LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • brwp121201
  • Sabu Xi Ħaġa Aħjar

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Sabu Xi Ħaġa Aħjar
  • It-Torri tal-Għassa: Sabu Xi Ħaġa Aħjar
  • Materjal Simili
  • Ix-Xhieda ta’ Ġeħova Għala Ma Jiċċelebrawx il-Milied?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Il-Milied Xi Jfisser Għalik?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Il-Milied—Għala daqshekk Popolari fil-Ġappun
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Agħżel li tqim lil Alla
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa: Sabu Xi Ħaġa Aħjar
brwp121201

Sabu Xi Ħaġa Aħjar

MILJUNI taʼ Kristjani għażlu ma jiċċelebrawx il-​Milied. Huma kif iħossuhom? Huma u t-​tfal tagħhom iħossu li qed jitilfu xi ħaġa? Ara x’jgħidu x-​Xhieda taʼ Ġeħova madwar id-​dinja.

[Stampa]

EVE

Jiftakru f’Ġesù: “Qabel sirt Xhud taʼ Ġeħova, bilkemm kont immur il-​knisja. Jekk immur, kien ikun fil-​Milied jew l-​Għid. U anki f’dawk iż-​żminijiet ma kontx naħseb f’Ġesù. Jien m’għadniex niċċelebra l-​Milied, imma darbtejn fil-​ġimgħa mmur il-​laqgħat Kristjani u ngħallem lil oħrajn dwar Ġesù mill-​Bibbja!”​—EVE, L-​AWSTRALJA.

[Stampa]

REUBEN

Jieħdu pjaċir jagħtu lil oħrajn: “Jien nieħu pjaċir meta n-​nies ituni rigal meta ma nkunx qed nistennieh. Jien nieħu pjaċir nagħmel il-​cards u npinġi l-​istampi biex intihom lil oħrajn. Dan jagħmilhom ferħanin u anki lili.”​—REUBEN, L-​IRLANDA TAʼ FUQ.

[Stampa]

EMILY

Jgħinu lil min għandu bżonn: “Aħna nieħdu pjaċir insajru lin-​nies li ma jifilħux. Ġieli niħdulhom il-​fjuri, kejk, jew rigal żgħir biex nagħmluhom ferħanin. Aħna nieħdu pjaċir għax nistgħu ngħinuhom is-​sena kollha.”​—EMILY, L-​AWSTRALJA.

[Stampa]

WENDY

Iqattgħu iżjed ħin mal-​familja: “Meta l-​familja tiltaqaʼ flimkien, it-​tfal jieħdu pjaċir ikunu maz-​zijiet, in-​nanniet, u l-​kuġini. Peress li ma niltaqgħux f’ċerti ġranet biss, aħna ma nħossuniex stressjati, u l-​familja jafu li aħna mmorru narawhom għax inħobbuhom.”​—WENDY, IL-​GŻEJJER CAYMAN.

[Stampa]

SANDRA

Għandhom il-​paċi: “Fi żmien il-​Milied, tant ikun hemm x’tagħmel li ftit nies jaħsbu dwar il-​paċi. Jien inħossni fil-​paċi għax tgħallimt xi twiegħed il-​Bibbja għan-​nies. Jien naf li t-​tfal tiegħi se jkollhom futur sabiħ.”​—SANDRA, SPANJA.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja