LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w11 1/1 p. 7
  • Kun Għaqli fl-Għażla tal-Ħbieb Tiegħek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kun Għaqli fl-Għażla tal-Ħbieb Tiegħek
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Materjal Simili
  • Agħżel ħbieb li jħobbu lil Alla
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
  • Ħobb lil Dawk li Alla Jħobb
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • Ġonatan—Kien m’Alla li Ħadem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Agħżel Ħbieb Tajbin
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
w11 1/1 p. 7

Ir-​4 Sigriet

Kun Għaqli fl-​Għażla tal-​Ħbieb Tiegħek

IL-​BIBBJA X’TGĦALLEM? “Min qed jimxi maʼ l-​għorrief se jsir għaref.”—Proverbji 13:20.

X’INHI L-​ISFIDA? Il-​ħbieb tagħna jew iżidulna l-​kuntentizza jew inaqqsuhielna. L-​attitudnijiet u l-​konversazzjonijiet tagħhom għandhom it-​tendenza li jeffettwaw il-​ħarsa tagħna lejn il-​ħajja.—1 Korintin 15:33.

Ikkunsidra pereżempju, ir-​rakkont Bibliku tat-​12-​il raġel li ġew lura minn spedizzjoni f’Kangħan. Il-​maġġuranza tagħhom “baqgħu jwasslulhom rapport ħażin lil ulied Israel dwar l-​art li kienu tkixxfu.” Minkejja dan, tnejn mill-​irġiel tkellmu b’mod pożittiv dwar Kangħan, u sejħulha “art tajba ħafna u ħafna.” Iżda l-​attitudni negattiva tal-​għaxar spiji nfirxet fost in-​nies. “Il-​ġemgħa kollha għolliet leħinha” jgħid ir-​rakkont, “u l-​ulied kollha taʼ Israel bdew igergru.”—Numri 13:30–14:9.

L-​istess illum, ħafna nies “igergru, jilmentaw dwar xortihom.” (Ġuda 16) Huwa diffiċli li nibqgħu kuntenti fil-​kumpanija taʼ ħbieb li qatt mhuma sodisfatti.

X’TISTAʼ TAGĦMEL? Analizza l-​konversazzjonijiet li jkollok maʼ ħbiebek. Ħbiebek spiss jiftaħru dwar l-​affarijiet li għandhom, jew il-​ħin kollu jgergru dwar dak li m’għandhomx? U x’tip taʼ ħabib int għalihom? Tipprova int iġġiegħel lil ħbiebek jgħiru għalik, jew tinkuraġġihom biex ikunu kuntenti b’dak li għandhom?

Ikkunsidra l-​eżempju li ħalla David, li kellu jsir sultan, u l-​eżempju taʼ Ġonatan, bin is-​Sultan Sawl. David kien qed jgħix bħala maħrub fix-​xagħri. Is-​Sultan Sawl ħassu mhedded minn David u ried joqtlu. Għalkemm Ġonatan suppost kellu jkun is-​suċċessur tas-​sultan, hu kien sar wieħed mill-​ħbieb tal-​qalb taʼ David. Ġonatan irrikonoxxa li Alla kien ħatar lil David biex ikun suċċessur tas-​sultan u kien kuntent li jappoġġa lil sieħbu.—1 Samwel 19:1, 2; 20:30-​33; 23:14-​18.

Int għandek bżonn ħbieb bħal dawn, ħbieb li jistinkaw biex ikunu kuntenti u li minn qalbhom jimpurtahom minnek. (Proverbji 17:17) M’għandniex xi ngħidu, sabiex tiġbed lil ħbieb taʼ din ix-​xorta jeħtieġ turi dawn il-​kwalitajiet int stess.—Filippin 2:3, 4.

[Stampa f’paġna 7]

Il-​ħbieb tiegħek iżidulek jew inaqqsulek il-​kuntentizza?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja