LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 5/15 p. 31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Materjal Simili
  • Il-Ħniena taʼ Jehovah Issalvana mid-Disprament
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • L-Istqarrija tad-Dnub Twassal għall-Fejqan
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Id-dnub tas-Sultan David
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Strieħ fuq l-Ispirtu t’Alla Meta Tiffaċċja Bidliet fil-Ħajja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 5/15 p. 31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

David u Batseba għala ma ġewx mogħtijin il-​mewt minħabba li kkommettew adulterju, filwaqt li binhom li kien għadu kif twieled miet?

Il-​Liġi Mosajka kienet tispeċifika: “Jekk raġel isibuh mimdud maʼ mara miżżewwġa, għandhom imutu t-​tnejn; ir-​raġel li mtedd magħha, u l-​mara miegħu; u hekk teqred il-​ħażen minn Iżrael.” (Dewteronomju 22:22) Kieku Ġeħova ppermetta li l-​każ ġudizzjarju tad-​dnub taʼ David u Batseba jiġi solvut taħt il-​Liġi minn imħallfin umani, kieku l-​koppja adultera kienet tiġi kundannata għall-​mewt. Ladarba l-​imħallfin umani ma setgħux jaqraw il-​qlub, kellhom jagħtu ġudizzju fuq il-​bażi skond il-​fatti tal-​kondotta taʼ dawk li jkunu dinbu. Att t’adulterju kien jirrikjedi s-​sentenza tal-​mewt. L-​imħallfin umani ma kinux awtorizzati li jaħfru dak id-​dnub.

Mill-banda l-​oħra, il-​veru Alla jistaʼ jaqra l-​qlub u jaħfer id-​dnubiet jekk jara li hemm raġuni valida biex jagħmel dan. Ladarba l-​każ kien jinvolvi lil David, li miegħu kien għamel il-​patt għas-​Saltna, Ġeħova ddeċieda li jagħmel eċċezzjoni u jieħu ħsieb il-​każ hu stess. (2 Samwel 7:​12-16) “L-​imħallef taʼ l-​art kollha” għandu d-​dritt li jagħmel għażla bħal din.​—Ġenesi 18:25.

X’ra Ġeħova hu u jeżamina qalb David? Is-​sopraskrizzjoni taʼ Salm 51 tgħid li dan is-​salm jirrivela s-​sentimenti taʼ David “meta Natan il-​profeta ġie għandu għax hu kien resaq lejn Batseba.” Salm 51: 3-6 (51:​1-4, NW) jgħid: “Ikollok ħniena minni, o Alla, fi tjubitek; fil-​kobor tal-​ħniena tiegħek ħassar ħtijieti. Aħsilni kollni mill-​ħtija tiegħi; naddafni mid-​dnub tiegħi. Għax jien nagħrafhom ħtijieti; id-​dnub tiegħi dejjem quddiemi.” Ġeħova x’aktarx ħares lejn dan ir-​rimors kbir f’qalb David bħala evidenza taʼ l-​indiema ġenwina tiegħu u ddeċieda li kien hemm bażi biex juri ħniena lejn il-​midinbin. Iktar minn hekk, David innifsu kien jaħfer, u Ġeħova juri maħfra maʼ dawk li jaħfru lil ħaddieħor. (1 Samwel 24:​5-8 [24:​4-7, NW]; Mattew 5:7; Ġakbu 2:​13) Għalhekk, meta David ammetta d-​dnub tiegħu, Natan qallu: “Il-​Mulej ukoll ħafirlek dnubek; int ma tmutx.”​—2 Samwel 12:13.

David u Batseba ma kellhomx jaħarbu mill-​konsegwenzi kollha tad-​dnub tagħhom. “Billi int b’għemilek stmerrejt il-​Mulej,” Natan qal lil David, “l-​iben li jitwelidlek żgur li jmut.” It-​tarbija tagħhom mardet u mietet minkejja li David għamel sebat ijiem isum u jitnikket.​—2 Samwel 12:​14-​18.

Xi wħud isibuha diffiċli biex jifhmu għala t-​tifel miet, ladarba Dewteronomju 24:16 jgħid: “M’għandekx tagħti l-​mewt . . . lill-​ulied minħabba missirijiethom.” Imma għandna niftakru li kieku l-​każ ġie solvut mill-​imħallfin umani, il-​ġenituri kif ukoll it-​tifel li kien għadu ma twilidtx, kienu jitilfu ħajjithom. Il-​mewt tat-​tifel jistaʼ jkun li għenet lil David biex jirrealizza b’mod iktar ċar kemm Ġeħova kien iddispjaċieh minħabba d-​dnub li għamel David maʼ Batseba. Nistgħu nkunu fiduċjużi li Ġeħova ttratta l-​każ b’mod ġust, għaliex perfetta “t-​triq taʼ Alla.”​—2 Samwel 22:31.

[Stampa f’paġna 31]

David wera ndiema sinċiera

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja