LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 1/1 pp. 30-31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Materjal Simili
  • “L-ispirtu nnifsu jixhed . . . li aħna wlied Alla”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • “Aħna se niġu magħkom”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • X’Tiftakar?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Aħna se niġu magħkom
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 1/1 pp. 30-31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

X’inhu l-​immarkar bis-​siġill li jissemma f’Rivelazzjoni 7:3?

Rivelazzjoni 7:​1-3 jgħid: “Rajt erbaʼ anġli weqfin fl-​erbaʼ rokniet taʼ l-​art, iżommu sew l-​erbat irjieħ taʼ l-​art, biex l-​ebda riħ ma jonfoħ fuq l-​art jew fuq il-​baħar jew fuq xi siġra. U rajt anġlu ieħor tielaʼ minn fejn titlaʼ x-​xemx, li kellu s-​siġill t’Alla l-​ħaj; u għajjat b’leħen qawwi lill-​erbaʼ anġli li ngħatalhom li jagħmlu ħsara lill-​art u lill-​baħar, u qalilhom: ‘Tagħmlux ħsara lill-​art jew lill-​baħar jew lis-​siġar, sakemm inkunu mmarkajna bis-​siġill lill-​ilsiera t’Alla tagħna fuq ġbinhom.’”

Meta “l-​erbat irjieħ” jiġu meħlusin, ir-​riżultat se jkun “it-​tribulazzjoni l-​kbira,” il-​qerda tar-​reliġjon falza u l-​kumplament taʼ din id-​dinja mill-​agħar. (Rivelazzjoni 7:​14) “L-​ilsiera t’Alla tagħna” huma ħut Ġesù midlukin fuq l-​art. (1 Pietru 2:​9, 16) Għalhekk, din il-​profezija tindika li l-​immarkar bis-​siġill taʼ ħut Kristu se jkun lest meta tfaqqaʼ t-​tribulazzjoni l-​kbira. Madankollu, versi oħra fil-​Bibbja jindikaw li qabel kellu jkun hemm immarkar bis-​siġill ieħor tal-​midlukin. Għalhekk, kultant, nitkellmu dwar l-​ewwel immarkar bis-​siġill u l-​aħħar wieħed. X’inhi d-​differenza bejn dawn it-​tnejn?

Ejja nikkunsidraw it-​tifsira tal-​frażi ‘mmarkar bis-​siġill.’ Fi żmien il-​qedem, siġill kien jintuża biex jagħmel marka fuq xi dokument. Il-​kelma siġill tistaʼ tintuża għall-​marka nfisha. Dak iż-​żmien, kienet xi ħaġa komuni li jagħmlu siġill bix-​xemgħa jew bit-​tafal u jwaħħluh maʼ dokument jew maʼ xi ħaġa oħra biex jindikaw li dawn kienu awtentiċi jew biex juru mingħand min kienu ġejjin.​—1 Slaten 21:8; Ġob 14:17.

Pawlu qabbel l-​ispirtu qaddis maʼ siġill meta stqarr: “Hu Alla li jiggarantixxi li intom u aħna taʼ Kristu; u kien hu li dilikna. Immarkana wkoll bis-​siġill tiegħu u tana fi qlubna l-​garanzija taʼ dak li għandu jiġi, jiġifieri, l-​ispirtu.” (2 Korintin 1:​21, 22) B’hekk, Ġeħova jidlek lil dawn il-​Kristjani bl-​ispirtu qaddis tiegħu biex jindika li huma tiegħu.

Madankollu, hemm żewġ fażijiet fl-​immarkar bis-​siġill tal-​midlukin. L-​ewwel immarkar bis-​siġill huwa differenti mill-​aħħar wieħed (1) fl-​iskop u (2) fiż-​żmien. L-​ewwel marka bis-​siġill isservi biex tagħżel membru ġdid li jiġi miżjud maʼ l-​għadd tal-​Kristjani midlukin. L-​immarkar bis-​siġill fis-​sens finali jservi biex jikkonferma li dan l-​individwu magħżul u mmarkat bis-​siġill wera bis-​sħiħ il-​lealtà tiegħu. F’dak il-​waqt biss, fl-​aħħar immarkar bis-​siġill, se jkun imqiegħed is-​siġill b’mod permanenti ‘fuq ġbin’ il-​midluk, u dan jidentifikah mingħajr ebda dubju bħala ‘lsir t’Alla tagħna’ mġarrab u leali. L-​immarkar bis-​siġill imsemmi f’Rivelazzjoni kapitlu 7 jirreferi għal din l-​aħħar fażi taʼ l-​immarkar bis-​siġill.​—Rivelazzjoni 7:3.

Rigward iż-​żmien taʼ l-​ewwel immarkar bis-​siġill, l-​appostlu Pawlu kiteb lill-​Kristjani midlukin: “Intom ukoll ittamajtu fih wara li smajtu l-​kelma tal-​verità, l-​aħbar tajba dwar is-​salvazzjoni tagħkom. U permezz tiegħu wkoll, wara li emmintu, ġejtu mmarkati bis-​siġill taʼ l-​ispirtu qaddis imwiegħed.” (Efesin 1:​13, 14) F’ħafna każi, ir-​rekord Bibliku juri li l-​Kristjani taʼ l-​ewwel seklu kienu tabilħaqq immarkati bis-​siġill ftit wara li semgħu l-​aħbar tajba u bdew jemmnu fi Kristu. (Atti 8:​15-​17; 10:44) Dan l-​immarkar bis-​siġill wera li Alla kien approvahom. Madankollu, dan ma weriex l-​approvazzjoni finali t’Alla. Għala le?

Pawlu qal li l-​Kristjani midlukin huma ‘mmarkati bis-​siġill għal jum il-​ħelsien.’ (Efesin 4:​30) Dan jindika li hemm involut perijodu taʼ żmien, ġeneralment ħafna snin, wara l-​ewwel immarkar bis-​siġill. Il-​midlukin iridu jibqgħu leali mill-​ġurnata li jiġu mmarkati bis-​siġill bl-​ispirtu qaddis sa ‘jum il-​ħelsien’ mill-​ġisem fiżiku tagħhom​—jiġifieri, sakemm imutu. (Rumani 8:​23; Filippin 1:​23; 2 Pietru 1:​10) Għalhekk, kien biss fl-​aħħar taʼ ħajtu li Pawlu setaʼ jgħid: “Ġrejt il-​korsa sat-​tmiem, osservajt il-​fidi. Minn issa ’l quddiem hemm merfugħa għalija l-​kuruna tal-​ġustizzja.” (2 Timotju 4:​6-8) Iktar minn hekk, Ġesù qal lill-​kongregazzjoni taʼ Kristjani midlukin: ‘Agħtu prova tal-​fedeltà tagħkom sal-​mewt, u nagħtikom il-​kuruna tal-​ħajja.’​—Rivelazzjoni 2:​10; 17:14.

Il-kelma “kuruna” tagħti iktar evidenza li hemm perijodu taʼ żmien bejn l-​ewwel immarkar bis-​siġill u l-​aħħar wieħed. Għala? Fi żmien il-​qedem, kienet id-​drawwa li dak li jirbaħ it-​tellieqa jingħata kuruna. Sabiex jirċievi l-​kuruna, kellu jagħmel iktar milli sempliċement jidħol għat-​tellieqa. Kellu jiġri sat-​tmiem. B’mod simili, huwa biss jekk il-​Kristjani midlukin jipperseveraw sa l-​aħħar taʼ ħajjithom​—mill-​ewwel immarkar bis-​siġill sa l-​aħħar wieħed​—li se jingħataw il-​kuruna taʼ ħajja immortali fis-​sema.​—Mattew 10:22; Ġakbu 1:​12.

Il-fdal taʼ Kristjani midlukin li ġew immarkati bl-​ewwel siġill meta se jiġu mmarkati bl-​aħħar wieħed? Kulmin ikun għadu ħaj fuq l-​art se jiġi mmarkat bis-​siġill ‘fuq ġbinu’ qabel ma tfaqqaʼ t-​tribulazzjoni l-​kbira. Meta l-​erbat irjieħ tat-​tribulazzjoni jiġu meħlusin, Iżrael spiritwali kollu kemm hu se jkun ġie mmarkat bl-​aħħar siġill, avolja xi wħud se jkunu għadhom ħajjin bil-​ġisem fiżiku u jkunu għad iridu jtemmu l-​ħajja tagħhom fuq l-​art.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja