LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 8/1 pp. 3-4
  • It-Tfittxija Għal Gvern Tajjeb

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-Tfittxija Għal Gvern Tajjeb
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Hija l-​Ġnus Magħquda s-​Soluzzjoni?
  • “Għall-paċi ma jkun hemm ebda tmiem”
    Stenbaħ!—2019
  • X’Inhu L-​Futur Tal-​Gwerer?
    Stenbaħ!—1999
  • Paċi Vera—Minn Liema Sors?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Ebda Paċi Għall-messaġġieri Foloz!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 8/1 pp. 3-4

It-​Tfittxija Għal Gvern Tajjeb

“Il-​pajjiżi tad-​dinja qed isiru jiddependu iktar minn xulxin u dan il-​fatt wassal għal serje taʼ problemi globali li pajjiżi individwali ma jistgħux ikomplu jsolvuhom waħedhom. L-​uniku mod kif nistgħu nkampaw maż-​żjieda fil-​perikli u l-​isfidi li l-​umanità qed tiffaċċja huwa permezz taʼ kooperazzjoni dinjija.”—Ghulam Umar, analista politiku Pakistan.

ID-​DINJA taʼ llum hija mimlija paradossi. Għalkemm ħafna nies imdawrin b’abbundanza materjali, huma bilkemm jirnexxilhom jaqilgħu x’jieklu. F’din l-​era elettronika wieħed jistaʼ jgħid li n-​nies huma fost l-​iktar uħud mgħallmin u intelliġenti li qatt kien hawn, u madankollu iktar u iktar nies qed isibuha diffiċli biex ikollhom impjieg fiss. Għalkemm il-​bnedmin jidhru li għandhom iktar libertà minn qatt qabel, miljuni taʼ nies jgħixu f’atmosfera taʼ biżaʼ, nuqqas taʼ sigurtà, u inċertezza. Għalkemm aħna nistgħu nkunu mdawrin b’opportunitajiet attraenti, ħafna huma dawk li tilfu kull tama minħabba l-​korruzzjoni u l-​ksur tal-​liġi f’kull livell tas-​soċjetà.

L-umanità tant qed tiffaċċja problemi fuq skala kbira li pajjiż waħdu, jew saħansitra grupp taʼ pajjiżi, m’għandu l-​ebda tama li jsolvihom. Għaldaqstant, ħafna osservaturi waslu għall-​konklużjoni li biex il-​paċi u s-​sigurtà fid-​dinja jsiru realtà, il-​pajjiżi kollha jridu jingħaqdu taħt gvern wieħed. Per eżempju, Albert Einstein kien ilu ħafna jappoġġa din l-​idea. Fl-​1946, hu ddikjara: “Jien ċert li l-​maġġuranza tan-​nies fid-​dinja jippreferu jgħixu fil-​paċi u s-​sigurtà . . . Ix-​xewqa taʼ l-​umanità għall-​paċi tistaʼ titwettaq biss billi jinħoloq gvern dinji.”

Iktar minn ħamsin sena wara, dan il-​bżonn vitali għadu ma ġiex sodisfat. F’artiklu dwar l-​isfidi tas-​seklu 21, il-​gazzetta Le Monde f’Pariġi, Franza, qalet: “Hemm bżonn li nibnu l-​pedamenti ġudizzjarji, amministrattivi, u kostituzzjonali taʼ gvern internazzjonali li jkun kapaċi jaġixxi minnufih, fi kwalunkwe naħa tad-​dinja, f’każijiet taʼ massakri etniċi. Irridu naċċettaw l-​idea li minn issa ’l quddiem l-​Art hija pajjiż wieħed.” Min jew liema ħaġa għandha l-​poter u l-​ħila li twettaq dan sabiex inkunu ċerti li l-​umanità jkollha futur mimli paċi?

Hija l-​Ġnus Magħquda s-​Soluzzjoni?

Ħafna wħud jittamaw li l-​organizzazzjoni tal-​Ġnus Magħquda se ġġib paċi dinjija. Hija l-​Ġnus Magħquda gvern li jistaʼ jġib paċi u sigurtà veri fid-​dinja? M’hemmx dubju li jingħad ħafna kliem politiku sabiħ li jqanqal lin-​nies u jimliehom bit-​tama. Per eżempju, fid-​“Dikjarazzjoni tal-​Millennju” għas-​sena 2000, l-​Assemblea Ġenerali tal-​Ġnus Magħquda għamlet din ir-​riżoluzzjoni solenni: “Se nagħmlu ħilitna kollha biex neħilsu lil niesna mill-​pjaga tal-​gwerra, fil-​pajjiż [membru] stess jew bejn pajjiż [membru] u ieħor, pjaga li qatlet iktar minn 5 miljun ruħ f’dawn l-​aħħar għaxar snin.” Minħabba proklamazzjonijiet bħal dawn, il-​Ġnus Magħquda qalgħet ħafna tifħir u ammirazzjoni minn bosta oqsma, kif ukoll irċiviet il-​Premju Nobel għall-​Paċi fl-​2001. Il-​Kumitat Norveġiż tan-​Nobel faħħar b’dan il-​mod lill-​Ġnus Magħquda u qal li “l-​unika triq taʼ suċċess għal paċi u kooperazzjoni globali hija dik tal-​Ġnus Magħquda.”

Minkejja dan kollu, uriet l-​organizzazzjoni tal-​Ġnus Magħquda, imwaqqfa fl-​1945, li hija gvern li hu kapaċi jġib paċi dinjija ġenwina u dejjiema? Le, għax ħafna mill-​isforzi tagħha ġew fix-​xejn minħabba l-​ambizzjonijiet egoistiċi u nazzjonalistiċi tal-​ġnus membri tagħha. Skond editur taʼ gazzetta, l-​impressjoni tan-​nies in ġenerali hija li l-​Ġnus Magħquda m’hi xejn ħlief “tip taʼ barometru li jindika x’inhi l-​opinjoni globali” u li “l-​aġenda tagħha hija mimlija problemi li ilhom jiġu diskussi għal snin sħaħ mingħajr ma sar kważi ebda pass ’il quddiem biex jiġu solvuti.” Tibqaʼ l-​mistoqsija: Veru li xi darba l-​pajjiżi tad-​dinja se jingħaqdu?

Il-Bibbja tirrivela li dalwaqt se jkun hawn għaqda bħal din. Din kif se sseħħ? U liema gvern se jġibha? Għat-​tweġibiet, jekk jogħġbok, aqra l-​artiklu li jmiss.

[Stampa f’paġna 3]

Einstein kien jappoġġa l-​idea li hemm bżonn gvern dinji

[Sors]

Einstein: U.S. National Archives photo

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja