KONTRIBUZZJONIJIET GĦAX-XOGĦOL TAʼ MADWAR ID-DINJA
Ħafna jwarrbu, jew ifaddlu, ammont li jitfgħuh fil-kaxxi għall-kontribuzzjonijiet immarkati “Xogħol taʼ Madwar id-Dinja.”
Kull xahar, il-kongregazzjonijiet jibagħtu dawn l-ammonti lill-uffiċċju tax-Xhieda taʼ Ġeħova li jieħu ħsieb ix-xogħol f’pajjiżhom. Donazzjonijiet volontarji taʼ flus jistgħu wkoll jintbagħtu direttament lill-Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc., Attention Treasurer’s Office, 25 Columbia Heights, Brooklyn, New York 11201-2483, jew lill-uffiċċju tal-fergħa tax-Xhieda taʼ Ġeħova li jieħu ħsieb ix-xogħol f’pajjiżek. (Donazzjonijiet volontarji msemmijin fis-sezzjonijiet li ġejjin ukoll jistgħu jintbagħtu lill-uffiċċju tal-fergħa tax-Xhieda taʼ Ġeħova li jieħu ħsieb ix-xogħol f’pajjiżek.) Iċ-ċekkijiet li jintbagħtu fl-indirizz t’hawn fuq għandhom ikunu pagabbli lill-“Watchtower.” Ġojjelli jew affarijiet prezzjużi oħrajn jistgħu jingħataw bħala donazzjoni wkoll. Ma’ dawn il-kontribuzzjonijiet għandha tintbagħat ittra qasira li tistqarr li din hija għotja għalkollox.
ARRANĠAMENT TAʼ DONAZZJONI KUNDIZZJONALI
Il-flus jistgħu jitpoġġew b’fedekommess mal-Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania biex jintużaw madwar id-dinja. Madankollu, jekk jiġu mitlubin, il-flus jerġgħu jingħataw lura. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Uffiċċju tat-Teżorier billi tikteb fl-indirizz li ngħata fil-paragrafu taʼ qabel jew billi ċċempel (718) 560-7500.
IPPJANAR ĠENERUŻ
Minbarra l-flus li jingħataw għalkollox bħala rigal, hemm metodi oħrajn kif wieħed jagħmel għotjiet li jkunu taʼ benefiċċju għas-servizz tas-Saltna mad-dinja kollha. Dawn jinkludu:
Assigurazzjoni:
Il-Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania tistaʼ tiġi nominata bħala l-benefiċjarja taʼ polza t’assigurazzjoni fuq il-ħajja jew taʼ pjan taʼ rtirar mix-xogħol jew pensjoni.
Kontijiet fil-Bank:
Kontijiet fil-bank, ċertifikati taʼ depożitu, jew kontijiet individwali taʼ rtirar mix-xogħol jistgħu jingħataw b’fedekommess jew jintgħamlu pagabbli mal-mewt lill-Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania, fi qbil mal-ħtiġijiet tal-bank lokali.
Ishma u Titoli:
Jistgħu jingħataw ishma u titoli b’donazzjoni lill-Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania bħala għotja għalkollox jew il-Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania tistaʼ titniżżel bħala l-benefiċjarja f’każ taʼ mewt.
Proprjetà Immobbli:
Proprjetà immobbli li tistaʼ tinbiegħ tistaʼ tingħata b’donazzjoni bħala għotja għalkollox jew, fil-każ taʼ proprjetà residenzjali, billi d-donatur iżomm il-proprjetà u jkompli jgħix fiha sakemm idum ħaj. Ikkuntattja lill-uffiċċju tal-fergħa f’pajjiżek qabel ma tagħmel kuntratt biex tagħti xi proprjetà immobbli.
Għotja Annwali:
L-għotja annwali hija arranġament li permezz tiegħu wieħed jittrasferixxi l-flus jew titoli taʼ sigurtà lil korporazzjoni magħżula li tintuża mix-Xhieda taʼ Ġeħova. Il-wieħed li jagħti l-flus, jew xi ħadd magħżul minnu, mill-banda l-oħra jirċievi ħlas speċifiku kull sena matul ħajtu kollha. Il-wieħed li jagħti l-flus titnaqqaslu t-taxxa tad-dħul għas-sena li fiha tiġi stabbilita l-għotja annwali.
Testmenti u Fedekommessi:
Jistgħu jitħallew xi flus jew proprjetà lill-Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania permezz taʼ testment effettwat bil-liġi, jew inkella l-Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania tistaʼ tiġi nominata bħala l-benefiċjarja taʼ ftehim fedekommess. Fedekommess li jkun taʼ benefiċċju għal organizzazzjoni reliġjuża jistaʼ jipprovdi ċerti vantaġġi mit-taxxi.
Bħalma jimplika t-terminu “ppjanar ġeneruż,” dawn it-tipi taʼ donazzjonijiet jirrikjedu ġeneralment xi ppjanar min-naħa tad-donatur. Tħejja browxer bl-Ingliż u bl-Ispanjol intitolat Charitable Planning to Benefit Kingdom Service Worldwide biex jgħin lill-individwi li jkunu jixtiequ jagħmlu xi forma taʼ ppjanar ġeneruż għall-benefiċċju tax-xogħol taʼ madwar id-dinja tax-Xhieda taʼ Ġeħova. Il-browxer inkiteb sabiex jipprovdi informazzjoni rigward il-modi differenti kif jistgħu jintgħamlu l-għotjiet issa jew b’testment mal-mewt. Wara li qraw il-browxer u ħadu parir mingħand il-konsulenti legali jew tat-taxxi tagħhom, ħafna setgħu jgħinu biex jappoġġaw l-attivitajiet reliġjużi u umanitarji tagħna madwar id-dinja u fl-istess ħin jieħdu l-massimu mill-benefiċċji marbutin mat-taxxi talli għamlu dan. Dan il-browxer jistaʼ jinkiseb billi wieħed jistaqsi għal kopja direttament miċ-Charitable Planning Office.
Għal iktar informazzjoni, tistaʼ tikkuntattja liċ-Charitable Planning Office, b’ittra jew bit-telefon, fl-indirizz t’hawn taħt, jew tistaʼ tikkuntattja l-uffiċċju tal-fergħa li jieħu ħsieb ix-xogħol f’pajjiżek.
Charitable Planning Office
Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
100 Watchtower Drive
Patterson, New York 12563-9204
Telefon: (845) 306-0707