LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 1/15 p. 8-p. 11 para. 11
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Isaija—II

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Isaija—II
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “ARA, GĦAD JIĠI ŻMIEN”
  • (Isaija 36:1–​39:8)
  • “ĦA TINBENA”
  • (Isaija 40:1–59:21)
  • HI “GĦAD TKUN KURUNA TAʼ ĠMIEL”
  • (Isaija 60:1–​66:24)
  • ‘Ifraħ,’ Poplu
  • Premjata l-​Fidi taʼ Sultan
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Isaija—I
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • “Farrġu l-​Poplu Tiegħi”
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
  • Profeta tal-​Qedem b’Messaġġ Modern
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 1/15 p. 8-p. 11 para. 11

Il-​Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja

Punti Prinċipali mill-​Ktieb taʼ Isaija​—II

ISAIJA qed iwettaq lealment l-​inkarigu tiegħu bħala profeta. L-​orakli li hu qal kontra s-​saltna taʼ Iżrael b’għaxar tribujiet diġà seħħew. Issa għandu iktar xi jgħid dwar il-​futur taʼ Ġerusalemm.

Il-belt taʼ Ġerusalemm se tinqered, u l-​abitanti tagħha se jittieħdu bħala lsiera. Però, il-​ħerba mhix se tkun għal dejjem. Wara perijodu taʼ żmien, il-​qima vera se tiġi mġedda. Dan hu l-​messaġġ bażiku f’Isaija 36:1–​66:24.a Nistgħu nibbenefikaw billi nikkunsidraw dak li hemm miktub f’dawn il-​kapitli għaliex ħafna mill-​profeziji f’din is-​sezzjoni qed ikollhom it-​twettiq finali tagħhom fi żmienna jew se jitwettqu fil-​futur qarib. Din il-​parti mill-​ktieb taʼ Isaija fiha wkoll profeziji eċċitanti rigward il-​Messija.

“ARA, GĦAD JIĠI ŻMIEN”

(Isaija 36:1–​39:8)

Fl-​erbatax-il sena tal-​ħakma tas-​Sultan Ħeżekija (732 Q.E.K.), l-​Assirjani jinvadu lil Ġuda. Ġeħova jwiegħed li se jiddefendi lil Ġerusalemm. It-​theddida taʼ invażjoni tintemm meta anġlu wieħed taʼ Ġeħova joqtol 185,000 suldat Assirjan.

Ħeżekija jimrad. Ġeħova jwieġeb it-​talba tiegħu u jfejqu, billi jtawwallu ħajtu bi 15-il sena. Meta s-​sultan taʼ Babilonja jibgħat ir-​rappreżentanti tiegħu biex jifirħulu, Ħeżekija juri nuqqas t’għaqal u jurihom it-​teżori kollha tiegħu. Isaija jwassal il-​messaġġ taʼ Ġeħova lil Ħeżekija, billi jgħid: “Ara, għad jiġi żmien li jinġarr f’Babilonja kull ma jinsab f’darek u kull ma ħażnu s’issa missirijietek!” (Isaija 39:​5, 6) Ftit iktar minn 100 sena wara, din il-​profezija titwettaq.

Mistoqsijiet Skritturali Mweġbin:

38:8​—X’kienu t-​“tarġiet” li fuqhom id-​dell treġġaʼ lura? Ladarba kienu jintużaw l-​arloġġi tax-​xemx kemm fl-​Eġittu kif ukoll f’Babilonja sat-​tmien seklu Q.E.K., dawn it-​tarġiet forsi qed jirreferu għall-​gradi t’arloġġ tax-​xemx li setaʼ akkwista Aħaż, missier Ħeżekija. Jew forsi kien hemm xi taraġ fil-​palazz. Setaʼ kien hemm xi kolonna ħdejn it-​taraġ li bil-​mod il-​mod kienet titfaʼ dell fuq it-​tarġiet, u dan setaʼ ntuża biex jiġi kalkulat il-​ħin.

Lezzjonijiet Għalina:

36:​2, 3, 22. Għalkemm ma tħalliex ikompli jaqdi bħala ministru, Sebna tħalla jkompli fis-​servizz tas-​sultan bħala segretarju taʼ dak li ħadlu postu. (Isaija 22:​15, 19) Jekk għal xi raġuni nitneħħew minn xi pożizzjoni taʼ responsabbiltà fl-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova, m’għandniex aħna nkomplu naqdu lil Alla fi kwalunkwe inkarigu li hu jippermetti?

37:​1, 14, 15; 38:​1, 2. Fi żmien taʼ niket, nagħmlu tajjeb li nduru lejn Ġeħova bit-​talb u nafdaw fih kompletament.

37:​15-​20; 38:​2, 3. Meta Ġerusalemm kienet qed tiġi mhedda mill-​Assirjani, l-​interess ewlieni taʼ Ħeżekija kien li l-​waqgħa tagħha kienet se ġġib tmaqdir fuq l-​isem taʼ Ġeħova. Malli sar jaf li l-​marda tiegħu kienet fatali, Ħeżekija ma kienx biss konċernat dwaru nnifsu. L-​iktar ħaġa li kienet fuq moħħu kienet dak li kien se jsir mil-​linja Davidika tas-​slaten jekk hu jmut mingħajr ma jkollu werriet. Kien konċernat ukoll dwar min kien se jmexxi l-​battalja kontra l-​Assirjani. Bħal Ħeżekija, aħna nikkunsidraw it-​taqdis taʼ l-​isem taʼ Ġeħova u t-​twettiq taʼ l-​iskop tiegħu bħala li huma iktar importanti mis-​salvazzjoni tagħna stess.

38:​9-​20. Din l-​għanja taʼ Ħeżekija tgħallimna li m’hemm xejn iktar importanti fil-​ħajja milli nkunu nistgħu nfaħħru lil Ġeħova.

“ĦA TINBENA”

(Isaija 40:1–59:21)

Eżatt wara li jbassar il-​qerda taʼ Ġerusalemm u minħabba f’hekk il-​jasar f’Babilonja, Isaija jipprofetizza dwar it-​tiġdid. (Isaija 40:​1, 2) Isaija 44:28 jgħid: “[Ġerusalemm] ħa tinbena.” L-​idoli t’allat Babiloniżi se jinġarru ’l barra bħal “tagħbija.” (Isaija 46:1) Babilonja se tinqered. Dan kollu jseħħ żewġ sekli wara.

Ġeħova se jibgħat lill-​qaddej tiegħu bħala “dawl għall-​ġnus.” (Isaija 49:6) “Is-​smewwiet,” jew il-​klassi taʼ ħakkiema Babiloniżi, se “jgħibu bħad-​duħħan,” u s-​sudditi tagħha se ‘jmutu bħan-​nemus’; imma l-​‘ilsira bint Sijon tħoll l-​irbit minn għonqha.’ (Isaija 51:6; 52:2) Lil dawk li jmorru għandu u jisimgħu minnu, Ġeħova jgħidilhom: “Nagħmel patt magħkom għal dejjem, biex iseħħu l-​favuri mwiegħda lil David.” (Isaija 55:3) Jekk ngħixu fi qbil mal-​livelli ġusti t’Alla nsibu ‘l-​għaxqa tagħna fil-​Mulej.’ (Isaija 58:14) Mill-​banda l-​oħra, in-​nuqqasijiet tal-​poplu joħolqu ‘firda minn Alla tagħhom.’​—Isaija 59:2.

Mistoqsijiet Skritturali Mweġbin:

40:​27, 28​—Iżrael għala qal: “Triqti moħbija mill-​Mulej, u mwarrab il-​jedd tiegħi minn Alla”? Xi wħud mil-​Lhud f’Babilonja forsi ħassew li l-​inġustizzji li kienu qed isofru kienu moħbijin minn Ġeħova jew li ma kienx qed jarahom. Huma ġew imfakkrin li Babilonja ma kinitx ’il bogħod wisq għall-​Ħallieq taʼ l-​art, li qatt ma jegħja jew jinkedd.

43:​18-​21​—L-​eżiljati li kienu qed jirritornaw għala ntqalilhom biex ‘ma jiftakrux iżjed fi ġrajjiet l-​imgħoddi’? Dan ma kienx fis-​sens li kellhom jinsew l-​għemejjel taʼ ħelsien li Ġeħova kien għamel fil-​passat. Minflok, Ġeħova riedhom ifaħħruh fuq il-​bażi taʼ xi “ħaġa ġdida” li kienu se jesperjenzaw huma stess, bħall-​vjaġġ tagħhom lejn Ġerusalemm mingħajr periklu, forsi permezz taʼ rotta fid-​deżert iktar diretta. “Folla kbira” li toħroġ “mit-​tribulazzjoni l-​kbira” wkoll se jkollha raġunijiet ġodda u persunali għala għandha tigglorifika lil Ġeħova.​—Rivelazzjoni 7:​9, 14.

49:6​—Il-​Messija b’liema mod hu “dawl għall-​ġnus,” għalkemm il-​ministeru tiegħu fuq l-​art kien limitat għal ulied Iżrael? Dan huwa minnu minħabba dak li ġara wara l-​mewt taʼ Ġesù. Il-​Bibbja tapplika Isaija 49:6 għad-​dixxipli tiegħu. (Atti 13:​46, 47) Illum, il-​Kristjani midlukin, bl-​għajnuna taʼ folla kbira t’aduraturi, qed jaqdu bħala “dawl għall-​ġnus,” billi jagħtu tidwil lin-​nies “sa truf l-​art.”​—Mattew 24:14; 28:​19, 20.

53:10​—Ġeħova f’liema sens għoġbu jgħakkes lil Ibnu? Żgur li kien taʼ wġigħ għal Ġeħova, l-​Alla tal-​mogħdrija u l-​empatija, biex jara lil Ibnu l-​maħbub isofri. Minkejja dan, Hu tgħaxxaq bl-​ubbidjenza li Ġesù wera minn jeddu u b’dak kollu li s-​sofferenza u l-​mewt tiegħu kellhom iwettqu.​—Proverbji 27:11; Isaija 63:​9.

53:11​—X’inhu l-​għarfien li bih il-​Messija se “jiġġustifika lill-​qaddej tiegħu quddiem il-​kotra”? Dan hu l-​għarfien li akkwista Ġesù billi ġie fuq l-​art, sar bniedem, u sofra b’mod inġust sal-​punt tal-​mewt. (Ebrej 4:​15) Hu b’hekk ipprovda sagrifiċċju taʼ fidwa, li kien meħtieġ sabiex jgħin lill-​Kristjani midlukin u lill-​folla l-​kbira biex jiksbu waqfa taʼ tjieba quddiem Alla.​—Rumani 5:​19; Ġakbu 2:​23, 25.

56:6​—Min huma “wlied il-​frustier,” jew il-​barranin, u b’liema modi ‘jżommu sħiħ fil-​patt’ taʼ Ġeħova? “Ulied il-​frustier” huma n-​“nagħaġ oħrajn” taʼ Ġesù. (Ġwanni 10:16) Huma jżommu sħiħ mal-​patt il-​ġdid fis-​sens li jobdu l-​liġijiet marbutin mal-​patt, jikkooperaw bis-​sħiħ maʼ l-​arranġamenti li jsiru permezz tiegħu, jieħdu mill-​istess ikel spiritwali bħall-​Kristjani midlukin, u jappoġġawhom fl-​ippridkar tas-​Saltna u x-​xogħol taʼ li jagħmlu dixxipli.

Lezzjonijiet Għalina:

40:​10-​14, 26, 28. Ġeħova huwa b’saħħtu u ġentili, mimli qawwa u għerf, u jifhem ħafna iktar milli nistgħu nifhmu aħna.

40:​17, 23; 41:29; 44:9; 59:4. L-​alleanzi politiċi u l-​idoli m’huma “xejn.” Il-​fiduċja fihom m’għandha ebda valur.

42:​18, 19; 43:8. Jekk nagħlqu għajnejna għall-​Kelma miktuba t’Alla u nagħlqu widnejna għall-​istruzzjoni tiegħu permezz taʼ “l-​ilsir leali u għaqli” nsiru għomja u torox spiritwalment.​—Mattew 24:45.

43:25. Ġeħova jħassar in-​nuqqasijiet tagħna minħabba ismu. Il-​fatt li aħna nkunu ħelsin mill-​jasar tad-​dnub u l-​mewt u li niksbu l-​ħajja jiġi fit-​tieni post wara t-​taqdis taʼ isem Ġeħova.

44:8. Aħna għandna l-​appoġġ taʼ Ġeħova, li hu stabbli u sod bħal blata. Qatt m’għandna nibżgħu nagħtu xiehda dwar id-​Divinità tiegħu!​—2 Samwel 22:​31, 32.

44:​18-​20. L-​idolatrija hija sinjal taʼ taħsir tal-​qalb. Xejn m’għandu jieħu post Ġeħova f’qalbna.

46:​10, 11. L-​abbiltà li jġiegħel li ‘jseħħ il-​ħsieb tiegħu,’ jiġifieri, li jwettaq l-​iskop tiegħu, hija prova assoluta tad-​Divinità taʼ Ġeħova.

48:​17, 18; 57:18b-​21 (57:​19-21, NW ). Jekk induru lejn Ġeħova għas-​salvazzjoni, nersqu qrib lejh, u nagħtu kas il-​kmandamenti tiegħu, il-​paċi tagħna tkun abbundanti bħall-​ilmijiet taʼ xmara tgelgel u l-​għemejjel retti tagħna bħall-​mewġ tal-​baħar. Dawk li ma jagħtux kas il-​Kelma t’Alla huma bħal “baħar imqanqal.” M’għandhomx paċi.

52:​5, 6. Il-​Babiloniżi b’mod żbaljat ikkonkludew li l-​Alla l-​veru kien dgħajjef. Huma ma rrikonoxxewx il-​fatt li Iżrael ittieħed fil-​jasar minħabba li l-​aġir tal-​poplu tiegħu m’għoġbux lil Ġeħova. Meta l-​għawġ jiġi fuq ħaddieħor, ikun għaqli li ma naqbdux u naslu għal konklużjonijiet għala huma qed jesperjenzaw dan.

52:​7-9; 55:​12, 13. Aħna għandna minn taʼ l-​inqas tliet raġunijiet għala għandna nieħdu sehem bil-​ferħ fl-​ippridkar tas-​Saltna u fix-​xogħol taʼ li nagħmlu dixxipli. Riġlejna huma sbieħ għal dawk l-​uħud umli li huma bil-​ġuħ spiritwalment. Aħna naraw lil Ġeħova ‘b’għajnejna,’ jew għandna relazzjoni mill-​qrib miegħu. Ingawdu wkoll prosperità spiritwali.

52:​11, 12. Sabiex inkunu kwalifikati biex inġorru t-​‘tagħmir tal-​Mulej’​—il-​provvedimenti tiegħu għas-​servizz sagru​—irridu nkunu nodfa spiritwalment u moralment.

58:​1-​14. Turijiet ipokriti taʼ devozzjoni u sewwa huma fiergħa. L-​aduraturi veri għandhom juru ħafna espressjonijiet ġenwini taʼ devozzjoni lejn Alla u atti taʼ mħabba taʼ l-​aħwa.​—Ġwanni 13:35; 2 Pietru 3:​11.

59:15b-19. Ġeħova josserva dak li jkunu qed jagħmlu l-​bnedmin u jintervieni meta jkun il-​waqt.

HI “GĦAD TKUN KURUNA TAʼ ĠMIEL”

(Isaija 60:1–​66:24)

Billi jipponta lejn it-​tiġdid tal-​qima vera fi żmien il-​qedem kif ukoll fi żmienna, Isaija 60:1 jgħid: “Qum! Ħa jiddi wiċċek! Id-​dawl tiegħek wasal! Jiddi fuqek sebħ il-​Mulej!” Sijon “għad tkun kuruna taʼ ġmiel f’id il-​Mulej.”​—Isaija 62:3.

Isaija jitlob lil Ġeħova għan-​nom tan-​nies f’pajjiżu li se juru ndiema waqt l-​eżilju tagħhom f’Babilonja. (Isaija 63:15–​64:12) Wara li jagħmel kuntrast bejn il-​qaddejja veri u dawk foloz, il-​profeta jiddikjara kif Ġeħova se jbierek lil dawk li jaqdu Lilu.​—Isaija 65:1–​66:24.

Mistoqsijiet Skritturali Mweġbin:

61:​8, 9​—X’inhu l-​“patt għal dejjem,” u min hu n-​‘nisel’? Dan hu l-​patt il-​ġdid li Ġeħova għamel mal-​Kristjani midlukin. In-​‘nisel’ hu n-​“nagħaġ oħrajn”​—il-​miljuni taʼ nies li jwieġbu għall-​messaġġ tagħhom.​—Ġwanni 10:16.

63:5​—L-​għadab t’Alla kif jieqaf miegħu, jew jappoġġah? L-​għadab t’Alla huwa emozzjoni kontrollata​—l-​għadab ġust tiegħu. L-​għadab tiegħu jieqaf miegħu u jimmotivah biex jesegwixxi l-​ġudizzji ġusti tiegħu.

Lezzjonijiet Għalina:

64:5 (64:​6, NW ). Bnedmin imperfetti ma jistgħux isalvaw lilhom infushom. Rigward it-​tpattija għad-​dnubiet tagħhom, l-​atti ġusti tagħhom huma biss bħal ċarruta maħmuġa.​—Rumani 3:​23, 24.

65:​13, 14. Ġeħova jbierek il-​qaddejja leali tiegħu, u jissodisfa l-​bżonn spiritwali tagħhom b’mod abbundanti.

66:​3-5. Ġeħova jobgħod l-​ipokrisija.

‘Ifraħ,’ Poplu

Kemm kienu taʼ faraġ il-​profeziji taʼ tiġdid għal-​Lhud leali li kienu qed jgħixu bħala eżiljati f’Babilonja! Ġeħova qal: ‘Ifirħu u aqbżu bil-​ferħ għal dejjem, minħabba f’dak li għad noħloq jien. Arani, se noħloq Ġerusalemm għall-​hena, il-​poplu tagħha għall-​ferħ.’​—Isaija 65:18.

Aħna wkoll ngħixu fi żmien li l-​art tinsab fi dlam u l-​ġnus fi sħab iswed. (Isaija 60:2) Bħalissa qed naraw “żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom.” (2 Timotju 3:1) Għalhekk, il-​messaġġ taʼ Ġeħova taʼ salvazzjoni provdut fil-​ktieb Bibliku taʼ Isaija hu taʼ inkuraġġiment kbir għalina.​—Ebrej 4:​12.

[Nota taʼ taħt]

a Għal diskussjoni taʼ Isaija 1:1–​35:​10, ara l-​artiklu “Il-​Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja​—Punti Prinċipali mill-​Ktieb taʼ Isaija​—I” fil-​ħarġa tat-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Diċembru, 2006.

[Stampa f’paġna 8]

Tafha r-​raġuni primarja għala Ħeżekija talab biex jiġi salvat mill-​Assirjani?

[Stampa f’paġna 11]

“Kemm huma sbieħ fuq il-​muntanji r-​riġlejn taʼ min iħabbar il-​bxara!”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja