LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 4/1 p. 3
  • L-Aħħar Ċena—X’Inhi?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Aħħar Ċena—X’Inhi?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Materjal Simili
  • L-Ikla taʼ fil-Għaxija tal-Mulej Għandha Tifsir Kbir Għalik
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • L-aħħar ikla taʼ filgħaxija taʼ Ġesù
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Okkażjoni li m’għandekx titlef
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova għala josservaw l-Ikla tal-Mulej differenti minn reliġjonijiet oħrajn?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 4/1 p. 3

L-​Aħħar Ċena—X’Inhi?

X’JIĠI f’moħħok meta tismaʼ l-​espressjoni “l-​aħħar ċena”? Ħafna nies jiġi f’moħħhom l-​affresk popolari f’Milan, l-​Italja, tal-​pittur Leonardo da Vinci (1452-1519). Il-​fatt hu li għal ħafna sekli l-​Aħħar Ċena ilha suġġett popolari għal artisti, kittieba, u mużiċisti.

Għalhekk, x’inhi l-​Aħħar Ċena, u x’tifsir għandha għan-​nies li qed jgħixu f’dan is-​seklu 21? Fl-​enċiklopediji u d-​dizzjunarji se ssib li l-​Aħħar Ċena, li tissejjaħ ukoll l-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej, hija l-​ikla li Ġesù Kristu kellu maʼ l-​appostli tiegħu fil-​lejla qabel il-​mewt tiegħu bħala sagrifiċċju. Ladarba kienet l-​aħħar ikla li Ġesù kellu mas-​segwaċi leali tiegħu, ħafna jafuha bħala l-​Aħħar Ċena. U minħabba li kienet stabbilita mill-​Mulej Ġesù Kristu nnifsu, huwa xieraq li tissejjaħ l-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej.

Matul is-​sekli, ħafna nies issagrifikaw ħajjithom għal dak li għalihom kien xi ħaġa taʼ importanza kbira. Il-​mewt taʼ xi wħud minnhom kienet taʼ benefiċċju għal xi nies għal perijodu taʼ żmien. Għalkemm il-​mewt taʼ dawk li taw ħajjithom bħala sagrifiċċju kienet taʼ min ifaħħarha, xejn ma hi sinifikanti meta tqabbilha mal-​mewt taʼ Ġesù Kristu. Iktar minn hekk, l-​ebda mewt fl-​istorja mqallba kollha tal-​bniedem ma tistaʼ qatt ikollha effett tant kbir fuq kulħadd. Għala?

Biex inwieġbu din il-​mistoqsija u ngħinuk issib xi tfisser għalik l-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej, nistidnuk taqra l-​artiklu li jmiss.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja