LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 1/1 p. 4
  • Taf x’inhu l-isem ta’ Alla? Tużah?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Taf x’inhu l-isem ta’ Alla? Tużah?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Materjal Simili
  • L-isem t’Alla
    Stenbaħ!—2017
  • Għala Għandna Nużaw l-Isem t’Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • X’jismu Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
  • Kif Tistaʼ Ssir Taf lil Alla b’Ismu
    Stenbaħ!—2004
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 1/1 p. 4
Żewġt irġiel isiru jafu isem xulxin

SUĠĠETT PRINĊIPALI | TISTAʼ TKUN QRIB TAʼ ALLA

Taf x’inhu l-​isem taʼ Alla? Tużah?

Tistaʼ taħseb f’xi ħabib tal-​qalb li għandek u li ma tafx ismu? Aktarx li le. Mara Bulgara jisimha Irina qalet sewwa, “Mhux possibbli li tkun qrib taʼ Alla jekk ma tkunx taf ismu.” B’ferħ, kif imsemmi fl-​artiklu taʼ qabel, Alla jridek tersaq qrib lejh. Għalhekk, permezz tal-​Bibbja, hu bħallikieku introduċa lilu nnifsu miegħek billi jgħid: “Jien Ġeħova, dak hu ismi.”—Isaija 42:8.

Permezz tal-Bibbja, Alla bħallikieku introduċa lilu nnifsu miegħek billi jgħid: “Jien Ġeħova, dak hu ismi.”—Isaija 42:8.

Jagħmel differenza lil Ġeħova jekk tkunx taf u tużax ismu jew le? Ikkunsidra dan: l-​isem taʼ Alla, miktub b’erbaʼ konsonanti Ebrajċi magħrufin bħala t-​Tetragrammaton, jidher fit-​test oriġinali tal-​Iskrittura Ebrajka kważi 7,000 darba. Jiġifieri ħafna iktar spiss minn kwalunkwe isem ieħor li jissemma fil-​Bibbja. Din żgur hi evidenza li Ġeħova jridna nkunu nafu u nużaw ismu.a

Il-ħbiberiji spiss jibdew bi tnejn min-nies li jsiru jafu isem xulxin. Int tafu isem Alla?

Madankollu, xi wħud jgħidu li ladarba Alla hu qaddis u jistaʼ kollox, ikun nuqqas taʼ rispett jekk tuża ismu. M’għandniex xi ngħidu, ikun ħażin li tuża isem Alla b’mod mhux xieraq, l-​istess bħalma ma tużax ħażin isem ħabib tal-​qalb. Madankollu, hi r-​rieda taʼ Ġeħova li dawk li jħobbuh jonoraw ismu u jagħmluh magħruf. (Salm 69:30, 31; 96:2, 8) Ftakar li Ġesù għallem lis-​segwaċi tiegħu jitolbu: “Missierna fis-​smewwiet, ħa jitqaddes ismek.” Aħna nistgħu nieħdu sehem f’li nqaddsu isem Alla billi nagħmluh magħruf. Dan iressaqna eqreb lejh.—Mattew 6:9.

Il-​Bibbja turi li Alla jagħti attenzjoni speċjali lil “dawk li jaħsbu fuq [jew possibbilment, “japprezzaw”] ismu.” (Malakija 3:16) Rigward bniedem bħal dan, Ġeħova jwiegħed: “Nipproteġih għax sar jaf ismi. Hu jsejjaħli, u jien inwieġbu. Inkun miegħu fl-​inkwiet.” (Salm 91:14, 15) Li nkunu nafu isem Ġeħova u nużawh tassew jagħmel differenza jekk nixtiequ li jkollna relazzjoni mill-​qrib miegħu.

a B’dispjaċir, ħafna traduzzjonijiet tal-​Bibbja jonqsu milli jinkludu l-​isem t’Alla, minkejja l-​fatt li jidher tant spiss fl-​Iskrittura Ebrajka, ġeneralment magħrufa bħala t-​Testment il-​Qadim. Minflok l-​isem qaddis, użaw titli bħalma huma “Mulej” jew “Alla.” Għal iżjed informazzjoni fuq dan is-​suġġett, ara paġni 195-​197 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja