X’Tiftakar?
Ħadt gost taqra l-ħarġiet reċenti tat-Torri taʼ l-Għassa? Mela, ara jekk tistax twieġeb dawn il-mistoqsijiet li ġejjin:
• X’jistaʼ jgħin lil Kristjan veru jekk xi maħbub jitlaq lil Ġeħova?
Saħħaħ lilek innifsek u lil membri oħrajn tal-familja li huma leali. Kun medhi f’attivitajiet spiritwali. Kun disponibbli biex tgħin lil ħaddieħor. Qatt taqtaʼ qalbek mill-fatt li l-maħbub tiegħek jiġi lura. Twaħħalx fik innifsek. Irrispetta l-arranġament t’Alla dwar id-dixxiplina, u esprimi s-sentimenti tiegħek maʼ ħbiebek.—9/1, paġni 18-21.
• Liema huma żewġ modi li bihom l-Iskrittura tgħinna nidentifikaw “l-aħħar jiem”?
Il-Bibbja tbassar ġrajjiet li kellhom iseħħu matul “tmiem is-sistema.” (Mattew 24:3, 7, 8; Luqa 21:11) Tiddeskrivi wkoll bidliet fl-attitudnijiet u l-azzjonijiet tan-nies li jgħixu “fl-aħħar jiem.” (2 Timotju 3:1-5) Sinifikanti hu l-fatt li l-aħbar tajba tas-saltna kellha tiġi pridkata matul dan iż-żmien.—9/15, paġni 4-6.
• X’inhi r-responsabbiltà tal-kongregazzjoni jekk Kristjan li jkun qed isuq karozza jkollu aċċident li jirriżulta fil-mewt t’oħrajn?
L-anzjani li jkunu qed jeżaminaw il-każ jistgħu jiddeterminaw li m’hemm ebda ħtija tad-demm għaliex is-sewwieq kellu ftit jew xejn kontroll fuq iċ-ċirkustanzi li wasslu għad-diżgrazzja. Però, jekk hu ħati tad-demm u l-individwu ħati juri ndiema, hu se jirċievi t-twiddib mill-Iskrittura u jsirulu restrizzjonijiet fejn jidħlu l-privileġġi fil-kongregazzjoni.—9/15, paġni 30.
• Il-ħajja taʼ dejjem għala ma tiddependix mill-avanzi tax-xjenza?
Qed isiru sforzi xjentifiċi, bħal per eżempju biex jipprovaw irażżnu dak li jidher bħala limitu taʼ kemm-il darba ċ-ċelluli jerġgħu jimmultiplikaw ruħhom jew permezz tal-cloning terapewtiku, biex jipprovdu organi ġodda għat-trapjanti li jkunu kompatibbli mal-pazjenti. Imma l-Bibbja turi li l-uniku mezz li bih il-bnedmin jistgħu jiksbu l-ħajja taʼ dejjem hu permezz tal-fidwa taʼ Ġesù.—10/1, paġni 3-5.
• Ir-riti tal-ħasil tal-Lhud wittew it-triq għall-magħmudija Kristjana?
Le, dan m’huwiex il-każ. Il-Lhud kienu jagħmlu riti tal-ħasil fuqhom infushom, imma dan ma kienx meħtieġ mill-magħmudija taʼ Ġwanni. Il-ħasil meħtieġ mil-Liġi Mosajka kellu jiġi ripetut, iżda l-magħmudija Kristjana ssir darba biss.—10/15, paġni 12-13.
• X’inhi l-Iskola tat-Taħriġ Ministerjali?
Din tikkonsisti f’kors li jdum tmien ġimgħat għall-anzjani u l-qaddejja ministerjali tal-kongregazzjoni li m’humiex miżżewġin u li ċ-ċirkustanzi tagħhom jippermettulhom li jiġu inkarigati jaqdu fejn il-bżonn huwa akbar. Dan jistaʼ jkun fil-kongregazzjoni li ġew minnha, xi mkien ieħor fl-istess pajjiż, jew f’xi pajjiż ieħor.—11/15, paġni 10-11.
• X’inhu jew min hu l-antikrist imsemmi fl-1 Ġwanni 2:18; 4:3?
F’sens ġenerali, it-terminu “antikrist” jirreferi għal dawk kollha li jopponu lil Kristu jew li b’mod falz isostnu li huma r-rappreżentanti tiegħu. Il-kliem taʼ Ġesù u taʼ Ġwanni juri li l-antikrist hu magħmul minn ħafna antikristijiet individwali li jxerrdu l-qerq reliġjuż u jiċħdu s-Saltna t’Alla.—12/1, paġni 4-6.