LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 7/15 pp. 13-15
  • Barżillaj—Bniedem li Kien Konxju tal-Limitazzjonijiet Tiegħu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Barżillaj—Bniedem li Kien Konxju tal-Limitazzjonijiet Tiegħu
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ribelljoni Kontra s-​Sultan
  • Is-​Sitwazzjoni Ddur bil-​Kontra
  • Modest u Realistiku
  • Il-​Bilanċ Huwa Meħtieġ
  • Barżillaj—Eżempju taʼ Modestja
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2022
  • Jagħmlu l-Frott Spiritwali sa fi Xjuħithom
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Int tistaʼ tibqaʼ modest waqt il-​provi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
  • Punti mit-2 Samwel
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 7/15 pp. 13-15

Barżillaj—Bniedem li Kien Konxju tal-​Limitazzjonijiet Tiegħu

‘GĦALA għandi nkun taʼ piż għalik?’ Ix-​xwejjaħ taʼ 80 sena li qal dan il-​kliem lis-​Sultan David taʼ Iżrael kien Barżillaj. Il-​Bibbja tgħid li hu kien “bniedem jagħmilha tajjeb ħafna,” żgur li minħabba l-​għana tiegħu. (2 Samwel 19:​33, 36 [19:​32, 35, NW]) Barżillaj kien jgħix fl-​art taʼ Gilgħad, reġjun muntanjuż fil-​lvant tax-​Xmara Ġordan.​—2 Samwel 17:27; 19:32 (19:​31, NW).

F’liema ċirkustanzi Barżillaj qal dak li qal lil David? U dan ir-​raġel xwejjaħ għala tkellem b’dan il-​mod?

Ribelljoni Kontra s-​Sultan

David kien fil-​periklu. Ibnu Absalom ħadlu t-​tron mingħajr jedd wara li “seraq qalb in-​nies taʼ Iżrael.” Kien jidher ċar li Absalom ma kien se jeħlisha lil ħadd li kien leali lejn missieru. Għal din ir-​raġuni, David u l-​qaddejja tiegħu telqu minn Ġerusalemm. (2 Samwel 15:​6, 13, 14) Meta David wasal Maħanajm, post li jinsab fil-​lvant tal-​Ġordan, Barżillaj għenu.

Barżillaj u żewġt irġiel oħrajn taw lil David abbundanza taʼ provvedimenti. Dawn it-​tliet sudditi leali wrew li fehmu s-​sitwazzjoni kritika tiegħu meta qalu dwar David u dwar l-​irġiel tiegħu: “Dawn in-​nies bil-​ġuħ, għajjiena u għatxana fid-​deżert.” Barżillaj, Sobi, u Makir għamlu kulma setgħu sabiex jissodisfaw dawn il-​bżonnijiet billi taw lil David u lill-​irġiel tiegħu sodod, qamħ, xgħir, dqiq, qamħ inkaljat, ful, għads inkaljat, għasel, butir, nagħaġ, u provvedimenti oħrajn.​—2 Samwel 17:​27-​29.

Kien taʼ riskju li jgħinu lil David. Probabbilment, lil kulmin kien jappoġġa lis-​sultan bi dritt Absalom ma kienx se jħallih għaddej mingħajr ma jikkastigah. Għalhekk, meta wera lealtà lejn David, Barżillaj wera kuraġġ.

Is-​Sitwazzjoni Ddur bil-​Kontra

Ftit wara dan, il-​forzi ribelli t’Absalom iltaqgħu maʼ l-​irġiel taʼ David. Seħħet battalja fil-​foresta t’Efrajm, x’aktarx li qrib Maħanajm. L-​armata t’Absalom ġiet megħluba, u “dakinhar saret ħerba kbira.” Għalkemm Absalom ipprova jaħrab, hu malajr inqatel.​—2 Samwel 18:​7-​15.

Għal darb’oħra, David reġaʼ sar is-​sultan taʼ Iżrael mingħajr oppożizzjoni. Is-​segwaċi tiegħu ma kinux se jibqgħu jgħixu bħala refuġjati. Iktar minn hekk, il-​lealtà tagħhom ġabitilhom ir-​rispett u l-​gratitudni taʼ David.

Meta David kien se jirritorna Ġerusalemm, “Barżillaj il-​Gilgħadi, niżel minn Rogelim; u wassal is-​sultan sal-​Ġordan.” F’dik l-​okkażjoni, David għamel din l-​istedina lix-​xwejjaħ Barżillaj: “Int ejja miegħi, u jien nitimgħek miegħi Ġerusalemm.”​—2 Samwel 19:​16, 32, 34 (19:​15, 31, 33, NW).

Żgur li David kien apprezza bil-​kbir l-​għajnuna taʼ Barżillaj. Milli jidher ma kinitx biss kwistjoni li s-​sultan ried jirritorna l-​favur li għamillu billi jipprovdilu n-​neċessitajiet materjali. Ladarba Barżillaj kien għani, hu ma kellux bżonn dan it-​tip t’għajnuna. X’aktarx li David riedu fil-​qorti rjali minħabba l-​kwalitajiet taʼ min jammirahom li dan ir-​raġel xwejjaħ kellu. Post permanenti fil-​qorti rjali kien ikun t’unur, u kien jippermetti lil Barżillaj igawdi l-​privileġġi taʼ ħbiberija mas-​sultan.

Modest u Realistiku

Bi tweġiba għall-​istedina tas-​Sultan David, Barżillaj qal: “Kemm baqagħli snin x’ngħix biex noqgħod nitlaʼ Ġerusalemm għand is-​sultan? Jiena llum għandi t-​tmenin sena tiegħi; nistaʼ jien nagħraf it-​tajjeb u l-​ħażin? Jew jistaʼ l-​qaddej tiegħek jiggosta li jiekol u jixrob? Jew nistaʼ jien nismaʼ l-​leħen taʼ l-​għannejja rġiel jew nisa?” (2 Samwel 19:​35, 36 [19:​34, 35, NW]) Għalhekk, Barżillaj bir-​rispett kollu m’aċċettax l-​istedina u rrifjuta dan il-​privileġġ mill-​aqwa. Imma għala?

Raġuni waħda għad-​deċiżjoni taʼ Barżillaj setgħet kienet l-​età avanzata tiegħu u l-​limitazzjonijiet li din ġabet magħha. Barżillaj setaʼ ħass li ma kienx se jgħix ħafna iktar. (Salm 90:10) Hu kien għamel kulma setaʼ biex jappoġġa lil David, imma hu kien konxju wkoll tal-​limitazzjonijiet li l-​età avanzata ġabet fuqu. Barżillaj ma ppermettiex il-​ħsieb tal-​prestiġju u l-​prominenza jżommu lura milli jiżen il-​kapaċitajiet tiegħu b’mod realistiku. Kuntrarju għall-​ambizzjuż Absalom, hu b’mod għaqli wera li kien modest.​—Proverbji 11:​2, NW.

Raġuni oħra għad-​deċiżjoni taʼ Barżillaj setgħet kienet li hu xtaq li l-​limitazzjonijiet tiegħu ma jkunu t’ebda ostaklu għall-​attività tas-​sultan maħtur minn Alla. Barżillaj staqsa: “Għala l-​qaddej tiegħek għandu jkun taʼ piż għal sidi s-​sultan?” (2 Samwel 19:36 [19:​35, NW]) Għalkemm hu kien għadu jappoġġa lil David, Barżillaj x’aktarx li kien jemmen li raġel iżgħar minnu kien se jwettaq l-​inkarigi b’mod iktar effettiv. Billi nassumu li kien qed jirreferi għal ibnu stess, Barżillaj qal: “Iva hawn Kimħam; ħa jgħaddi maʼ sidi s-​sultan, u agħmel miegħu dak li jidhirlek tajjeb f’għajnejk.” Minflok ma ħa għalih, David aċċetta dan is-​suġġeriment. Fil-​fatt, qabel ma qasam il-​Ġordan, David “bies lil Barżillaj u bierku.”​—2 Samwel 19:​38-​40 (19:​37-​39, NW).

Il-​Bilanċ Huwa Meħtieġ

Ir-​rakkont dwar Barżillaj jenfasizza l-​ħtieġa tal-​bilanċ. Minn banda, aħna m’għandniex nirrifjutaw xi privileġġ taʼ servizz jew nevitaw li nistinkaw għalih minħabba li rridu ngħixu fil-​kwiet jew għax ma nħossuniex kapaċi nerfgħu r-​responsabbiltà. Alla jistaʼ jgħinna fejn aħna neqsin jekk nistrieħu fuqu għall-​qawwa u l-​għerf.​—Filippin 4:​13; Ġakbu 4:​17; 1 Pietru 4:​11.

Mill-banda l-​oħra, għandna bżonn nirrikonoxxu l-​limitazzjonijiet tagħna. Per eżempju, ejja ngħidu li Kristjan diġà jinsab tassew okkupat b’attivitajiet spiritwali. Hu jirrealizza li jekk jaċċetta iktar privileġġi, ikun qed jirriskja li jittraskura responsabbiltajiet Skritturali bħal li jipprovdi materjalment u spiritwalment għall-​familja tiegħu. F’sitwazzjoni bħal din, ma jkunx hu qed juri modestja u raġunevolezza jekk ma jaċċettax iktar privileġġi fil-​preżent?​—Filippin 4:5; 1 Timotju 5:8.

Barżillaj jipprovdi eżempju mill-​aqwa, u aħna nagħmlu tajjeb jekk nimmeditaw dwaru. Hu kien leali, kuraġġuż, ġeneruż, u modest. Fuq kollox, Barżillaj kien determinat li jpoġġi l-​interessi t’Alla qabel tiegħu stess.​—Mattew 6:​33.

[Mappa f’paġna 15]

(Għall-formazzjoni sħiħa tat-test, ara pubblikazzjoni)

Fl-​età taʼ tmenin sena, Barżillaj għamel vjaġġ taʼ strapazz sabiex jgħin lil David

GILGĦAD

Rogelim

Sukkot

Maħanajm

Ix-​Xmara Ġordan

Gilgal

Ġeriko

Ġerusalemm

EFRAJM

[Stampa f’paġna 13]

Barżillaj għala m’aċċettax l-​offerta taʼ David?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja