LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w08 10/1 pp. 16-17
  • Dwar Kif Għandna Nittrattaw lil Oħrajn

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Dwar Kif Għandna Nittrattaw lil Oħrajn
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għala għandna nuru qalb tajba?
  • Għala għandna naħfru?
  • Kif jistgħu l-​familji jkunu ferħanin?
  • Għala għandna napplikaw dawn il-​prinċipji?
  • Kif Tistaʼ Tagħmel il-​Ħajja tal-​Familja Tiegħek Hienja
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • ‘Komplu Aħfru lil Xulxin Liberament’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Taħfer Int Bħalma Jaħfer Jehovah?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Dwar il-Ħajja tal-Familja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
w08 10/1 pp. 16-17

Dak li Nitgħallmu Minn Ġesù

Dwar Kif Għandna Nittrattaw lil Oħrajn

Għala għandna nuru qalb tajba?

Turi int qalb tajba man-​nies anki meta ma jurux qalb tajba miegħek? Jekk irridu nixbhu lil Ġesù, għandna nuru qalb tajba saħansitra maʼ dawk li jobogħduna. Ġesù qal: “Jekk tħobbu lil min iħobbkom, x’mertu għandkom? Għax il-​midinbin ukoll iħobbu lil min iħobbhom. . . . Għall-​kuntrarju, komplu ħobbu lill-​għedewwa tagħkom . . . , u tkunu wlied l-​Iktar Għoli, għax hu qalbu tajba maʼ l-​ingrati u l-​ħżiena.”—Luqa 6:32-36; 10:25-37.

Għala għandna naħfru?

Meta niżbaljaw irridu li Alla jaħfrilna. Ġesù għallem li huwa xieraq għalina li nitolbu għall-​maħfra t’Alla. (Mattew 6:12) Għalhekk, Ġesù qal ukoll li Alla se jaħfrilna biss jekk aħna nkunu lesti li naħfru lil oħrajn. Hu qal: “Għax jekk taħfru lill-​bnedmin in-​nuqqasijiet tagħhom, Missierkom tas-​sema se jaħfrilkom ukoll; filwaqt li jekk ma taħfrux lill-​bnedmin in-​nuqqasijiet tagħhom, lanqas Missierkom ma se jaħfer in-​nuqqasijiet tagħkom.”—Mattew 6:14, 15.

Kif jistgħu l-​familji jkunu ferħanin?

Għalkemm Ġesù qatt ma żżewweġ, aħna nistgħu nitgħallmu ħafna minnu dwar kif nagħmlu l-​ħajja tal-​familja ferħana. Kemm bi kliemu kif ukoll bl-​aġir tiegħu, hu ħallielna mudell biex nimitawh. Ikkunsidra t-​tliet punti li ġejjin:

1. Raġel għandu jħobb lil martu bħal ġismu stess. Ġesù ħalla l-​eżempju għall-​irġiel. Hu qal lid-​dixxipli tiegħu: “Qed nagħtikom kmandament ġdid, li tħobbu lil xulxin.” Sa liema punt? “Bħalma ħabbejtkom jien,” jgħid hu. (Ġwanni 13:34) Il-​Bibbja tapplika dan il-​prinċipju għall-​irġiel billi tgħid: “Irġiel, komplu ħobbu lin-​nisa tagħkom, bħalma l-​Kristu wkoll ħabb lill-​kongregazzjoni u ta lilu nnifsu għaliha . . . L-​irġiel b’dan il-​mod għandhom iħobbu lin-​nisa tagħhom, bħal ġisimhom stess. Min iħobb lil martu jħobb lilu nnifsu, għax ebda bniedem qatt ma bagħad lil ġismu stess; imma jitimgħu u jgħożżu, bħalma l-​Kristu jagħmel ukoll lill-​kongregazzjoni.”—Efesin 5:25, 28, 29.

2. L-​imseħbin fiż-​żwieġ għandhom ikunu leali lejn xulxin. Huwa dnub kontra Alla li jkollok relazzjonijiet sesswali barra ż-​żwieġ u dan ikisser il-​familji. Ġesù qal: “Ma qrajtux . . . ‘Minħabba f’hekk raġel iħalli lil missieru u lil ommu u jingħaqad maʼ martu, u t-​tnejn ikunu ġisem wieħed’? Mela m’għadhomx iżjed tnejn, imma ġisem wieħed. Għalhekk, dak li Alla għaqqad flimkien ħa ma jifirdu ebda bniedem. . . . Jien ngħidilkom li kulmin jiddivorzja lil martu, ħlief minħabba ż-​żína, u jiżżewweġ oħra jagħmel adulterju.”—Mattew 19:4-9.

3. It-​tfal għandhom ikunu sottomessi lejn il-​ġenituri tagħhom. Għalkemm Ġesù kien perfett u l-​ġenituri tiegħu kienu imperfetti, bħala tifel hu kien jobdihom. Dwar meta Ġesù kellu 12-il sena, il-​Bibbja tgħid: “Imbagħad niżel magħhom [mal-ġenituri tiegħu] u ġie Nazaret, u baqaʼ sottomess lejhom.”—Luqa 2:51; Efesin 6:1-3.

Għala għandna napplikaw dawn il-​prinċipji?

Dwar il-​lezzjonijiet li Ġesù għallem lid-​dixxipli tiegħu, hu qal: “Jekk tafu dan, henjin intom jekk tagħmluh.” (Ġwanni 13:17) Sabiex inkunu Kristjani veri, irridu napplikaw il-​pariri li tana Ġesù dwar kif nittrattaw lil oħrajn. Hu qal: “B’dan ikun jaf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jekk ikollkom l-​imħabba bejnietkom.”—Ġwanni 13:35.

Għal iktar informazzjoni ara kapitlu 14 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament?a

[Nota taʼ taħt]

a Pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

[Stampa f’paġna 16, 17]

Il-​parabbola taʼ Ġesù dwar l-​iben il-​ħali tgħallimna l-​importanza tal-​qalb tajba u l-​maħfra. —Luqa 15:11-32.

[Stampa f’paġna 17]

L-​imseħbin fiż-​żwieġ għandhom ikunu leali lejn xulxin

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja