LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 4/15 p. 3
  • Id-Dinja Krudila taʼ Llum

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Id-Dinja Krudila taʼ Llum
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Materjal Simili
  • Xi Nies Għala Jgħidu li Alla Hu Kattiv?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Il-Krudeltà—Qatt se Tintemm?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Aħfer U Insa Huwa Dan Possibbli?
    Stenbaħ!—1998
  • L-​Atroċitajiet X’inhi s-​Soluzzjoni t’Alla?
    Stenbaħ!—1998
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 4/15 p. 3

Id-​Dinja Krudila taʼ Llum

MARÍA kellha 64 sena u kienet tgħix waħedha. Hi nstabet mejta f’darha, imsawta u fgata b’wajer tal-​ħadid.

Grupp taʼ nies irrabjati ħebbew għal tliet pulizija, u akkużawhom li kienu ħatfu u serqu żewġ żgħażagħ. Dawn ferrgħu l-​pitrolju fuq tnejn mill-​pulizija u tawhom in-​nar, u nħarqu ħajjin. It-​tielet pulizija rnexxielu jiżgiċċa.

Telefonata anonima wasslet għal skoperta xokkanti. Midfunin fil-​ħamrija ġo ġnien kien hemm il-​fdalijiet t’erbat irġiel li kienu marru fuq btala. Kienu għattewlhom għajnejhom u rabtulhom idejhom. Mill-​awtopsja sar magħruf li huma kienu ġew midfunin ħajjin.

Dawn l-​atroċitajiet m’humiex xi xeni minn films tal-​biżaʼ kollhom krudeltà u vjolenza. Dawn ir-​rapporti huma kollha ġrajjiet veri li seħħew reċentement u li kienu l-​aħbarijiet ewlenin f’pajjiż fl-​Amerika Latina. Madankollu, dan il-​pajjiż bl-​ebda mod m’hu xi eċċezzjoni fid-​dinja taʼ llum.

Atti krudili saru ġrajjiet taʼ kuljum. Bombi, attakki terroristiċi, qtil, ġlied, sparar, u stupri huma biss frazzjoni żgħira t’atti krudili. Ħafna drabi, il-​mezzi tax-​xandir jippreżentaw rapporti dettaljati t’atroċitajiet, u ħafna nies m’għadhomx jixxokkjaw ruħhom meta jaraw jew jisimgħu bi krudeltajiet bħal dawn.

Għandek mnejn taħseb: ‘X’qed jiġrilha d-​dinja taʼ llum? X’sar minnhom il-​konsiderazzjoni għas-​sentimenti t’oħrajn u r-​rispett għall-​ħajja?’ Għala għandna ngħixu f’dinja bħal din?

Issa kkunsidra lil Harry, raġel taʼ 69 sena li kellu l-​kanċer. Martu tbati bil-​marda taʼ l-​isklerożi multipla, iżda l-​ġirien u l-​ħbieb tiegħu jgħinuh minn jeddhom. “Ma nafx x’nagħmlu mingħajr dawn in-​nies kollha li jgħinuna,” jgħid Harry. Fil-​Kanada, fejn jgħix hu, studju rrivela li iktar minn 50 fil-​mija minn dawk li jieħdu ħsieb l-​anzjani qed jgħinu lil xi ħadd li ma jiġix minnhom. Bla dubju, int taf b’xi nies ordinarji li minn jum għall-​ieħor juru qalb tajba u mħabba għall-​proxxmu. Iva, il-​bnedmin għandhom il-​potenzjal li jagħdru u juru qalb tajba minflok ma jkunu krudili.

Mela allura għala hawn daqshekk atroċitajiet? Xi jġiegħel lin-​nies jaġixxu bi krudeltà? Dawk li jittrattaw lil oħrajn bi krudeltà jistgħu jinbidlu? Il-​krudeltà qatt se tintemm? Jekk iva, kif u meta?

[Sors tal-​Istampa f’paġna 3]

Ferrovija: CORDON PRESS

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja