LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 10/15 pp. 5-7
  • Nieħdu Għarfien dwar Alla—Kif?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nieħdu Għarfien dwar Alla—Kif?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-​Tfittxija għall-​Verità
  • Nidentifikaw il-​Mezz li Alla Juża biex Jgħallimna
  • ‘Jehovah Jagħti l-Għerf’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Jehovah Dak Alla taʼ Skop
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Jehovah—Alla li Jirrivela s-Sigrieti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • L-Umanità Teħtieġ l-Għarfien Dwar Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 10/15 pp. 5-7

Nieħdu Għarfien dwar Alla—Kif?

Xi wħud jistgħu jiddubitaw jekk Alla tassew jinteressahx li jirrivela lilu nnifsu lill-​bnedmin. jekk iva, kif qiegħed jagħmel dan?

ĠWANNI KALVINU, ir-​riformatur Protestant tas-​seklu 16 ikkonkluda tajjeb li l-​bnedmin ma jistgħux isiru jafu lil Alla bil-​ħila tagħhom infushom jekk mhux minħabba li Hu jirrivela lilu nnifsu lill-​umanità. Madankollu, xi wħud jistgħu jitħassbu jekk Alla huwiex tassew interessat li jirrivela lilu nnifsu lill-​bnedmin. U jekk huwa interessat, kif qiegħed jagħmel dan?

Ġeħova, il-​Ħallieq Grandjuż, għandu raġuni għal dak kollu li jagħmel. Ukoll, bħala “Alla li jistaʼ kollox,” b’mod sħiħ, hu kapaċi jwettaq l-​iskopijiet tiegħu. (Koħèlet 12:1; Eżodu 6:​3, Saydon) Nistgħu nibqgħu ċerti li hu ried juri l-​iskopijiet tiegħu lill-​bnedmin, għaliex Għamos il-​profeta tiegħu kien ispirat biex jikteb: “Ebda ħaġa ma jagħmel Sidi l-​Mulej, jekk ma jurix il-​ħwejjeġ moħbija tiegħu lill-​qaddejja tiegħu l-​profeti.” Però, innota li ntqal li Alla jirrivela l-​iskopijiet tiegħu lill-​qaddejja tiegħu biss, lil dawk li jħobbuh minn qalbhom. M’huwiex loġiku dan? Int maʼ min titkellem dwar l-​affarijiet kunfidenzjali tiegħek? Maʼ kulħadd jew maʼ l-​iktar ħbieb qrib tiegħek?​—Għamos 3:7; Isaija 40:​13, 25, 26.

L-għerf u l-​għarfien li għandu Alla jimlew lil uħud umli b’riverenza profonda, u hekk għandu jkun. Madankollu, mhux riverenza profonda biss hemm bżonn jekk irridu nibbenefikaw personalment mill-​għerf u l-​għarfien divin. Il-​Bibbja tenfasizza li sabiex nitgħallmu l-​ħsibijiet t’Alla, għandna bżonn qalb umli: ‘Aħżen ġo fik il-​kmandamenti tiegħi billi tagħti widen għall-​għerf, u tħalli lil moħħok jifhem sewwa; sejjaħ l-​għerf, u għolli leħnek għall-​fehma t-​tajba; fittex l-​għerf bħall-​fidda.’—Proverbji 2:​1-4.

Individwu umli li jagħmel dan it-​tip taʼ sforz tabilħaqq se jkun jistaʼ jsir jaf lil Alla. Din is-​silta mill-​ktieb tal-​Proverbji tkompli hekk: “[Ġeħova] jagħti l-​għerf, minn fommu ġej it-​tagħrif u d-​dehen.” Iva, dawk li jfittxu l-​verità bis-​sinċerità jistgħu ‘jifhmu l-​ħaqq u s-​sewwa, u jimxu f’kull triq li hi tajba.’—Proverbji 2:​6-9.

It-​Tfittxija għall-​Verità

The Encyclopedia of Religion tgħid: “Il-​ħajja tal-​bniedem hija karatterizzata mill-​bżonn li jagħraf bejn dak li huwa veru u dak li m’huwiex, dak li huwa b’saħħtu u bla saħħa, ġenwin u qarrieqi, pur u mniġġes, ċar u mċajpar, kif ukoll il-​livelli relattivi taʼ estrem jew ieħor.” Sabiex jilħqu dan il-​bżonn, ħafna nies fittxew fit-​tul għall-​verità. Skond kemm idderiġew it-​tfittxija tagħhom lejn Ġeħova, li s-​salmista jsejjaħlu “l-​Alla tal-​verità,” huma għamlu progress sabiex isibu l-​verità.​—Salm 31:​5, NW.

L-isem Ġeħova letteralment ifisser “Hu Jġiegħel li Jsir.” (Ġenesi 2:​4, nota taʼ taħt, NW) B’hekk, it-​tifsir stess taʼ l-​isem t’Alla jidderieġi l-​attenzjoni lejn l-​istat taʼ Ħallieq li għandu u l-​iskop tiegħu. Fir-​realtà, li wieħed ikun jaf u juża l-​isem Ġeħova huwa karatteristika li tidentifika r-​reliġjon vera. Ġesù rrikonoxxa dan il-​fatt b’mod ċar. Billi rrefera għas-​segwaċi tiegħu, hu qal lil Alla f’talba: “Għarrafthom ismek u nibqaʼ ngħarrfu, sabiex l-​imħabba li biha ħabbejtni tkun fihom u jien inkun f’unjoni magħhom.”​—Ġwanni 17:​26.

Meta Ġużeppi, raġel Ebrew tal-​qedem, ngħata l-​inkarigu li jirrivela t-​tifsir tal-​ħolm, hu straħ fuq il-​ħbiberija tiegħu m’Alla u b’fiduċja qal: “Mhux f’idejn Alla t-​tifsir?”—Ġenesi 40:8; 41:​15, 16.

Diversi sekli wara, is-​Sultan Nabukodonosor taʼ Babilonja kellu ħolma li l-​irġiel għorrief tiegħu ma kinux kapaċi jinterpretawha. Il-​profeta Danjel qal lis-​sultan: “Hemm Alla fis-​sema li jikxef il-​misteri, u li għarraf lis-​sultan Nabukodonosor x’sejjer jiġri fl-​aħħar jiem.”​—Danjel 2:28.

L-eżempji taʼ Ġużeppi u Danjel juru li l-​għerf u l-​għarfien dwar Alla huma disponibbli biss għal dawk li jaqdu lil Alla Ġeħova. M’għandniex xi ngħidu, sabiex niksbu l-​favur t’Alla jistaʼ jkollna nħallu warajna l-​mod kif konna nħarsu lejn ċerti kwistjonijiet. Il-​Lhud taʼ l-​ewwel seklu li saru Kristjani hekk kellhom jagħmlu. Minħabba li fit-​trobbija tagħhom tgħallmu jirrispettaw u jobdu l-​liġijiet stabbiliti taħt is-​sistema Lhudija, huma kellhom bżonn iż-​żmien biex jaċċettaw lil Ġesù bħala l-​Messija. Hu ġie biex iwettaq il-​Liġi Mosajka li serviet bħala “dell taʼ l-​affarijiet tajbin li għandhom jiġu.” (Ebrej 10:1; Mattew 5:17; Luqa 24:​44, 45) Post il-​Liġi Mosajka ttieħed mil-​“liġi tal-​Kristu” li hija ħafna iktar superjuri.​—Galatin 6:2; Rumani 13:10; Ġakbu 2:8.

Ilkoll kemm aħna twelidna f’dinja li tinsab ’il bogħod minn Alla. Minħabba d-​dnub li writna mingħand l-​ewwel koppja umana, aħna twelidna f’għadwa m’Alla, mingħajr l-​għarfien eżatt dwar l-​iskopijiet tiegħu. Aħna writna wkoll qalb qarrieqa. (Ġeremija 17:9; Efesin 2:12; 4:18; Kolossin 1:2) Sabiex niksbu l-​ħbiberija m’Alla, irridu nitgħallmu nfasslu l-​mod taʼ ħsieb tagħna fuq il-​mod taʼ ħsieb t’Alla. Dan xejn m’hu faċli.

Jistaʼ jkun diffiċli li tħalli warajk ideat jew prattiki reliġjużi foloz, partikolarment jekk dawn ikunu għallmuhomlna mindu konna żgħar. Imma jkun għaqli li wieħed jibqaʼ għaddej fi triq ħażina? Żgur li le! Ċertament li jkun iktar għaqli li wieħed ibiddel il-​mod taʼ ħsieb tiegħu u b’hekk jikseb l-​approvazzjoni t’Alla.

Nidentifikaw il-​Mezz li Alla Juża biex Jgħallimna

Fejn nistgħu nsibu l-​għajnuna biex nifhmu l-​Kelma tal-​verità u mbagħad ngħixu fi qbil magħha? F’Iżrael tal-​qedem, Alla pprovda t-​tmexxija permezz taʼ individwi fdati u leali f’pożizzjonijiet taʼ responsabbiltà. Kristu, il-​Kap tal-​kongregazzjoni Kristjana llum, bl-​istess mod jiggwida lil dawk li jfittxu l-​verità bis-​sinċerità. Hu jagħmel dan permezz tas-​segwaċi fdati u leali tiegħu, li jifformaw il-​mezz responsabbli, biex jidderieġu u jipproteġu lil dawk li qed ifittxu l-​verità bil-​ħerqa. (Mattew 24:​45-47; Kolossin 1:​18) Imma wieħed kif jistaʼ jidentifika l-​mezz li Alla qed juża biex jgħallimna?

Is-segwaċi veri taʼ Ġesù Kristu jistinkaw biex jirriflettu l-​istess kwalitajiet li Ġesù kien juri bħala bniedem. F’dinja li dejjem sejra għall-​agħar, huwa faċli tidentifika lil dawn in-​nies minħabba li huma uniċi f’li juru kwalitajiet spiritwali bħal dawn. (Ara l-​kaxxa f’paġna 6.) Qegħdin dawn il-​kwalitajiet jidhru fir-​reliġjon li int qed tissieħeb magħha jew fir-​reliġjonijiet tal-​ġirien tiegħek? Se jkun jiswielek li tinvestiga din il-​kwistjoni fid-​dawl tal-​Bibbja.

Aħna nistiednu lilek, qarrej tagħna, li tagħmel dan permezz taʼ kors taʼ studju mill-​Bibbja. Is-​sena l-​oħra, bħala medja, kien hemm iktar minn 6,000,000 individwu u familja f’235 pajjiż li ħadu vantaġġ minn dan l-​arranġament biex jistudjaw il-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Ġeħova. Huwa proċess kontinwu, sodisfaċenti, u premjanti li tikseb l-​għerf u l-​għarfien dwar Alla. Għala ma tagħmilx dan il-​vjaġġ biex tikseb l-​għerf u l-​għarfien dwar Alla? Huwa vjaġġ li qatt m’hu se jiddispjaċik li tagħmlu. Iva, aħna nistgħu verament insiru nafu lil Alla!

[Kaxxa f’paġna 6]

DAWK LI JAĦDMU FI QBIL M’ALLA . . .

iżommu n-​newtralità f’konflitti politiċi. —Isaija 2:4.

jipproduċu frott tajjeb billi jagħmlu r-​rieda t’Alla.​—Mattew 7:​13-23.

juru mħabba vera bejniethom. —Ġwanni 13:35; 1 Ġwanni 4:20.

jaqblu fi kliemhom kull fejn ikunu. —Mikea 2:12.

ma jimitawx l-​imġiba u l-​attitudnijiet ħżiena tad-​dinja taʼ madwarhom.​—Ġwanni 17:16.

jagħtu xiehda għall-​verità u jagħmlu dixxipli.​—Mattew 24:14; 28:​19, 20.

jieħdu pjaċir jiltaqgħu flimkien regolarment biex jinkuraġġixxu lil xulxin.​—Ebrej 10:25.

ifaħħru lil Alla bħala grupp internazzjonali. —Rivelazzjoni 7:​9, 10.

[Stampi f’paġna 7]

L-​għarfien dwar Alla jinkiseb b’mod individwali, bħala familja, u bħala kongregazzjoni

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja