LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 4/15 p. 19
  • X’Tiftakar?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Tiftakar?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Materjal Simili
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Ġeħova Jagħti “l-Ispirtu Qaddis lil Dawk li Jitolbuh”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Ġeħova Se ‘Jġiegħel li Ssir Ġustizzja’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 4/15 p. 19

X’Tiftakar?

Ħadt gost taqra l-​ħarġiet reċenti tat-​Torri taʼ l-​Għassa? Mela, ara jekk tistax twieġeb dawn il-​mistoqsijiet li ġejjin:

• X’nistgħu nitgħallmu mit-​tixbiha taʼ Ġesù dwar ir-​raġel persistenti? (Luqa 11:​5-​10)

Din it-​tixbiha turi kif għandha tkun l-​attitudni tagħna meta nitolbu. Għandna nitolbu b’mod persistenti, jew nibqgħu nistaqsu, speċjalment għall-​ispirtu qaddis t’Alla. (Luqa 11:​11-​13)​—12/15, paġni 20-​2.

• It-​tixbiha taʼ Ġesù dwar armla u mħallef fiha liema lezzjoni għalina? (Luqa 18:​1-8)

Din tenfasizza l-​bżonn li nitolbu. Għall-​kuntrarju taʼ l-​imħallef, Ġeħova hu ġust u jrid jgħinna. Iktar minn hekk, għandu jkollna fidi bħal dik taʼ l-​armla fit-​tixbiha.​—12/15, paġni 26-​8.

• L-​appostlu Pawlu għala qal lill-​Kristjani Korintin biex ‘iwessgħu qalbhom’? (2 Korintin 6:​11-​13)

Jidher li xi wħud f’Korintu kellhom nuqqas t’apprezzament għal sħabhom fit-​twemmin, billi ma kinux ġenerużi f’qalbhom. Aħna rridu nagħmlu sforz biex niżviluppaw apprezzament ġenwin għal sħabna fit-​twemmin, saħansitra billi nagħmlu sforz biex nagħmlu ħbieb ġodda.​—1/1, paġni 9-​11.

• Rivelazzjoni 7:3 jirreferi għal liema mmarkar bis-​siġill?

Meta Alla jidlek lill-​Kristjani bl-​ispirtu qaddis, dawn ikunu ġew immarkati bl-​ewwel siġill. Imma Rivelazzjoni 7:3 jirreferi għall-​immarkar finali bis-​siġill, meta dawk l-​uħud midlukin jiġu konfermati bħala li wrew il-​lealtà tagħhom bis-​sħiħ.​—1/1, paġni 30-1.

• Il-​ġenituri x’jistgħu jitgħallmu mir-​rakkont Bibliku dwar Samwel?

Ħaġa waħda hi li għandhom jgħallmu lil uliedhom il-​kelma t’Alla, bħalma żgur għamlu l-​ġenituri taʼ Samwel. Barra minn hekk, għandhom jinkuraġġixxu lil uliedhom biex jagħmlu s-​servizz lil Ġeħova l-​karriera tagħhom.​—1/15, paġna 16.

• Kif nistgħu nuru li aħna ferħanin li qegħdin nistennew lil Ġeħova?

Aħna qed ‘nistennew il-​jum taʼ Ġeħova,’ u nħarsu ’l quddiem għal serħan meta hu se jelimina lil dawk kollha li m’għandhomx devozzjoni lejh. (2 Pietru 3:​7, 12) Imma minkejja li Ġeħova hu ħerqan li jtemm il-​ħażen kollu, hu qed jeżerċita r-​rażna sabiex iġib is-​salvazzjoni tal-​Kristjani b’mod li se jigglorifika lil ismu. Aħna għandu jkollna fiduċja li Ġeħova jaf il-​waqt preċiż li għandu jieħu azzjoni, u sadanittant, aħna għandna nfaħħruh b’mod attiv. (Salm 71:​14, 15)​—3/1, paġni 17-​18.

• Noè daħħal sebgħa minn kull bhima nadifa jew sebaʼ pari minn kull waħda fl-​arka?

Lil Noè ntqallu biex ‘jieħu għalih sebgħa sebgħa’ minn kull bhima nadifa. (Ġenesi 7:​1, 2, NW) Bl-​Ebrajk, din l-​espressjoni ma tfissirx sebaʼ pari, bħalma jindikaw rakkonti oħrajn fil-​Bibbja. Jidher ċar li Noè ħa sebgħa minn kull bhima, tliet pari u s-​sebaʼ waħda biex ikun jistaʼ jużaha bħala sagrifiċċju. (Ġenesi 8:​20)​—3/15, paġna 31.

• Il-​Kristjani għala għandhom ‘josservaw bir-​reqqa’ r-​riżultat tal-​fidi taʼ l-​anzjani, dawk li qed jieħdu t-​tmexxija?

L-​appostlu Pawlu jistidinna biex ‘nosservaw bir-​reqqa’ r-​riżultat tal-​kondotta leali taʼ l-​anzjani u biex insegwu dawn l-​eżempji tal-​fidi. (Ebrej 13:7) Nagħmlu dan għaliex niġu kmandati biex nagħmluh fil-​Kelma t’Alla. Ukoll, aħna persważi li l-​anzjani huma konċernati kemm fl-​interessi tas-​Saltna u kemm fl-​aħjar interessi tagħna.​—4/1, paġna 28.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja