LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 1/1 p. 16
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • L-isem t’Alla
    Stenbaħ!—2017
  • Għala Għandna Nużaw l-Isem t’Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Alla Għandu Isem?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Taf x’inhu l-isem ta’ Alla? Tużah?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 1/1 p. 16

MISTOQSIJIET DWAR IL-​BIBBJA MWEĠBIN

X’inhu l-​isem t’Alla?

Il-​membri tal-​familja tagħna kollha għandhom isem personali. Anke l-​annimali domestiċi għandhom isem! Mhuwiex raġunevoli li Alla għandu isem? Fil-​Bibbja, Alla għandu ħafna titli, bħal pereżempju Alla li Jistaʼ Kollox, Mulej Sovran, u Ħallieq, imma hu wkoll għandu isem personali.—Aqra Isaija 42:8.

Ħafna traduzzjonijiet tal-​Bibbja fihom l-​isem personali t’Alla f’Salm 83:18. Pereżempju, fit-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida taʼ l-​Iskrittura Mqaddsa, dak il-​vers jgħid: “Int, li ismek hu Ġeħova, int waħdek l-​Iktar Għoli fuq l-​art kollha.”

Għala għandna nużawh l-​isem t’Alla?

Aħna nużaw l-​ismijiet personali meta nitkellmu mal-​maħbubin tagħna, bħalma huma l-​ħbieb tal-​qalb

Alla jridna nużaw l-​isem personali tiegħu. Aħna nużaw l-​ismijiet personali meta nitkellmu mal-​maħbubin tagħna, bħalma huma l-​ħbieb tal-​qalb. M’għandniex nagħmlu l-​istess meta niġu biex nitkellmu m’Alla? Iktar minn hekk, Ġesù Kristu ħeġġiġna nużaw l-​isem t’Alla.—Aqra Mattew 6:9; Ġwanni 17:26.

Però, biex inkunu ħbieb m’Alla, għandna bżonn inkunu nafu iktar dwaru milli sempliċement x’jismu. Pereżempju, Alla x’tip taʼ persuna hu? Huwa possibbli li nersqu viċin lejh? Tistaʼ ssib it-​tweġibiet għal dawn il-​mistoqsijiet fil-​Bibbja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja