LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 9/15 p. 32
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • Għala Ġesù M’Għaġġilx
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Miljuni li Issa Mejtin Se Jerġgħu Jgħixu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Tama Vera għall-​Maħbubin Tiegħek li Mietu
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Ġesù jqajjem lil Lazzru mill-mewt
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 9/15 p. 32

MISTOQSIJIET MILL-​QARREJJA

Ġesù għala qabiżlu d-​dmugħ qabel irxoxta lil Lazzru, bħalma hu deskritt fi Ġwanni 11:35?

Meta xi ħadd li nħobbu jmut, b’mod naturali nibku minħabba li se nimmissjawh. Għalkemm Ġesù kellu affezzjoni għal Lazzru, ma qabiżlux id-​dmugħ minħabba li Lazzru miet. Hu beka għax tħassar lill-​familja u l-​ħbieb taʼ Lazzru, bħalma juri l-​kuntest tar-​rakkont taʼ Ġwanni.—Ġw. 11:36.

Meta Ġesù semaʼ għall-​ewwel darba li Lazzru kien marid, m’għaġġilx imur ħdejn Lazzru biex ifejqu. Ir-​rakkont jgħid: “Meta [Ġesù] semaʼ li [Lazzru] kien marid, baqaʼ jumejn oħra fil-​post fejn kien.” (Ġw. 11:6) Ġesù għala ma marx mill-​ewwel? Hu kellu skop għal dan. Hu qal: “Din mhix marda li twassal għall-​mewt, imma hi għall-​glorja t’Alla, sabiex permezz tagħha l-​Iben t’Alla jiġi glorifikat.” (Ġw. 11:4) Għaldaqstant, Ġesù kien biħsiebu juża l-​mewt taʼ Lazzru “għall-​glorja t’Alla.” Kif? Ġesù dalwaqt kien se jagħmel miraklu spettakolari billi jqajjem lill-​ħabib għażiż tiegħu mill-​qabar.

Fid-​diskussjoni li kellu mad-​dixxipli tiegħu f’din l-​okkażjoni, Ġesù qabbel il-​mewt mal-​irqad. Kien għalhekk li qalilhom li kien ‘se jmur iqajjem lil Lazzru mill-​irqad.’ (Ġw. 11:11) Għal Ġesù, li jqajjem lil Lazzru mill-​mewt kien se jkun bħal meta ġenitur iqajjem lil ibnu minn nagħsa. Allura ma kellux għalfejn jitnikket dwar il-​mewt taʼ Lazzru.

Allura, x’qanqal lil Ġesù biex jaqbiżlu d-​dmugħ? Għal darb’oħra, il-​kuntest jagħtina t-​tweġiba. Meta Ġesù ltaqaʼ maʼ Marija oħt Lazzru u ra lilha u lil oħrajn jibku, hu “karab fl-​ispirtu tiegħu u tnikket.” Meta ra l-​uġigħ tagħhom, Ġesù ddispjaċieh sal-​punt li “karab fl-​ispirtu.” Kien għalhekk li “Ġesù qabiżlu d-​dmugħ.” Ġesù tnikket ħafna meta ra lil ħbiebu l-​għeżież mifnijin bin-​niket.—Ġw. 11:33, 35.

Dan ir-​rakkont juri li Ġesù għandu l-​qawwa u l-​abbiltà li jġib il-​maħbubin tagħna lura għall-​ħajja u jagħtihom is-​saħħa fid-​dinja l-​ġdida li ġejja. Barra minn hekk, jgħinna napprezzaw li Ġesù jħoss għal dawk li tilfu lil xi ħadd maħbub fil-​mewt. Lezzjoni oħra li nistgħu nitgħallmu minn dan ir-​rakkont hi li għandna nagħdru lil dawk li qed jitnikktu minħabba l-​mewt taʼ dawk li jħobbu.

Ġesù kien jaf li kien se jirxoxta lil Lazzru. Minkejja dan, qabiżlu d-​dmugħ, minħabba li tqanqal mill-​imħabba u l-​mogħdrija profonda li kellu għal ħbiebu. Bl-​istess mod, l-​empatija tagħna tistaʼ tqanqalna ‘nibku maʼ min jibki.’ (Rum. 12:15) Meta individwu jesprimi niket bħal dan ma jfissirx li jkollu nuqqas taʼ fidi fit-​tama tal-​irxoxt. Mela kemm hu xieraq li Ġesù ta eżempju f’li juri simpatija għall-​familja u l-​ħbieb taʼ Lazzru billi b’sinċerità beka avolja dalwaqt kien se jqajjem lil Lazzru.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja