t’adoraturi taʼ Jehovah f’diversi pajjiżi, jeħtieġ li jinbnew ħafna Swali tas-​Saltna ġodda fil-​futur. Tabilħaqq, bħala medja, matul is-​sena taʼ servizz 2001, 32 kongregazzjoni ġdida ġew ifformati kull ġimgħa! Dawn il-​kongregazzjonijiet għandhom bżonn postijiet fejn jiltaqgħu u jagħtu qima.

Tistaʼ tqum il-​mistoqsija, ‘Kif jitħallsu dawn il-​proġetti għall-​bini taʼ Swali tas-​Saltna ġodda, speċjalment f’pajjiżi fejn l-​aħwa għandhom riżorsi finanzjarji limitati?’ It-​tweġiba tinvolvi kemm l-​appoġġ t’Alla u kemm il-​ġenerożità tal-​bnedmin.

Fi qbil maʼ dak li wiegħed, Jehovah iferraʼ l-​ispirtu qaddis fuq il-​qaddejja tiegħu, u dan jgħinhom biex “jagħmlu l-​ġid, jistagħnu b’opri tajba, . . . jkunu ġenerużi u jaqsmu maʼ l-​oħrajn.” (1 Timotju 6:18) L-​ispirtu t’Alla jqanqal lix-​Xhieda taʼ Jehovah biex jappoġġaw ix-​xogħol taʼ l-​ippridkar tas-​Saltna b’kull mod—billi jiddedikaw il-​ħin, l-​enerġija, ix-​xogħol persunali, u riżorsi oħrajn għall-​attivitajiet Kristjani.

Spirtu taʼ ġenerożità jqanqal lix-​Xhieda u lil oħrajn biex jgħinu b’mod finanzjarju fix-​xogħol tat-​tkabbir u tal-​bini. Minbarra li jgħinu fil-​ħlas taʼ l-​ispejjeż regulari tal-​kongregazzjoni lokali, huma jagħtu kontribuzzjonijiet għax-​xogħol tal-​bini f’partijiet oħra tad-​dinja.

F’kull kongregazzjoni ssib kaxxi li fuqhom għandhom miktub b’ittri ċari l-​kliem “Kontribuzzjonijiet għax-​Xogħol mad-​Dinja Kollha—Mattew 24:14.” Min jixtieq, jistaʼ jitfaʼ donazzjoni volontarja ġo fihom. (2 Slaten 12:10 [12:​9, NW]) Id-​donazzjonijiet kollha huma apprezzati kemm jekk kbar u kemm jekk żgħar. (Mark 12:​42-44) Dawn il-​fondi jintużaw b’diversi modi skond il-​bżonn, inkluż għall-​bini tas-​Swali tas-​Saltna. Ma jintużawx biex jitħallsu l-​pagi taʼ xi ħaddiema amministrattivi peress li fost ix-​Xhieda taʼ Jehovah m’hemmx nies bħal dawn.

Il-​kontribuzzjonijiet għax-​xogħol taʼ madwar id-​dinja jwettqu l-​iskop tagħhom? Iva, jwettquh. Il-​fergħa fil-​Liberja—pajjiż imħarbat bil-​gwerra ċivili—tirrapporta li l-​maġġuranza taʼ l-​aħwa lokali jispiċċaw bla xogħol u jiffaċċjaw problemi finanzjarji serji. Kif jistgħu n-​nies taʼ Jehovah f’dawn il-​pajjiżi jiksbu postijiet addattati għall-​qima? “Il-​kontribuzzjonijiet ġenerużi taʼ l-​aħwa minn pajjiżi oħrajn se jintużaw biex jitħallsu l-​ispejjeż taʼ dan ix-​xogħol,” jinnota l-​uffiċċju tal-​fergħa. “X’arranġament għaqli u kollu mħabba!”

Minkejja li huma limitati finanzjarjament, l-​aħwa lokali jikkontribwixxu wkoll. Il-​pajjiż Afrikan taʼ Sierra Leone jirrapporta: “L-​aħwa lokali jappoġġaw dan l-​isforz u jinsabu ferħanin li jistgħu jaħdmu u jagħtu kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja li jistgħu sabiex jappoġġaw il-​bini tas-​Swali tas-​Saltna.”

Fl-​aħħar mill-​aħħar, dan l-​isforz għall-​bini jġib tifħir lil Jehovah. L-​aħwa fil-​Liberja qalu b’entużjażmu: “Il-​bini taʼ postijiet addattati għall-​qima madwar il-​pajjiż se juri lin-​nies li l-​qima vera se tibqaʼ hawn u se tigglorifika u ssebbaħ lill-​isem il-​kbir t’Alla tagħna.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja