LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 2/15 p. 3
  • Gawdi l-Art Sabiħa Tagħna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Gawdi l-Art Sabiħa Tagħna
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Materjal Simili
  • In-Natura Eċċezzjonali tax-Xemx Tagħna
    Stenbaħ!—2001
  • Is-Sistema Solari Unika Tagħna—Kif Bdiet Teżisti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Il-qawwa kreattiva—dak ‘li għamel is-sema u l-art’
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • X’Nitgħallmu mill-​Univers
    Stenbaħ!—2021
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 2/15 p. 3

Gawdi l-​Art Sabiħa Tagħna

L-​ASTRONOMI raw li l-​post fejn jgħixu l-​bnedmin huwa biss tikka ċkejkna fil-​firxiet bla qjies taʼ l-​univers bla tarf. Imkien iktar fl-​univers fiżiku ma nstabet il-​ħajja. Fuq il-​pjaneta Art biss eżistew eżattament il-​kundizzjonijiet tajbin.

Iktar minn hekk, aħna nistgħu ngawdu l-​ħajja fuq dan il-​globu mill-​isbaħ. Kemm hu pjaċevoli li tħoss is-​sħana tax-​xemx f’xi ġurnata kiesħa! Min minna ma jħossux imqanqal meta jara xi veduta spettakolari taʼ tlugħ jew inżul ix-​xemx? M’għandniex xi ngħidu, ix-​xemx tagħna tagħmel iktar milli sempliċement tpaxxi s-​sensi tagħna. Din hija vitali għall-​eżistenza nfisha tagħna.

Għal miljuni bla għadd taʼ snin, il-​forza tal-​gravità tax-​xemx żammet l-​art u pjaneti oħrajn f’orbiti stabbli. U, bħalma jitgħallmu l-​istudenti fl-​iskola, is-​sistema solari kollha kemm hi ddur madwar iċ-​ċentru tal-​galassja tagħna, it-​Triq tal-​Ħalib. Iżda fil-​galassja tagħna, ix-​xemx hija biss waħda minn iktar minn 100 biljun stilla li jduru madwar iċ-​ċentru tal-​galassja tagħna.

Il-galassja Triq tal-​Ħalib hi miżmuma bil-​gravità fi grupp taʼ madwar 35 galassja. Gruppi akbar jinkludu fihom eluf taʼ galassji. Is-​sistema solari tagħna x’aktarx li ma kinitx tkun daqshekk stabbli kieku kienet tinsab fi grupp taʼ galassji ferm akbar u densi. Iżda, tabilħaqq, ftit reġjuni fl-​univers “huma adattati għall-​ħajja komplikata bħal tagħna,” jgħidu Guillermo Gonzalez u Jay W. Richards fil-​ktieb tagħhom The Privileged Planet.

Hija l-​eżistenza tal-​ħajja fuq din il-​pjaneta l-​prodott taʼ xi kumbinazzjoni, ir-​riżultat aċċidentali taʼ xi parti mill-​“big bang”? Jew hemm xi skop akbar għall-​ħajja fuq din il-​pjaneta sabiħa Art?

Ħafna nies waslu għall-​konklużjoni li l-​art fejn ngħixu kienet disinjata speċifikament biex issostni l-​ħajja.a Sekli ilu, poeta Ebrew ġibed l-​attenzjoni lejn l-​art u s-​smewwiet. Hu kiteb: “Nħares lejn is-​smewwiet, għemil subgħajk, il-​qamar u l-​kwiekeb li int qegħedt fihom! X’inhu l-​bniedem?” (Salm 8:​4, 5 [8:​3, 4, NW]) Il-​poeta kien jemmen li bilfors kien hemm Ħallieq. Hija din konklużjoni raġunevoli fl-​era xjentifika li qed ngħixu fiha?

[Nota taʼ taħt]

a Ara l-​ktieb tas-​Salmi, b’mod partikulari Salm 8.

[Kaxxa/Stampa f’paġna 3]

“Minn ċerta distanza, l-​Art tiddi donnha xi ġojjell blu fid-​dlamijiet taʼ l-​ispazju,” jgħid The Illustrated Science Encyclopedia​—Amazing Planet Earth.

[Sors]

Globu: U.S. Fish & Wildlife Service, Washington, D.C./NASA

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja