LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 1/15 pp. 3-4
  • Minn Xiex Inhu Kontrollat il-Futur Tiegħek?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Minn Xiex Inhu Kontrollat il-Futur Tiegħek?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Materjal Simili
  • Tistaʼ Tikkontrolla d-Destin Tiegħek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • It-​Tfittxija għad-​Destin Tal-​bniedem
    Stenbaħ!—1999
  • “Kien Għadu M’Huwiex il-Waqt li Mmut”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Huwa l-Futur Tagħna Miktub bil-Quddiem?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 1/15 pp. 3-4

Minn Xiex Inhu Kontrollat il-​Futur Tiegħek?

“IL-​BNEDMIN m’għandhomx iktar kontroll fuq id-​destin tagħhom milli għandu kwalunkwe annimal ieħor,” jikteb l-​evoluzzjonista John Gray. L-​awtur Shmuley Boteach jesprimi ħarsa pjuttost kuntrarja fil-​ktieb tiegħu An Intelligent Person’s Guide to Judaism. Hu jgħid: “Il-​bniedem m’huwiex annimal, u għalhekk dejjem jistaʼ jikkontrolla d-​destin tiegħu.”

Ħafna nies jaqblu maʼ Gray u jemmnu li d-​destin tal-​familja umana hu kontrollat minn forzi tan-​natura li ma jistgħux jiġu kontrollati. Għal oħrajn, il-​bniedem huwa ħolqien t’Alla mżejjen bl-​abbiltà li jikkontrolla l-​futur tiegħu stess.

Xi wħud iħossu li l-​futur tagħhom hu kontrollat minn forzi umani qawwijin. Skond il-​kittieb Roy Weatherford, ‘il-​maġġuranza tan-​nies fid-​dinja​—u speċjalment il-​maġġuranza tan-​nisa fl-​istorja—m’għandhomx setgħa jew kontroll fuq ħajjithom stess għal raġunijiet ovvji, jiġifieri l-​moħqrija u l-​isfruttar minn bnedmin oħrajn.’ (The Implications of Determinism) Il-​ħolm għal futur hieni li kellhom ħafna nies ġie rvinat minn qawwiet politiċi jew militari li kienu f’kompetizzjoni maʼ xulxin.

Nies oħra matul l-​istorja ħassewhom bla ħila għax kienu jaħsbu li forzi sopranaturali kienu jikkontrollaw id-​destin tagħhom. “Il-​Griegi tal-​qedem,” jgħid Boteach, “kienu ossessjonati bl-​idea li kull tama kienet għalxejn ladarba ħadd ma setaʼ jegħleb id-​destin determinat minn qabel.” Kienu jħossu li d-​destin taʼ kull persuna kien jiġi deċiż minn allat nisa li dejjem itellgħu u jniżżlu dwar x’se jsir. Huma kienu jemmnu li dawn l-​allat kienu jiddeċiedu meta persuna kellha tmut kif ukoll eżattament kemm kien se jkollha tissaporti inkwiet u wġigħ f’ħajjitha.

Illum, ħafna nies jemmnu li d-​destin taʼ dak li jkun hu kontrollat minn qawwa sovrumana. Per eżempju, ħafna jemmnu f’Kismet, jew ix-​xorti. Huma jgħidu li Alla ddetermina minn qabel ir-​riżultat taʼ l-​azzjonijiet kollha tal-​bnedmin u meta se jmutu. Hemm ukoll id-​duttrina tal-​predestinazzjoni, li tgħallem il-​ħarsa li Alla li Jistaʼ Kollox “iddeċieda minn qabel is-​salvazzjoni jew it-​telfien taʼ kull individwu uman.” Ħafna li jiddikjaraw li huma Kristjani jaqblu maʼ dan it-​tagħlim.

Inti x’taħseb? Ġie d-​destin tiegħek determinat diġà minn forzi li ma tistaʼ tikkontrollahom bl-​ebda mod? Jew hemm xi verità fil-​kliem tad-​drammaturgu Ingliż William Shakespeare, li kiteb: “Xi drabi l-​bnedmin jagħġnu xortihom”? Ikkunsidra dak li tgħid il-​Bibbja dwar dan is-​suġġett.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja