LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g16 Nru. 3 pp. 12-13
  • Il-fidi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-fidi
  • Stenbaħ!—2016
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’inhi l-​fidi?
  • Għala hu importanti li tikseb il-​fidi?
  • Kif tistaʼ tikseb il-​fidi?
  • Uri fidi fil-​wegħdi taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Eżerċita Fidi Bbażata Fuq Verità
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Il-fidi—Kwalità li ssaħħaħna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Tassew Għandek Fidi fl-Aħbar Tajba?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2016
g16 Nru. 3 pp. 12-13

IL-​ĦARSA TAL-​BIBBJA

Il-​fidi

Xi nies jgħidu li huma reliġjużi, imma jsibuha diffiċli jifhmu xi tfisser il-​“fidi.” X’inhi l-​fidi, u għala hi importanti?

X’inhi l-​fidi?

DAK LI JGĦIDU XI NIES

Ħafna nies jaħsbu li individwu li għandu l-​fidi sempliċement jaċċetta twemmin mingħajr ma jkollu evidenza vera. Pereżempju, ikkunsidra individwu reliġjuż li jgħid, “Jien nemmen f’Alla.” Jekk dan l-​individwu jiġi mistoqsi, “Għala temmen?” jistaʼ jkun li jwieġeb, “Hekk trabbejt” jew, “Minn dejjem ġejt mgħallem hekk.” F’każijiet bħal dawn, jistaʼ jidher li hemm ftit differenza bejn li jkollok il-​fidi u li temmen kollox.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

“Il-​fidi hi l-​istennija garantita t’affarijiet li nittamaw għalihom, it-​turija evidenti taʼ realtajiet li ma jidhrux.” (Ebrej 11:1) Biex l-​istennija taʼ individwu tkun garantita, hu jew hi jeħtieġ ikollha raġunijiet loġiċi għal dik il-​garanzija. Fil-​fatt, il-​kelma fil-​lingwa oriġinali għall-​frażi “l-​istennija garantita” tfisser iżjed minn xi sentiment ġewwieni jew ħolma mhix realistika. Mela l-​fidi tinvolvi konvinzjoni bbażata fuq evidenza.

“Il-​kwalitajiet inviżibbli tiegħu [t’Alla], jiġifieri, il-​qawwa eterna u d-​Divinità tiegħu, kienu jidhru ċar mill-​ħolqien tad-​dinja ’l quddiem, għax jintgħarfu mill-​affarijiet li nħolqu.”—Rumani 1:20.

Għala hu importanti li tikseb il-​fidi?

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

“Mingħajr fidi impossibbli li togħġbu sew, għax min jersaq lejn Alla jrid jemmen li hu jeżisti u li jippremja lil dawk li jfittxuh bil-​ħeġġa.”—Ebrej 11:6.

Bħalma ssemma qabel, ħafna nies jemmnu f’Alla sempliċement għax ġew mgħallmin jagħmlu dan. ‘Hekk trabbejt,’ forsi jgħidu. Imma Alla jrid li dawk li jqimuh ikollhom fiduċja ġenwina fl-​eżistenza u fl-​imħabba tiegħu. Din hi raġuni waħda għala l-​Bibbja tenfasizza l-​bżonn li nfittxuh bis-​serjetà, biex hekk nistgħu nsiru nafuh verament.

“Ersqu qrib lejn Alla, u hu jersaq qrib lejkom.”—Ġakbu 4:8.

Kif tistaʼ tikseb il-​fidi?

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

“Il-​fidi tiġi minn dak li nstemaʼ,” tgħid il-​Bibbja. (Rumani 10:17) Allura, l-​ewwel pass biex tibni l-​fidi f’Alla hu li ‘tismaʼʼ dak li l-​Bibbja verament tgħallem dwaru. (2 Timotju 3:16) L-​istudju tal-​Bibbja se jgħinek issib tweġibiet taʼ min joqgħod fuqhom għal mistoqsijiet importanti, li jinkludu: Min hu Alla? X’evidenza hemm tal-​eżistenza tiegħu? Alla verament jimpurtah minni? X’inhu l-​iskop t’Alla għall-​futur?

Raġel iħares mill-qrib lejn farfett

Evidenza tal-eżistenza t’Alla tinsab madwarna

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jieħdu pjaċir jgħinuk tistudja l-​Bibbja. Kif inhu mniżżel fuq il-​Websajt tagħna, jw.org/mt, “ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jitgħaxxqu jgħallmu lin-​nies dwar il-​Bibbja, imma aħna qatt ma nisforzaw lil xi ħadd biex isir membru tar-​reliġjon tagħna. Minflok, b’rispett nuru x’tgħid il-​Bibbja filwaqt li nagħrfu li kull persuna għandha d-​dritt li tagħżel x’se temmen.”

Fl-​aħħar mill-​aħħar, il-​fidi tiegħek għandha tkun ibbażata fuq evidenza li int tosserva hekk kif tiżen kemm hu veru dak li taqra mill-​Bibbja. B’hekk, int se timita l-​eżempju taʼ studenti tal-​ewwel seklu li “laqgħu l-​kelma bl-​akbar ħeġġa u kienu jeżaminaw bir-​reqqa l-​Iskrittura kuljum biex jaraw jekk dak li semgħu kienx minnu.”—Atti 17:11.

“Il-​ħajja taʼ dejjem tfisser dan: li jieħdu għarfien dwarek, l-​uniku Alla veru, u dwar Ġesù Kristu li int bgħatt.”—Ġwanni 17:3.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja