LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 11/1 p. 3
  • Issibha Diffiċli li Tħobb lil Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Issibha Diffiċli li Tħobb lil Alla?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • Il-Verità Tista’ Teħilsek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Il-Gidba li Alla Hu Misteru
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Il-Gidba li Alla Hu Kattiv
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Ħobb lill-Alla li Jħobbok
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 11/1 p. 3

SUĠĠETT PRINĊIPALI | GIDEB LI JĠIEGĦLEK TAĦSEB LI MA TISTAX TĦOBB LIL ALLA

Issibha Diffiċli li Tħobb lil Alla?

“‘Ħobb lil Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha u b’moħħok kollu.’ Dan hu l-​akbar u l-​ewwel kmandament.” —Ġesù Kristu, 33 W.K.a

Xi wħud isibuha diffiċli li jħobbu lil Alla. Għalihom, Alla hu kkomplikat, ’il bogħod minnhom, jew saħansitra kattiv. Ikkunsidra dawn il-​kummenti:

  • “Jien tlabt lil Alla għall-​għajnuna, imma fl-​istess ħin ħassejt li kien ’il bogħod minni, kważi ma jintlaħaqx. Għalija, Alla kien entità astratta, mingħajr sentimenti.”—Marco, l-​Italja.

  • “Għalkemm xtaqt naqdi sinċerament lil Alla, ħassejt li kien ’il bogħod wisq. Ħsibt li kien Alla aħrax u moħħu biss biex jikkastigana. Ma kontx nemmen li kellu sentimenti teneri.”—Rosa, il-​Gwatemala.

  • “Taʼ tifla li kont, kont nemmen li Alla kien joqgħod ifittex l-​iżbalji tagħna, lest biex jikkastigana jekk ikun ħaqqna. Iktar tard ħassejt li ma kienx jimpurtah minni. Alla kien qisu prim ministru li jieħu ħsieb imexxi pajjiż—imma li ma kienx verament interessat fiċ-​ċittadini personalment.”—Raymonde, il-​Kanada.

X’taħseb int? Huwa Alla xi ħadd li ma tistax tħobbu? Xi Kristjani ilhom jistaqsu din il-​mistoqsija għal sekli sħaħ. Fil-​fatt, matul il-​Medju Evu, ħafna mill-​Kristjaneżmu lanqas biss kienu jitolbu lil Alla li Jistaʼ Kollox. Għala le? In-​nies kienu jitwerwru minnu. L-​istorjografu Will Durant qal: “Kif jistaʼ sempliċi midneb jissogra jersaq bit-​talb lejn tron li kien daqshekk ’il bogħod u tal-​biżaʼ?”

Alla kif beda jitqies li hu “’l bogħod u tal-​biżaʼ”? X’tgħallem il-​Bibbja verament dwar Alla? Jekk issir taf il-​verità dwar Alla, tistaʼ ssir tħobbu?

a Mattew 22:37, 38.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja