LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w95 1/1 pp. 3-4
  • Il-Milied Xi Jfisser Għalik?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Milied Xi Jfisser Għalik?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “Intrapriża Kummerċjali”
  • Il-Milied—Għala daqshekk Popolari fil-Ġappun
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Il-Milied—Għala Saħansitra fl-Orjent?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Żmien il-Milied—Fuq Xiex Jiffoka?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Ix-Xhieda ta’ Ġeħova Għala Ma Jiċċelebrawx il-Milied?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
w95 1/1 pp. 3-4

Il-​Milied Xi Jfisser Għalik?

Kif twieġeb Int? Il-​Milied huwa (1) żmien li tkun mal-​familja tiegħek; (2) żmien għall-​‘parties’; (3) żmien reliġjuż; (4) żmien mimli stress; (5) żmien nostalġiku (6) żmien taʼ kummerċjaliżmu sfrenat.

JIDHER kemm jidher sorprendenti, minn iktar minn 1,000 ruħ li sar stħarriġ fuqhom fil-​Britannja, 6 fil-​mija biss ikkunsidraw il-​Milied bħala li huwa primarjament okkażjoni reliġjuża. F’kuntrast, 48 fil-​mija qiesu lill-​Milied b’mod predominanti bħala żmien li jkunu mal-​familja tagħhom. Tabilħaqq, ħafna jsostnu li huwa żmien speċjali għat-​tfal. Tipikament, tifla taʼ 11-il sena, meta ġiet mistoqsija x’kienet tħobb l-​iktar dwar il-​Milied, wieġbet: “L-​eċċitament, is-​sentiment t’hena, [u] l-​għoti tar-​rigali.” The Making of the Modern Christmas jaqbel li “l-​affarijiet enfasizzati l-​iktar bil-​qawwa tal-​ . . . Milied ‘tradizzjonali’ huma bla dubju fuq id-​dar, il-​familja u partikularment it-​tfal.”

Imma huwa speċjalment fil-​Kristjaneżmu tal-​Punent li l-​Milied huwa okkażjoni tal-​familja, meta l-​qraba jinġabru biex ipartu r-​rigali. Fil-​pajjiżi fejn il-​Knisja Ortodossa tal-​Lvant hija dominanti, in-​nies ipoġġu iktar enfasi fuq l-​Għid; però ż-​żmien tal-​Milied huwa ġeneralment perijodu taʼ btala.

“Intrapriża Kummerċjali”

Il-​Milied “għadda minn proċess . . . taʼ kummerċjalizzazzjoni li tispikka,” tistqarr The New Encyclopædia Britannica. X’aktarx li mkien ma huwa dan veru milli fil-​Ġappun.

“Il-​Ġappuniżi neħħew kull pretenzjoni taʼ reliġjon u dawru l-​Milied f’intrapriża strettament kummerċjali,” tirrapporta id-​Daily Record taʼ Washington. Il-​Milied fil-​Ġappun, din iżżid, huwa “ċelebrazzjoni prinċipali li fiha jiġi enfasizzat ferm il-​kummerċjaliżmu u ftit li xejn jissemma l-​aspett reliġjuż.”

Saħansitra fil-​ħafna pajjiżi hekk imsejħin Kristjani, dan “l-​aspett reliġjuż” huwa taʼ spiss iebes biex tinduna bih. Xi 40 sena ilu, fuljett taʼ kontra l-​Milied ilmenta: “Il-​Milied jiġi mogħti spinta mid-​dinja kummerċjali. Huwa l-​iktar staġun tas-​sena li fih isir qliegħ. Dawk in-​negozjanti li jriduha taʼ Kristjani jħarsu ’l quddiem lejn l-​istaġun tal-​Milied, mhux minħabba Kristu, imma minħabba l-​qliegħ finanzjarju.” Kemm huwa veru dak il-​kliem illum! F’ħafna pajjiżi, lanqas jilħqu jaslu l-​aħħar tliet xhur tas-​sena li ma nisimgħux tfakkiriet taʼ kemm jiem baqaʼ biex wieħed jixtri r-​rigali għall-​Milied li jmiss. In-​negozju jsir iktar attiv hekk kif tintemm is-​sena, bi kważi kwart mill-​bejgħ annwali tal-​ħwienet li jsir fi żmien il-​Milied.

Huwa x’inhuwa li l-​Milied ifisser għalik issa, int tistaʼ bir-​raġun tixtieq tkun taf dwar kif beda. Tappoġġja l-​Bibbja, fil-​fatt, l-​għoti tar-​rigali li jsir fil-​Milied? Huma ċ-​ċelebrazzjonijiet tal-​Milied taʼ llum verament Kristjani? Ejjew naraw. (w94 12/15)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja