LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 11/1 p. 31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Materjal Simili
  • X’Tiftakar?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Gawdi Affarijiet Tajbin għax-Xogħol Iebes Tiegħek
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • Hija l-Kuxjenza Tiegħek Imħarrġa Sew?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Kif Tistaʼ Żżomm Kuxjenza Tajba?
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 11/1 p. 31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Jistaʼ Kristjan iżomm kuxjenza tajba jekk jaċċetta impjieg li fih ikollu jġorr arma?

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova madwar id-​dinja kollha jieħdu bis-​serjetà r-​responsabbiltà li tahom Alla biex jipprovdu materjalment għall-​familja tagħhom. (1 Timotju 5:8) Madankollu, ċerti impjiegi jmorru b’mod ċar kontra l-​prinċipji tal-​Bibbja u għandhom jiġu evitati. Dawn jinkludu impjiegi konnessi mal-​logħob taʼ l-​ażżard, l-​użu ħażin tad-​demm, u impjiegi li jinkuraġġixxu l-​użu taʼ prodotti tat-​tabakk. (Isaija 65:​11, KŻ; Atti 15:29; 2 Korintin 7:1; Kolossin 3:5) Xi xogħlijiet oħrajn, għalkemm m’humiex kundannati direttament fil-​Bibbja, jistgħu jmorru kontra l-​kuxjenza taʼ dak li jkun jew il-​kuxjenza t’oħrajn.

Jekk għandekx tieħu sehem f’xogħol sekulari li jeħtieġ li ġġorr arma tan-​nar jew arma oħra hi deċiżjoni persunali. Però, f’impjieg li jinġarru l-​armi hemm iċ-​ċans li dak li jkun isir ħati tad-​demm jekk ikollu juża l-​arma tiegħu. Għalhekk, Kristjan irid jikkunsidra bit-​talb jekk huwiex lest jaċċetta r-​responsabbiltà li jkollu jieħu deċiżjoni malajr meta tkun involuta l-​ħajja taʼ bniedem. Min iġorr arma jkun ukoll fil-​periklu li jweġġaʼ jew imut minħabba xi attakk jew vindikazzjoni.

Oħrajn jistgħu jiġu effettwati wkoll mid-​deċiżjoni taʼ l-​individwu. Per eżempju, ir-​responsabbiltà primarja taʼ Kristjan hi li jippriedka l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla. (Mattew 24:14) Huwa possibbli li hu jgħallem lil oħrajn biex ‘iżommu l-​paċi mal-​bnedmin kollha,’ waqt li fl-​istess ħin jaqlaʼ l-​għajxien tiegħu billi jġorr arma? (Rumani 12:18) Xi ngħidu għat-​tfal jew membri oħra tal-​familja? Minħabba li jkollu pistola fid-​dar jistaʼ jkun li qed jipperikolalhom ħajjithom? Iktar minn hekk, jistgħu l-​oħrajn jitfixklu minħabba d-​deċiżjoni li jkun ħa individwu dwar il-​kwistjoni?—Filippin 1:10.

F’dawn “l-​aħħar jiem,” iktar u iktar nies huma “feroċi, mingħajr imħabba għat-​tajjeb.” (2 Timotju 3:​1, 3) Meta individwu jżomm dan f’moħħu, jistaʼ hu jibqaʼ ħieles minn kull akkuża li kieku kellu jagħżel impjieg bl-​armi li jistaʼ jġibu f’konflitt maʼ individwi bħal dawn? (1 Timotju 3:10) Dażgur li le. Għal din ir-​raġuni, il-​kongregazzjoni m’hijiex se tħares lejn l-​individwu bħala xi ħadd li “ma ssibx xi tgħid fih” kieku kellu jibqaʼ jġorr arma wara li b’qalb tajba jkun ngħata parir mill-​Bibbja. (1 Timotju 3:2; Titu 1:​5, 6) Għalhekk, individwu bħal dan, kemm jekk raġel jew mara, ma jkun jikkwalifika għal ebda privileġġ speċjali fil-​kongregazzjoni.

Ġesù żgura lid-​dixxipli tiegħu li jekk ipoġġu l-​interessi tas-​Saltna l-​ewwel f’ħajjithom, huma ma kellhomx jinkwetaw iżżejjed dwar il-​bżonnijiet l-​oħra tal-​ħajja. (Mattew 6:​25, 33) Tabilħaqq, jekk inpoġġu l-​fiduċja sħiħa tagħna f’Ġeħova, ‘hu jgħinna u jwiżinna; hu qatt ma jħalli l-​ġust jitfixkel.’—Salm 55:23 (55:​22, NW).

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja