LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 5/1 pp. 29-30
  • Żgħażagħ Intom Tmissu Qalb il-Ġenituri Tagħkom

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żgħażagħ Intom Tmissu Qalb il-Ġenituri Tagħkom
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Materjal Simili
  • Ġenituri—Ħarrġu lil Uliedkom bl-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Ġenituri—Għinu lit-Tfal Tagħkom Iħobbu lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Ġenituri, Tfal—Ikkomunikaw bl-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Uliedna —Wirt Prezzjuż
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 5/1 pp. 29-30

Żgħażagħ Intom Tmissu Qalb il-​Ġenituri Tagħkom

“M’GĦANDIX raġuni akbar minn din biex irrodd ħajr, li nismaʼ li wliedi jkomplu mexjin fil-​verità,” kiteb ix-​xwejjaħ appostlu Ġwanni. (3 Ġwanni 4) Għalkemm l-​ulied imsemmijin f’dan il-​vers Bibliku jirreferu għad-​dixxipli Kristjani, ġenitur li jibżaʼ minn Alla jistaʼ malajr jifhem dawn is-​sentimenti li esprima Ġwanni. Sewwasew bħalma l-​ġenituri jagħmlu differenza importanti fil-​ħajjiet taʼ wliedhom, hekk ukoll l-​ulied jagħmlu differenza kbira fil-​ħajjiet tal-​ġenituri tagħhom.

Is-Sultan Salamun taʼ Iżrael innota kemm l-​ulied jistgħu jeffettwaw bil-​kbir lill-​ġenituri tagħhom. Hu kiteb: “Iben għaref iferraħ lil missieru, iben iblah inikket ’l ommu.” (Proverbji 10:1) Għalhekk, it-​tfal kollha​—anki dawk li huma akbar fl-​età​—jagħmlu tajjeb li jikkunsidraw l-​effett li l-​azzjonijiet tagħhom iħallu fuq missierhom u ommhom. Dan għala huwa xieraq?

Aħseb ftit f’kemm ħadu ħsiebek il-​ġenituri tiegħek li jibżgħu minn Alla biex irabbuk! L-​interess tagħhom fik u t-​talb għalik bdew ħafna qabel ma twilidt. Wara li twilidt, iż-​żewġ ġenituri ħadu pjaċir jibnu relazzjoni miegħek u wisq probabbli rringrazzjaw lil Alla għall-​privileġġ u r-​responsabbiltà meraviljużi​—imma serji​—li għandhom bħala ġenituri. Issa kellhom jieħdu ħsieb persuna ċkejkna li għandha bżonn l-​għajnuna, u bħala aduraturi taʼ Ġeħova, huma ħadu din ir-​responsabbiltà bis-​serjetà.

Ladarba l-​ġenituri tiegħek huma Kristjani veri, huma fittxew fil-​Bibbja u fil-​letteratura bbażata fuqha għal gwida taʼ min joqgħod fuqha, u staqsew lil dawk li kienu rabbew it-​tfal qabilhom għall-​pariri. Huma komplew ukoll jesprimu t-​tħassib tagħhom dwarek lil Alla fit-​talb. (Mħallfin 13:8) Hekk kif bdejt tikber, il-​ġenituri tiegħek kienu jafu l-​kwalitajiet tajbin tiegħek imma ma injorawx id-​dgħjufijiet tiegħek. (Ġob 1:5) Maʼ l-​adoloxxenza waslu sfidi ġodda. Xi drabi għandek mnejn irribellajt, u l-​ġenituri tiegħek kellhom jitolbu iktar, jaqraw iktar, u jaħsbu iktar dwar kif jistgħu jgħinuk tibqaʼ tqim lil Missierek tas-​sema, Ġeħova.

Il-ġenituri tiegħek qatt ma jieqfu jkunu missier u omm. It-​tħassib tagħhom għall-​ġid fiżiku, mentali, emozzjonali, u spiritwali tiegħek jibqaʼ anki wara li tikber. Madankollu, matul dan iż-​żmien kollu, il-​ġenituri jiftakru li int kapaċi tagħżel dak li trid tagħmel u m’hemm ebda garanzija fuq kif se tiżvolġi ħajtek. Fl-​aħħar mill-​aħħar, int se tiddeċiedi għalik innifsek liema triq se taqbad.

Għalhekk, jekk ‘m’hemmx raġuni akbar minn din biex [il-ġenituri] jroddu ħajr’ meta jisimgħu li wliedhom “ikomplu mexjin fil-​verità,” l-​istess huwa minnu jekk is-​sitwazzjoni tkun bil-​kontra. Tabilħaqq, l-​ulied li ma jaġixxux bl-​għaqal iġibu niket lill-​ġenituri tagħhom. Salamun stqarr: “Iben iblah hu l-​għali taʼ missieru, u l-​imrar taʼ ommu li wilditu.” (Proverbji 17:25) Kemm jitnikktu bil-​kbir il-​ġenituri meta xi ħadd minn uliedhom jitlaq il-​qima taʼ l-​Alla l-​veru!

B’mod ċar, int tinfluwenza ħafna lill-​familja tiegħek u lil oħrajn. L-​imġiba tiegħek tmiss bil-​kbir qalb il-​ġenituri tiegħek. Jekk tagħti dahrek lil Alla u l-​prinċipji tiegħu, il-​ġenituri tiegħek se jbatu. Madankollu, il-​kuntrarju huwa minnu wkoll. Jekk tibqaʼ leali u ubbidjenti lejn Ġeħova, il-​ġenituri tiegħek se jkunu tassew ferħanin. Kun determinat li tferraħ qalb il-​ġenituri tiegħek! Liema għotja iktar prezzjuża tistaʼ tagħti lil dawk li rabbewk, ipproteġewk, u ħabbewk?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja