LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w08 11/15 pp. 6-7
  • Naqdu lil Alla b’“Qalb u Ruħ Waħda”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Naqdu lil Alla b’“Qalb u Ruħ Waħda”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Materjal Simili
  • Għoti bil-Ferħ mill-Qalb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Issib Int Ferħ fil-‘Privileġġ li Tagħti b’Qalb Tajba’?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • ‘Ħa Nippreżentaw Offerta lil Ġeħova’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • “Il-Barka tal-Mulej Iġġib l-Għana”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
w08 11/15 pp. 6-7

Naqdu lil Alla b’“Qalb u Ruħ Waħda”

IL-​LHUD u l-​proseliti jinġabru madwar id-​dixxipli taʼ Ġesù Kristu. Hija l-​Festa taʼ Pentekoste, u dawn il-​viżitaturi ġew Ġerusalemm mill-​bogħod, saħansitra minn Ruma lejn il-​punent u mill-​Partija lejn il-​lvant. F’din il-​folla qed jinstemgħu diversi lingwi. Madankollu, id-​dixxipli taʼ Ġesù li qed ikellmuhom huma Galilin. Xi wħud mill-​viżitaturi mistagħġbin jistaqsu: “Kif inhu li kull wieħed minna qed jismaʼ l-​lingwa t’art twelidu?”—Atti 2:8.

L-appostlu Pietru jqum bil-​wieqfa u jispjega x’kienet il-​bażi tal-​miraklu li kienu qed jaraw b’għajnejhom. Ir-​reazzjoni hija immedjata. Eluf taʼ wħud ġodda jitgħammdu! (Atti 2:41) Għalkemm il-​kongregazzjoni tikber b’ħeffa kbira, tibqaʼ magħquda. “Il-​kotra taʼ dawk li kienu emmnu kienu qalb u ruħ waħda,” jgħid Luqa, wieħed mill-​kittieba tal-​Bibbja.—Atti 4:32.

L-eluf taʼ nies li tgħammdu fil-​jum taʼ Pentekoste tas-​sena 33 E.K. riedu jibqgħu iktar f’Ġerusalemm sabiex jitgħallmu iktar dwar il-​fidi ġdida tagħhom. Imma huma ma kinux ġew bil-​ħsieb li jdumu ħafna żmien hemmhekk. Għaldaqstant, saret ġabra temporanja taʼ riżorsi finanzjarji. Ċerti wħud minn dawk li kienu jemmnu biegħu minn jeddhom xi affarijiet li kellhom u l-​flus li nġabru ngħataw lill-​appostli biex iqassmuhom lil dawk li kellhom bżonn. (Atti 2:42-47) Xi spirtu mill-​aħjar taʼ mħabba u ġenerożità!

Il-Kristjani veri minn dejjem kellhom dan l-​ispirtu taʼ mħabba u ġenerożità. Illum, il-​kongregazzjoni Kristjana tkompli taqdi lil Ġeħova f’unità b’“qalb u ruħ waħda.” Kristjani individwali jikkontribwixxu b’mod ġeneruż mill-​ħin, l-​enerġija, u l-​fondi tagħhom biex jippridkaw l-​aħbar tajba u jippromwovu l-​interessi tas-​Saltna t’Alla.—Ara l-​kaxxa “Modi Kif Xi Wħud Jagħżlu li Jagħtu.”

[Kaxxa f’paġna 6, 7]

MODI KIF XI WĦUD JAGĦŻLU LI JAGĦTU

KONTRIBUZZJONIJIET GĦAX-​XOGĦOL MADWAR ID-​DINJA

Ħafna jwarrbu, jew ifaddlu, ammont li jitfgħuh fil-​kaxxi għall-​kontribuzzjonijiet immarkati “Xogħol Madwar id-​Dinja.”

Kull xahar, il-​kongregazzjonijiet jibagħtu dawn l-​ammonti lill-​uffiċċju tax-​Xhieda taʼ Ġeħova li jieħu ħsieb ix-​xogħol f’pajjiżhom. Donazzjonijiet volontarji taʼ flus jistgħu wkoll jintbagħtu direttament lill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc., Attention Treasurer’s Office, 25 Columbia Heights, Brooklyn, New York 11201-2483, jew lill-​uffiċċju tal-​fergħa tax-​Xhieda taʼ Ġeħova li jieħu ħsieb ix-​xogħol f’pajjiżek. Iċ-​ċekkijiet li jintbagħtu fl-​indirizz t’hawn fuq għandhom ikunu pagabbli lill-​“Watchtower.” Ġojjelli jew affarijiet prezzjużi oħrajn jistgħu jingħataw bħala donazzjoni wkoll. Maʼ dawn il-​kontribuzzjonijiet għandha tintbagħat ittra qasira li tistqarr li din hija għotja għalkollox.

ARRANĠAMENT TAʼ DONAZZJONI KUNDIZZJONALI

Il-​flus jistgħu jitpoġġew b’fedekommess mal-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania biex jintużaw madwar id-​dinja. Madankollu, jekk jiġu mitlubin, il-​flus jerġgħu jingħataw lura. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-​Uffiċċju tat-​Teżorier billi tikteb fl-​indirizz li ngħata fil-​paragrafu taʼ qabel jew billi ċċempel (718) 560-7500.

IPPJANAR ĠENERUŻ

Minbarra l-​flus li jingħataw għalkollox bħala rigal, hemm metodi oħrajn kif wieħed jagħmel għotjiet li jkunu taʼ benefiċċju għas-​servizz tas-​Saltna mad-​dinja kollha. Dawn jinkludu:

Assigurazzjoni: Il-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania tistaʼ tiġi nominata bħala l-​benefiċjarja taʼ polza t’assigurazzjoni fuq il-​ħajja jew taʼ pjan taʼ rtirar mix-​xogħol jew pensjoni.

Kontijiet fil-​Bank: Kontijiet fil-​bank, ċertifikati taʼ depożitu, jew kontijiet individwali taʼ rtirar mix-​xogħol jistgħu jingħataw b’fedekommess jew jintgħamlu pagabbli mal-​mewt lill-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania, fi qbil mal-​ħtiġijiet tal-​bank lokali.

Ishma u Titoli: Jistgħu jingħataw ishma u titoli b’donazzjoni lill-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania bħala għotja għalkollox.

Proprjetà Immobbli: Proprjetà immobbli li tistaʼ tinbiegħ tistaʼ tingħata b’donazzjoni bħala għotja għalkollox jew, fil-​każ taʼ proprjetà residenzjali, billi d-​donatur iżomm il-​proprjetà u jkompli jgħix fiha sakemm idum ħaj. Ikkuntattja lill-​uffiċċju tal-​fergħa f’pajjiżek qabel ma tagħmel kuntratt biex tagħti xi proprjetà immobbli.

Testmenti u Fedekommessi: Jistgħu jitħallew xi flus jew proprjetà lill-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania permezz taʼ testment effettwat bil-​liġi, jew inkella l-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania tistaʼ tiġi nominata bħala l-​benefiċjarja taʼ ftehim fedekommess. Fedekommess li jkun taʼ benefiċċju għal organizzazzjoni reliġjuża jistaʼ jipprovdi ċerti vantaġġi mit-​taxxi.

Bħalma jimplika t-​terminu “ppjanar ġeneruż,” dawn it-​tipi taʼ donazzjonijiet jirrikjedu ġeneralment xi ppjanar min-​naħa tad-​donatur. Tħejja browxer bl-​Ingliż u bl-​Ispanjol intitolat Charitable Planning to Benefit Kingdom Service Worldwide biex jgħin lill-​individwi li jkunu jixtiequ jagħmlu xi forma taʼ ppjanar ġeneruż għall-​benefiċċju tax-​xogħol taʼ madwar id-​dinja tax-​Xhieda taʼ Ġeħova. Il-​browxer inkiteb sabiex jipprovdi informazzjoni rigward il-​modi differenti kif jistgħu jintgħamlu l-​għotjiet issa jew b’testment mal-​mewt. Wara li qraw il-​browxer u ħadu parir mingħand il-​konsulenti legali jew tat-​taxxi tagħhom, ħafna setgħu jgħinu biex jappoġġaw l-​attivitajiet reliġjużi u umanitarji tagħna madwar id-​dinja u fl-​istess ħin jieħdu l-​massimu mill-​benefiċċji marbutin mat-​taxxi talli għamlu dan. Dan il-​browxer jistaʼ jinkiseb billi wieħed jistaqsi għal kopja direttament miċ-​Charitable Planning Office.

Għal iktar informazzjoni, tistaʼ tikkuntattja liċ-​Charitable Planning Office, b’ittra jew bit-​telefon, fl-​indirizz t’hawn taħt, jew tistaʼ tikkuntattja l-​uffiċċju tax-​Xhieda taʼ Ġeħova li jieħu ħsieb ix-​xogħol f’pajjiżek.

Charitable Planning Office

Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania

100 Watchtower Drive

Patterson, New York 12563-9204

Telefon: (845) 306-0707

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja