LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 11/1 p. 4
  • Il-Gidba li Alla M’Għandux Isem

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Gidba li Alla M’Għandux Isem
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • L-isem t’Alla
    Stenbaħ!—2017
  • X’jismu Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
  • Kif Tistaʼ Ssir Taf lil Alla b’Ismu
    Stenbaħ!—2004
  • Għala Għandna Nużaw l-Isem t’Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 11/1 p. 4

SUĠĠETT PRINĊIPALI | GIDEB LI JĠIEGĦLEK TAĦSEB LI MA TISTAX TĦOBB LIL ALLA

Il-​Gidba li Alla M’Għandux Isem

DAK LI ĦAFNA JEMMNU

‘Ma lħaqniex ftehim dwar jekk nistgħux biss nitkellmu dwar isem Alla, u jekk inhu hekk, x’jistaʼ jkun dak l-​isem.’—Il-​Professur David Cunningham, Theological Studies.

IL-​VERITÀ MILL-​BIBBJA

Alla qal: “Jien Ġeħova. Dak hu ismi.” (Isaija 42:8) Ġeħova huwa isem bl-​Ebrajk li jfisser “Hu Jġiegħel li Jsir.”—Ġenesi 2:4, nota taʼ taħt.

Ġeħova jridna nużawh ismu. Il-​Bibbja tgħid: “Sejħu ismu. Għarrfu l-​għemejjel tiegħu fost il-​popli. Xandru li ismu qiegħed fl-​għoli.”—Isaija 12:4.

Ġesù użah l-​isem t’Alla. Fit-​talb, Ġesù qal lil Ġeħova: “Għarrafthom ismek [lid-​dixxipli] u nibqaʼ ngħarrfu.” Ġesù għala għarraf l-​isem divin lid-​dixxipli tiegħu? Hu kompla: “Sabiex l-​imħabba li biha ħabbejtni tkun fihom u jien inkun f’unjoni magħhom.”—Ġwanni 17:26.

GĦALA HU IMPORTANTI

“Bniedem li ma jafx lil Alla b’ismu, ma jafux tassew bħala persuna,” kiteb it-​teologu Walter Lowrie, “u ma jistax iħobbu, jekk jafu biss bħala sempliċi forza.”

Meta l-​isem personali t’Alla jinħeba jew jiġi sostitwit ikun bħallikieku qed jinqataʼ mill-​Bibbja

Raġel jismu Viktor kien imur il-​knisja kull ġimgħa, imma ma kienx iħoss li verament kien jafu lil Alla. “Imbagħad tgħallimt li Alla jismu Ġeħova, u kien bħallikieku introduċewni miegħu uffiċjalment,” jgħid hu. “Ħassejtni qisni li sa fl-​aħħar iltqajt maʼ Dak li tant kont smajt dwaru. Bdejt narah bħala Persuna reali, u bdejt niżviluppa ħbiberija miegħu.”

Mill-​banda l-​oħra, Ġeħova jersaq eqreb lejn nies li jużaw ismu. Lil “dawk li jaħsbu fuq ismu,” Alla jwegħedhom: “Nagħdirhom, sewwasew bħalma raġel jagħder lil ibnu li jaqdih.” (Malakija 3:16, 17) Ukoll, Alla jippremja lil dawk li jsejħulu b’ismu. Il-​Bibbja tgħid: “Kulmin isejjaħ isem Ġeħova jiġi salvat.”—Rumani 10:13.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja