LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 1/1 p. 30
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Materjal Simili
  • Kif iżżomm ħarsa pożittiva
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Id-Dinja Tagħna Qatt Se Tinqered?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Jehovah Jgħallimna Ngħoddu Jiem Ħajjitna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Nistgħu Ngħixu għal Dejjem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 1/1 p. 30

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Salm 102:27 (102:​26, NW) jistqarr li l-​art u s-​smewwiet se “jgħaddu.” Tfisser din l-​istqarrija li l-​pjaneta Art se tinqered?

F’talba lil Ġeħova, is-​salmista stqarr: “L-​art int waqqaftha sa mill-​bidu; għemil idejk huma s-​smewwiet. Huma jgħaddu, imma int tibqaʼ; bħal libsa huma lkoll jiqdiemu, tbiddilhom bħal libsa u jintemmu.” (Salm 102:​26, 27 [102:​25, 26, NW]) Il-​kuntest juri li dawn il-​versi qed jitkellmu dwar l-​eternità t’Alla, mhux dwar il-​qerda taʼ l-​art. Il-​kuntest juri wkoll għala din il-​verità vitali hija taʼ faraġ għall-​qaddejja t’Alla.

Is-salmista, li għandu mnejn kien qiegħed fl-​eżilju f’Babilonja, jibda billi jiddeskrivi n-​niket tiegħu. Hu jilmenta li ħajtu qed tgħaddi malajr “bħal duħħan.” Ansjetà qawwija tattakkalu ġismu, u tagħmillu għadmu bħal “ħuġġieġa jaqbad.” Iħossu għajjien, ‘nixef bħal ħaxix,’ u waħdu “bħal għasfur waħdu fuq bejt.” Il-​provi li għaddej minnhom qatgħulu l-​aptit u jiemu mimlijin niket. (Salm 102:​4-12 [102:​3-11, NW]) Minkejja dan, is-​salmista ma qatax qalbu għal kollox. Għala le? Minħabba dak li Ġeħova wiegħed li kellu jagħmel maʼ Sijon, jew Ġerusalemm.

Għalkemm Sijon ġiet meqruda, Ġeħova wiegħed li kellha terġaʼ tiġi restawrata. (Isaija 66:8) Għalhekk, is-​salmista b’fiduċja jgħid lil Ġeħova: “Int . . . tħenn għal Sijon, għax hu ż-​żmien u l-​waqt li tħenn. Meta l-​Mulej jerġaʼ jibni lil Sijon.” (Salm 102:​14, 17 [102:​13, 16, NW]) Imbagħad, is-​salmista jerġaʼ jibda jitkellem dwar it-​tbatija persunali tiegħu. Fil-​fatt hu jirraġuna li jekk Ġerusalemm imħarbta tistaʼ terġaʼ tiġi restawrata permezz tal-​qawwa t’Alla, Ġeħova ċertament jistaʼ jsalva lilu mill-​qagħda miżerabbli tiegħu. (Salm 102:​18, 21, 24 [102:​17, 20, 23, NW]) U xi ħaġa oħra tqanqal lis-​salmista biex jafda għalkollox f’Ġeħova. X’inhi? Il-​fatt li Alla huwa etern.

X’kuntrast ċar hemm bejn l-​eżistenza eterna taʼ Ġeħova u l-​ħajja qasira tas-​salmista! “Żmienek idum għal dejjem,” jgħid lil Ġeħova. (Salm 102:25 [102:​24, NW]) Imbagħad is-​salmista jgħid: “L-​art int waqqaftha sa mill-​bidu; għemil idejk huma s-​smewwiet.”​—Salm 102:26 (102:​25, NW).

Madankollu, anki ż-​żmien kbir li għandhom l-​art u s-​smewwiet ma jistax jitqabbel maʼ l-​eżistenza eterna taʼ Ġeħova. Is-​salmista jżid: “Huma [l-art u s-​smewwiet] jgħaddu, imma int tibqaʼ.” (Salm 102:27 [102:​26, NW]) L-​art u s-​smewwiet fiżiċi jistgħu jgħaddu. Huwa minnu li drabi oħra Ġeħova jsemmi li dawn se jibqgħu għal dejjem. (Salm 119:90; Koħèlet 1:4) Imma dawn jistgħu jiġu meqrudin jekk dan ikun l-​iskop t’Alla. B’kuntrast, Alla ma jistax imut. Il-​ħolqien fiżiku jibqaʼ ‘wieqaf għal dejjem taʼ dejjem’ għaliex Alla biss jieħu ħsiebu. (Salm 148:6) Jekk qatt xi darba Ġeħova jieqaf milli jkompli jġedded il-​ħolqien fiżiku, allura ‘bħal libsa hu kollu jiqdiem.’ (Salm 102:27 [102:​26, NW]) Bħalma raġel idum jgħix iktar mill-​ħwejjeġ tiegħu, hekk Ġeħova jdum jgħix iktar mill-​ħolqien tiegħu​—jekk hu jagħżel li jagħmel hekk. Barra minn hekk, permezz taʼ skritturi oħrajn aħna nafu li xi ħaġa bħal din m’hijiex ir-​rieda tiegħu. Il-​Kelma t’Alla tassigurana li Ġeħova ddetermina li l-​art u s-​smewwiet letterali se jibqgħu għal dejjem.​—Salm 104:5.

Huwa taʼ faraġ li nkunu nafu li Ġeħova dejjem se jwettaq il-​wegħdi tiegħu. Ikunu xi jkunu l-​provi li nistgħu niltaqgħu magħhom, meta aħna nitolbu lil Ġeħova nistgħu nkunu fiduċjużi li hu se “jismaʼ t-​talb tal-​milqutin, [u] ma jistmellx it-​talb tagħhom.” (Salm 102:18 [102:​17, NW]) Iva, l-​assiguranza taʼ faraġ li għandu Ġeħova misjuba f’Salm 102 hija iktar soda mill-​art li aħna ngħixu fuqha.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja