LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w10 4/1 p. 15
  • Kont Taf?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kont Taf?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Materjal Simili
  • Veru eżista Ġesù?
    Stenbaħ!—2016
  • Ġesù Kristu—Evidenza li Hu Għex Fuq L-Art
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • It-“Testment il-Ġdid”−Storja jew Ħrafa?
    Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
w10 4/1 p. 15

Kont Taf?

Liema evidenza hemm minbarra l-​Bibbja li Ġesù kien persunaġġ storiku reali?

▪ Għadd taʼ kittieba sekulari li kienu jgħixu kważi fl-​istess żmien taʼ Ġesù semmewh b’mod speċifiku. Fosthom kien hemm Kornelju Taċitu, li niżżel bil-​miktub l-​istorja taʼ Ruma taħt l-​imperaturi. Rigward nar li ħarbat lil Ruma fis-​sena 64 E.K., Taċitu jirrakkonta li kien hemm xniegħa li l-​Imperatur Neruni kien responsabbli għad-​diżastru. Taċitu jgħid li Neruni pprova jitfaʼ l-​ħtija fuq grupp li l-​poplu kien isejħilhom Kristjani. Taċitu kiteb: “Kristus, li minnu ttieħed l-​isem tagħhom, ġie maqtul mill-​prokuratur Ponzju Pilatu fir-​renju taʼ Tiberju.”—Annals, XV, 44.

L-​istorjografu Lhudi Ġużeppi Flavju wkoll isemmi lil Ġesù. Meta kien qed jiddiskuti ġrajjiet li seħħew bejn il-​mewt taʼ Festu, il-​gvernatur Ruman tal-​Lhudija madwar is-​sena 62 E.K., u l-​wasla tas-​suċċessur tiegħu, Albinu, Ġużeppi Flavju jgħid li l-​Qassis il-​Kbir Ananu (Anna) “laqqaʼ flimkien l-​imħallfin tas-​Sinedriju u ġab quddiemhom raġel jismu Ġakbu, ħu Ġesù li kien jissejjaħ il-​Kristu, u xi oħrajn.”—Jewish Antiquities, XX, 200 (ix, 1).

Ġesù għala ssejjaħ Kristu?

▪ Ir-​rakkonti tal-​Evanġelju jgħidu li meta l-​anġlu Gabrijel deher lil Marija biex jgħidilha li se toħroġ tqila, hu qalilha li lil binha għandha ssemmih Ġesù. (Luqa 1:31) Dan l-​isem kien komuni mhux ħażin fost il-​Lhud fiż-​żminijiet Bibliċi. L-​istorjografu Lhudi Ġużeppi Flavju kiteb dwar 12-​il persuna oħra, minbarra dawk li huma msemmijin fl-​Iskrittura, li kellhom dan l-​isem. Iben Marija kien imsejjaħ “in-​Nazzarenu,” biex jidentifikah bħala dak Ġesù li ġie minn Nazaret. (Marku 10:47) Hu kien magħruf ukoll bħala “l-​Kristu,” jew Ġesù Kristu. (Mattew 16:16) Xi jfisser dan?

Il-​kelma Maltija “Kristu” ġejja mill-​kelma Griega Khri·stosʹ, li hi ekwivalenti għall-​kelma Ebrajka Ma·shiʹach (Messija). Iż-​żewġ kelmiet letteralment ifissru “Midluk.” Dan it-​terminu kien użat b’mod xieraq għal oħrajn qabel Ġesù. Pereżempju, Mosè, Aron, u s-​Sultan David kollha kienu midlukin, jiġifieri, kienu maħturin minn Alla f’pożizzjonijiet taʼ responsabbiltà u awtorità. (Levitiku 4:3; 8:12; 2 Samwel 22:51; Ebrej 11:24-​26) Ġesù, il-​Messija mbassar, kien ir-​rappreżentant ewlieni taʼ Ġeħova. Għalhekk, Ġesù b’mod xieraq irċieva t-​titlu “Kristu, Bin l-​Alla l-​ħaj.”—Mattew 16:16; Danjel 9:25.

[Stampa f’paġna 15]

Stampa taʼ Ġużeppi Flavju minn artist

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja