LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 4/15 p. 30
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Materjal Simili
  • Espresso L-​Essenza Tal-​Kafè
    Stenbaħ!—1997
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 4/15 p. 30

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Għandu Kristjan jevita xorb u ikel li jkun fihom il-​kafeina?

Il-​Bibbja ma tagħmilx projbizzjoni dwar jekk Kristjan għandux jieħu kafè, te, ċikkulata, maté, u luminati li jkun fihom il-​kafeina. Madankollu, l-​Iskrittura tipprovdi prinċipji li jistgħu jgħinuna nieħdu deċiżjonijiet għaqlin. L-​ewwel ejja nikkunsidraw għala xi nies jevitaw ix-​xorb u l-​ikel li jkun fihom il-​kafeina.

Raġuni ewlenija hi li l-​kafeina tistaʼ tiġi kunsidrata bħala li hi droga li teffettwa l-​burdata, billi għandha effett stimulanti fuq il-​moħħ. Tistaʼ wkoll iġġagħlek tiddependi minnha. Ktieb taʼ referenza popolari għall-​ispiżjara jgħid: “Li tieħu ammont kbir taʼ kafeina fuq tul taʼ żmien jistaʼ jipproduċi tolleranza, drawwa, u dipendenza psikoloġika. Meta dak li jkun jieqaf milli jieħu l-​kafeina f’daqqa jistaʼ jesperjenza wġigħ taʼ ras, irritazzjoni, nervożiżmu, ansjetà, u stordament.” L-​effett taʼ meta tieqaf milli tieħu l-​kafeina ġie kunsidrat biex jiġi inkluż fid-​Diagnostic and Statistical Manual of Mental Disorders (Manwâl taʼ l-​Istatistika u tad-​Dijanjosi tad-​Diżordni Mentali), flimkien maʼ l-​effetti taʼ meta twaqqaf drogi oħrajn. Għaldaqstant, huwa raġunevoli li xi Kristjani jkunu konċernati minħabba li huma jridu jevitaw kwalunkwe dipendenza u jixtiequ wkoll li juru r-​rażna.​—Galatin 5:​23.

Xi wħud jemmnu li l-​kafeina tistaʼ teffetwa s-​saħħa taʼ persuna jew taʼ tarbija li tkun għadha ma twilditx. Il-​Kristjani għandhom iħobbu ’l Alla ‘b’ruħhom kollha,’ u għalhekk huma ma jipprattikawx xi ħaġa li tqassrilhom il-​ħajja. U ladarba huma wkoll kmandati biex iħobbu lill-​proxxmu tagħhom, huma jżommu lura minn affarijiet li jistgħu jagħmlu l-​ħsara lil tarbija li tkun għadha ma twilditx.​—Luqa 10:​25-27.

Huwa tħassib bħal dan għas-​saħħa neċessarju? Hemm kontroversja dwar ir-​rabta bejn diversi mardiet u l-​konsum tal-​kafeina. Xi riċerkaturi saħansitra jirrapportaw li l-​kafè huwa tajjeb għas-​saħħa. Fl-​2006, ir-​rivista Time rrapportat: “Studji inizjali ssuġġerew [li l-​kafeina] tistaʼ twassal għall-​kanċer fil-​bużżieqa taʼ l-​awrina, pressjoni għolja u mard ieħor. Studji iktar reċenti mhux biss irrifjutaw dawn l-​istqarrijiet imma sabu li hemm benefiċċji sinifikanti. Jidher li l-​kafeina tipproteġi xi ftit mill-​ħsara fil-​kliewi, il-​marda taʼ Parkinson, id-​dijabete, l-​Alzheimer, il-​kalklu (ġebla fil-​fwied), id-​dipressjoni, u possibbilment xi forom oħra tal-​kanċer.” Rigward l-​użu tal-​kafeina, ġurnal irrapporta: “Iċ-​ċavetta​—mhix sorpriża​—hija l-​moderazzjoni.”

Kull Kristjan għandu jieħu deċiżjoni persunali bbażata fuq l-​fehma tiegħu taʼ l-​informazzjoni kurrenti li hija disponibbli dwar il-​kafeina u fuq il-​prinċipji tal-​Bibbja li mid-​dehra huma involuti. Per eżempju, mara Kristjana li tkun qed tistenna tarbija għandha mnejn tagħżel li tieqaf milli tieħu l-​kafeina matul it-​tqala jekk hi tikkonkludi li dan jistaʼ jkollu xi effett fuq it-​tarbija li għadha ma twilditx. Jekk Kristjan jinduna li jekk ma jiħux il-​kafeina fuq bażi regulari jsir irritabbli jew kemxejn ma jiflaħx, hu għandu mnejn jingħata l-​parir biex jastjeni mill-​kafeina, għallinqas temporanjament. (2 Pietru 1:​5, 6) Kristjani oħrajn għandhom jirrispettaw deċiżjonijiet simili, u ma jinsistux fuq l-​opinjoni tagħhom.

Hi x’inhi d-​deċiżjoni li tieħu rigward ix-​xorb u l-​ikel li jkun fihom il-​kafeina, żomm f’moħħok it-​twissija taʼ Pawlu: “Jekk tieklu jew tixorbu jew tagħmlu xi ħaġa oħra, agħmlu kollox għall-​glorja t’Alla.”​—1 Korintin 10:31.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja