LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 11/15 pp. 24-25
  • “Irgħu l-Merħla taʼ Alla”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Irgħu l-Merħla taʼ Alla”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “Ħabirku”
  • Rgħajja li Jimitaw lil Alla u lil Kristu
  • Appoġġ Prezzjuż min-​Nisa Tagħhom
  • “Irgħu l-Merħla t’Alla li Hemm fil-Ħarsien Tagħkom”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • L-Anzjani Kif Jgħinu lill-Kongregazzjoni?
    Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
  • Rgħajja, Imitaw lill-Aqwa Rgħajja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Ġeħova Juża lil Ġesù Biex Imexxi l-Kongregazzjoni
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 11/15 pp. 24-25

“Ejjew Għandi, . . . U Jiena Nserraħkom”

“Irgħu l-​Merħla taʼ Alla”

“Intom dejjem lesti li tisimgħuna u taqsmu magħna kliem mill-​Bibbja li jinkuraġġina.”—Pamela.

“Grazzi għal kulma tagħmlu għan-​nom tagħna lkoll. Tassew jagħmel differenza għalina.”—Robert.

PAMELA u Robert tqanqlu jiktbu dan il-​kliem t’apprezzament lil-​anzjani Kristjani fil-​kongregazzjonijiet rispettivi tagħhom. Oħrajn fost il-​qaddejja t’Alla mad-​dinja kollha wkoll huma grati għall-​fatt li dawk li ‘jirgħu l-​merħla taʼ Alla’ kontinwament jagħtuhom appoġġ u jieħdu ħsiebhom. (1 Pietru 5:2) Tabilħaqq, in-​nies taʼ Jehovah huma grati għall-​ħafna affarijiet li l-​anzjani jagħmlu għan-​nom tagħhom u għall-​mod kif jagħmluhom.

“Ħabirku”

L-​anzjani Kristjani ġew fdati b’għadd taʼ responsabbiltajiet. (Luqa 12:48) Dawn jippreparaw taħditiet għal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni u jieħdu sehem fl-​ippridkar pubbliku taʼ l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla. Id-​dmirijiet tagħhom jinkludu li jagħmlu żjajjar pastorali lil sħabhom il-​kredenti. L-​anzjani jiddedikaw ħin għal dawk li għandhom bżonn attenzjoni speċjali—uħud avanzati u oħrajn—u dan kollu mingħajr ma jittraskuraw il-​benesseri spiritwali u materjali tal-​familji tagħhom stess. (Ġob 29:​12-15; 1 Timotju 3:​4, 5; 5:8) Xi anzjani jgħinu fil-​bini tas-​Swali tas-​Saltna. Oħrajn jaqdu fil-​Kumitati taʼ Koordinazzjoni maʼ l-​Isptarijiet jew huma membri tal-​Gruppi li Jżuru lill-​Pazjenti. U ħafna jwettqu xogħol taʼ volontieri fl-​assembleat u l-​konvenzjonijiet. Iva, l-​anzjani ‘jħabirku dejjem fil-​ħidma tal-​Mulej.’ (1 Korintin 15:58) Mhux taʼ b’xejn li dawn l-​anzjani jiġu apprezzati ferm minn dawk li huma fdati f’idejhom biex jieħdu ħsiebhom!—1 Tessalonikin 5:​12, 13.

L-anzjani li regolarment iżuru lil sħabhom Kristjani f’darhom jew xi mkien ieħor sabiex isaħħuhom spiritwalment huma sors taʼ inkuraġġiment. “Li kieku ma kienx għall-​appoġġ u l-​inkuraġġiment bi mħabba mill-​anzjani,” qal Thomas, li trabba mingħajr missier fid-​dar, “ma naħsibx li kont inkun qed naqdi lil Jehovah bħala ministru full-time illum.” Ħafna żgħażagħ li trabbew f’familji b’ġenitur wieħed jammettu li l-​attenzjoni li rċivew mill-​anzjani għenithom jiżviluppaw relazzjoni persunali m’Alla.

Iż-​żjajjar pastorali wkoll jiġu apprezzati ferm minn dawk l-​uħud fil-​kongregazzjoni li huma avanzati fl-​età. Żewġ missjunarji miżżewġin li għandhom fuq it-​80 sena kellhom żjara minn żewġ anzjani, u kitbu: “Nixtiequ nesprimu l-​apprezzament tagħna għaż-​żjara tagħkom li tant ħadna gost biha. Wara li tlaqtu, aħna rġajna qrajna l-​iskritturi li kkunsidrajtu magħna. Qatt m’aħna se ninsew il-​kliem tagħkom taʼ inkuraġġiment.” Waħda armla taʼ 70 sena kitbet lill-​anzjani: “Kont ili nitlob lil Jehovah għall-​għajnuna, u hu bagħat lilkom it-​tnejn id-​dar tiegħi. Iż-​żjara tagħkom kienet barka minn Jehovah!” Ibbenefikajt int dan l-​aħħar minn żjara mill-​anzjani tal-​kongregazzjoni tiegħek? Żgur li lkoll kemm aħna napprezzaw l-​isforzi tagħhom meta jirgħu l-​merħla li hija fdata lilhom!

Rgħajja li Jimitaw lil Alla u lil Kristu

Jehovah huwa Ragħaj kollu mħabba. (Salm 23:​1-4; Ġeremija 31:10; 1 Pietru 2:25) Ġesù Kristu wkoll huwa Ragħaj spiritwali taʼ l-​għaġeb. Fil-​fatt, hu jissejjaħ “ir-​ragħaj it-​tajjeb” u “r-​Ragħaj il-​kbir.” (Ġwann 10:11; Lhud 13:20; 1 Pietru 5:4) Ġesù kif ittrattahom lil dawk li xtaqu jsiru dixxipli tiegħu? B’affezzjoni, hu tahom din l-​istedina: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom.”—Mattew 11:28.

Bl-istess mod, l-​anzjani llum jistinkaw biex ikunu sors taʼ serħan u protezzjoni għall-​merħla. Irġiel bħal dawn huma “bħal ilqugħ għar-​riħ, u kenn fit-​tempesta, bħal swieqi taʼ l-​ilma f’art niexfa, bħal dell taʼ blata kbira fuq art imħeddla.” (Isaija 32:2) Dawn il-​protetturi taʼ qalb tajba jagħtu serħan lill-​merħla, jaqilgħu r-​rispett tagħha, u jiksbu l-​approvazzjoni t’Alla.—Filippin 2:29; 1 Timotju 5:17.

Appoġġ Prezzjuż min-​Nisa Tagħhom

In-​nies t’Alla huma grati għall-​anzjani Kristjani u għall-​appoġġ bi mħabba li jirċievu min-​nisa tagħhom. Biex jappoġġawhom, taʼ spiss dawn in-​nisa jkollhom jagħmlu ħafna sagrifiċċji. Kultant, huma jkunu d-​dar waqt li żwieġhom ikunu qed jieħdu ħsieb affarijiet tal-​kongregazzjoni jew ikunu qed jagħmlu xi żjajjar pastorali. Xi drabi ċerti pjanijiet persunali li jkunu saru bir-​reqqa jkollhom jitwarrbu fil-​ġenb minħabba xi problema urġenti li tinqalaʼ fil-​kongregazzjoni. “Xorta waħda,” qalet Michelle, “meta nara kemm żewġi jkollu x’jagħmel biex jipprepara għal-​laqgħat jew jagħmel żjajjar pastorali, jien inżomm f’moħħi li qed jagħmel ix-​xogħol taʼ Jehovah, u nipprova nappoġġah kemm jistaʼ jkun.”

Cheryl, li wkoll miżżewġa anzjan, qalet: “Naf li l-​aħwa fil-​kongregazzjoni għandhom bżonn l-​anzjani biex jitkellmu magħhom, u rrid inġagħalhom iħossuhom li jistgħu jitkellmu mar-​raġel tiegħi kulmeta jkollhom bżonnu.” Nisa li jappoġġaw lil żwieġhom, bħal Michelle u Cheryl, minn qalbhom jagħmlu sagrifiċċji sabiex żwieġhom ikunu jistgħu jieħdu ħsieb in-​nagħaġ t’Alla. In-​nisa taʼ l-​anzjani huma apprezzati għall-​attitudni t’appoġġ li juru.

Minkejja dan, anzjan li għandu ħafna x’jagħmel m’għandux jittraskura l-​bżonnijiet spiritwali u bżonnijiet oħrajn taʼ martu u wliedu. Anzjan miżżewweġ “ma għandu jkollu xejn x’wieħed jgħid fih; ikun raġel taʼ mara waħda, u jkollu wliedu jemmnu, bla ma ħadd jistaʼ jixlihom bi mġiba żienja jew bla rażan.” (Titu 1:6) Għandu jieħu ħsieb il-​familja tiegħu bil-​mod li jogħġob lil Alla kif inhu meħtieġ mill-​Iskrittura għall-​indokraturi Kristjani.—1 Timotju 3:​1-7.

Għal anzjan li għandu ħafna x’jagħmel, mara li tappoġġah m’hemmx prezzha! Hekk iħossuhom l-​anzjani miżżewġin li juru konsiderazzjoni. Dan huwa preċiż bħalma tgħid il-​Bibbja: “Min isib mara [“tajba,” NW] isib il-​ġid.” (Proverbji 18:22) Bil-​kliem u bl-​għemil, anzjani bħal dawn juru lin-​nisa tagħhom apprezzament mill-​qalb. Minbarra li jitolbu bil-​ħrara u jagħmlu studju pjaċevoli flimkien, dawn il-​koppji miżżewġin Kristjani jwarrbu ħin biex igawdu affarijiet bħalma huma xi mixja ħdejn xatt il-​baħar, xi ħarġa fil-​kampanja, jew xi passiġġata f’xi ġnien. Iva, l-​anzjani jitgħaxxqu jieħdu ħsieb bi mħabba lin-​nisa tagħhom.—1 Pietru 3:7.

L-anzjani li jirgħu l-​merħla t’Alla bla egoiżmu huma sors taʼ serħan spiritwali għan-​nies taʼ Jehovah. Tassew li huma għotjiet fi rġiel, barka għall-​kongregazzjoni!—Efesin 4:​8, 11-13.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja