LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 9/1 pp. 30-31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Materjal Simili
  • Min imur is-sema?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Il-Ktieb tar-Rivelazzjoni X’Jgħid Dwar il-Futur Tiegħek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • “Bxajjar taʼ Ferħ” mill-Apokalissi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Ġenna tal-Art mill-Ġdid!
    Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 9/1 pp. 30-31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Ix-​Xhieda taʼ Jehovah għala jgħidu li n-numru 144,000 imsemmi fil-​ktieb taʼ l-​Apokalissi huwa numru letterali u mhux simboliku?

L-​appostlu Ġwanni kiteb: “Smajt x’kien l-​għadd taʼ l-​issiġillati: mija u erbgħa u erbgħin elf.” (Apokalissi 7:4) Fil-​Bibbja, il-​frażi “l-​għadd taʼ l-​issiġillati” tirreferi għal grupp taʼ individwi li jintgħażlu minn fost il-​bnedmin sabiex jaħkmu fis-​sema maʼ Kristu fuq l-​art magħmula Ġenna li għad trid tiġi. (2 Korintin 1:21, 22; Apokalissi 5:9, 10; 20:6) L-​għadd tagħhom, 144,000, jittieħed letteralment għal diversi raġunijiet. Raġuni waħda tinsab fil-​kuntest innifsu t’Apokalissi 7:4.

Wara li permezz taʼ viżjoni l-​appostlu Ġwanni sar jaf b’dan il-​grupp taʼ 144,000 individwu, hu ntwera grupp ieħor. Ġwanni jiddeskrivi dan it-​tieni grupp bħala “kotra kbira li ħadd ma jistaʼ jgħoddha, minn kull ġens u tribù, minn kull poplu u lsien.” Din il-​kotra kbira tirreferi għal dawk li se jibqgħu ħajjin wara t-​“taħbit il-​kbir” li ġej, meta dan se jeqred lid-​dinja ħażina preżenti.—Korsiv tagħna; Apokalissi 7:9, 14.

Madankollu, innota l-​kuntrast li jagħmel Ġwanni bejn il-​versi 4 u 9 t’Apokalissi kapitlu 7. Hu jgħid li l-​ewwel grupp, “l-​għadd taʼ l-​issiġillati,” għandu numru definit. Madankollu, it-​tieni grupp, “kotra kbira,” m’għandux numru definit. B’dan f’moħħna, huwa loġiku li n-​numru 144,000 inqisuh letterali. Li kieku n-​numru 144,000 kien simboliku u jirreferi għal grupp li fil-​fatt hu bla għadd, ma kienx ikun hemm kuntrast qawwi bejn dawn iż-​żewġ versi. Għaldaqstant, il-​kuntest jindika b’mod qawwi li n-​numru 144,000 irid jittieħed letteralment.

Diversi studjużi tal-​Bibbja, fil-​passat u fil-​preżent, waslu għall-​istess konklużjoni—jiġifieri, li n-​numru huwa letterali. Per eżempju, meta kkummenta dwar Apokalissi 7:4, 9, il-​lessikografu Ingliż Dr. Ethelbert W. Bullinger qal hekk madwar 100 sena ilu: “Din hija stqarrija sempliċi taʼ fatt: numru definit b’kuntrast man-​numru indefinit f’dan l-​istess kapitlu.” (The Apocalypse or “The Day of the Lord,” paġna 282) Iktar reċenti, Robert L. Thomas, Jr., professur tat-​Testment il-​Ġdid fis-​Seminarju The Master fl-​Istati Uniti, kiteb: “[Skond it-​tifsir tal-​Bibbja,] m’hemmx bażi soda għal simboliżmu.” Hu kompla jgħid: “Dan huwa numru definit [f’7:4] b’kuntrast man-​numru indefinit taʼ 7:9. Jekk jittieħed b’mod simboliku, l-​ebda numru fil-​ktieb ma jistaʼ jittieħed letteralment.”—Revelation: An Exegetical Commentary, l-​1 Volum, paġna 474.

Xi wħud jirraġunaw li ladarba Apokalissi fih ħafna lingwaġġ simboliku, in-​numri kollha li jinsabu f’dan il-​ktieb, inkluż in-​numru 144,000, iridu jkunu simboliċi. (Apokalissi 1:1, 4; 2:10) Iżda, huwa ċar li din il-​konklużjoni m’hijiex korretta. Veru, Apokalissi fih ħafna numri simboliċi, imma fih ukoll numri letterali. Per eżempju, Ġwanni jitkellem dwar “it-​tnax-l isem tat-​tnax-l appostlu tal-​Ħaruf.” (Apokalissi 21:14) Jidher ċar li n-​numru 12 imsemmi f’dan il-​vers huwa letterali, mhux simboliku. Barra minn hekk, l-​appostlu Ġwanni jitkellem dwar “l-​elf sena” tar-​renju taʼ Kristu. Skond ma juri eżaminar bir-​reqqa tal-​Bibbja, dan in-​numru wkoll irid jittieħed letteralment.a (Apokalissi 20:3, 5-7) Għaldaqstant, jekk numru f’Apokalissi għandux jittieħed letteralment jew simbolikament jiddependi fuq l-​istorja u l-​kuntest li jkun fih.

Il-konklużjoni li n-​numru 144,000 huwa letterali u jirreferi għal għadd limitat taʼ individwi, grupp relattivament żgħir meta mqabbel mal-​“kotra kbira,” taqbel ukoll maʼ partijiet oħra tal-​Bibbja. Per eżempju, iktar tard fil-​viżjoni li jirċievi l-​appostlu Ġwanni, il-​144,000 huma deskritti bħala dawk li “kienu mifdija minn fost il-​bnedmin, l-​ewwel frott.” (Apokalissi 14:1, 4, korsiv tagħna.) L-​espressjoni “l-​ewwel frott” tirreferi għal grupp żgħir taʼ rappreżentanti magħżulin. Ukoll, meta Ġesù kien fuq l-​art, hu tkellem dwar dawk li se jaħkmu miegħu fis-​Saltna tiegħu tas-​sema u sejħilhom “merħla ċkejkna.” (Luqa 12:32; 22:29, korsiv tagħna.) Tabilħaqq, dawk li ntgħażlu minn fost il-​bnedmin biex jaħkmu fis-​sema huma ftit meta mqabblin mal-​bnedmin li se jgħixu fuq l-​art magħmula Ġenna li għad trid tiġi.

Għaldaqstant, il-​kuntest t’Apokalissi 7:4 u stqarrijiet relatati misjubin f’partijiet oħra tal-​Bibbja jikkonfermaw li n-​numru 144,000 għandu jittieħed letteralment. Dan jirreferi għal dawk li se jaħkmu fis-​sema maʼ Kristu fuq art magħmula ġenna, li se tkun mimlija b’numru kbir u mhux determinat taʼ nies henjin li jqimu lil Alla Jehovah.—Salm 37:29.

[Nota taʼ taħt]

a Għal iktar tagħrif dwar ir-​Renju t’Elf Sena taʼ Kristu, ara Revelation—Its Grand Climax At Hand! paġni 289-90, pubblikat mix-​Xhieda taʼ Jehovah.

[Kumment f’paġna 31]

L-​għadd taʼ werrieta fis-​sema huwa limitat għal 144,000

[Stampa f’paġna 31]

Il-​“kotra kbira” hija bla għadd

[Sors tal-​Istampa f’paġna 31]

Stilel: Courtesy of Anglo-Australian Observatory, photograph by David Malin

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja