LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 11/1 p. 11
  • ‘Hu Jippremja lil Dawk li Jfittxuh bil-Ħeġġa’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Hu Jippremja lil Dawk li Jfittxuh bil-Ħeġġa’
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • Uri fidi fil-​wegħdi taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Ġeħova jippremja lil dawk li jfittxuh bil-​ħeġġa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Il-fidi
    Stenbaħ!—2016
  • Int Għandek Fidi?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 11/1 p. 11

ERSAQ QRIB LEJN ALLA

“Hu Jippremja lil Dawk li Jfittxuh bil-​Ħeġġa”

Japprezza Ġeħova dak li l-​aduraturi tiegħu jagħmlu biex jipprovaw jogħġbuh? Hemm min iwieġeb fin-​negattiv u jgħid li Alla ma jinteressahx minna. Iżda stqarrija bħal din tirrappreżenta ħażin lil Alla mhux bi ftit. Il-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja, turi ċar l-​abjad mill-​iswed. Hi taċċertana li Ġeħova japprezza l-​isforzi tal-​aduraturi leali tiegħu. Ikkunsidra l-​kliem tal-​appostlu Pawlu misjub f’​Ebrej 11:6.

Xi trid tagħmel biex togħġob lil Ġeħova? Pawlu jikteb: ‘Mingħajr fidi impossibbli li togħġob [lil Alla] sew.’ Innota li Pawlu ma jgħidx li hu diffiċli li togħġob lil Alla mingħajr fidi. Pjuttost, l-​appostlu jgħid li hu impossibbli li tagħmel dan. Fi kliem ieħor, il-​fidi hija ingredjent essenzjali biex wieħed jogħġob lil Alla.

X’tip taʼ fidi togħġob lil Ġeħova? Il-​fidi tagħna f’Alla għandha tinvolvi żewġ aspetti. L-​ewwel, ‘irridu nemmnu li hu jeżisti.’ Kif nistgħu qatt nogħġbu lil Alla jekk niddubitaw l-​eżistenza tiegħu? Xorta waħda, fidi ġenwina tinvolvi iktar minn hekk, għaliex anke d-​demonji jemmnu li Ġeħova jeżisti. (Ġakbu 2:19) Il-​fidi tagħna li Alla hu reali għandha tqanqalna biex naġixxu, jiġifieri, biex nagħtu prova tal-​fidi tagħna billi ngħixu b’mod li jogħġob lilu.—Ġakbu 2:20, 26.

It-​tieni, ‘irridu nemmnu’ li Alla hu dak li “jippremja.” Bniedem li għandu fidi vera hu konvint għalkollox li l-​isforzi tiegħu biex jgħix b’mod li jogħġob lil Alla mhux se jkunu għalxejn. (1 Korintin 15:58) Kif nistgħu nogħġbu lil Ġeħova jekk niddubitaw l-​abbiltà jew ix-​xewqa tiegħu li jippremjana? (Ġakbu 1:17; 1 Pietru 5:7) Xi ħadd li jikkonkludi li Alla ma jimpurtahx, li ma japprezzax, u li mhux ġeneruż ma jafx lil Alla tal-​Bibbja.

Ġeħova lil min jippremja? “Lil dawk li jfittxuh bil-​ħeġġa,” jgħid Pawlu. Xogħol taʼ referenza għat-​tradutturi tal-​Bibbja jgħid li l-​kelma Griega għal “ifittxuh bil-​ħeġġa” ma tfissirx “joħorġu biex isibu” iżda, minflok, tagħtina x’nifhmu li nersqu lejn Alla “fil-​qima.” Xogħol taʼ referenza ieħor jispjega li dan il-​verb Grieg huwa f’forma li turi intensità u sforz. Iva, Ġeħova jippremja lil dawk li l-​fidi tagħhom tqanqalhom iqimuh b’żelu u mħabba mill-​qalb.—Mattew 22:37.

Kif nistgħu nogħġbu lil Ġeħova jekk niddubitaw l-​abbiltà jew ix-​xewqa tiegħu li jippremjana?

Ġeħova kif jippremja lill-​aduraturi leali tiegħu? Hu wiegħed premju imprezzabbli fil-​futur li juri kemm huma profondi l-​ġenerożità u l-​imħabba tiegħu—ħajja taʼ dejjem f’Ġenna fuq l-​art. (Rivelazzjoni 21:3, 4) Anke issa, dawk li jfittxu lil Ġeħova bil-​ħeġġa jesperjenzaw barkiet kbar. Bl-​għajnuna tal-​ispirtu qaddis tiegħu u l-​għerf misjub fil-​Kelma tiegħu, huma jgawdu ħajja premjanti u sodisfaċenti.—Salm 144:15; Mattew 5:3.

Verament, Ġeħova hu Alla li japprezza u li jgħożż is-​servizz leali tal-​aduraturi devoti tiegħu. Iġiegħlek il-​fatt li taf dan tkun trid tersaq eqreb lejh? Jekk inhu hekk, għala ma titgħallimx iżjed dwar kif tistaʼ tkabbar u turi t-​tip taʼ fidi li Ġeħova jippremja bil-​kbir?

Qari tal-​Bibbja għal Novembru

Titu 1-3; Filemon 1-25; Ebrej 1-13–Ġakbu 1-5

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja